Tony Cassar Darien

From M3P
Revision as of 05:07, 28 March 2013 by Aldith (talk | contribs) (Created page with "Tony Cassar Darien twieled il-Gżira fl-1946. Kienu ħafna l-aspetti tal-arti performattiva li huwa mess magħhom b’mod dirett; fosthom ir-reċtar, il-kitba, il-kritika, u l...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search

Tony Cassar Darien twieled il-Gżira fl-1946. Kienu ħafna l-aspetti tal-arti performattiva li huwa mess magħhom b’mod dirett; fosthom ir-reċtar, il-kitba, il-kritika, u l-produzzjoni għall-palk, ir-radju u t-televiżjoni. Madankollu, nistgħu ngħidu li Cassar Darien huwa sinonimu l-aktar mal-immaniġġjar u d-direzzjoni artistika. Dan narawh minn żewġ tappi partikolari fil-karriera tiegħu. Fl-1981 Cassar Darien sar il-Prinċipal tal-Manoel Theatre Acadamy of Dramatic Arts (MTADA), fejn għafas fuq il-kuntatt regolari tal-istudenti mal-pubbliku. Bejn l-1993 u 2007 Cassar Darien imbagħad serva bħala l-ewwel Direttur Artistiku tat-Teatru Manoel, snin li kienu kkaratterizzati minn serje ta’ inizjattivi ġodda, fosthom Loġġa Palk u Poeżija Plus.

Cassar Darien kien ukoll responsabbli għal inizjattivi mmirati biex jiġbdu lejn il-Manoel kemm artisti ta’ fama internazzjonali, kif ukoll udjenzi barranin. Dan għen biex it-Teatru jitpoġġa fuq il-mappa internazzjonali. Fost dawn l-inizjattivi, insibu żewġ edizzjonijiet tal-Manoel Baroque Festival (2000 u 2002) organizzati flimkien ma’ Petra Bianchi u Peter Serracino Inglott, kif ukoll it-tmien edizzjonijiet tal-BOV Opera Festival. B’riżultat ta’ dawn, Malta għenet biex titwaqqaf l-Assoċjazzjoni tat-Teatri Qodma fl-Ewropa. Din tat lok għall-bidu ta’ produzzjonijet konġunti mal-Opera Laboratorio tal-Opera ta’ Palermo, Ateni u Ċipru. Cassar Darien jagħti wkoll importanza lix-xogħol fi ħdan il-Kumpanija Nazzjonali tad-Drama. Din il-kumpanija pproduċiet numru ta’ xogħlijiet importanti – Il-Borġ Pisani (Anthony Portelli), Id-Disklu (Stephen Florian), 1919 (Ġuże Chetcuti), u Il-Ġaħan ta’ Binġemma (Francis Ebejer). F’dawn il-produzzjonijiet spikkat ix-xewqa li jinħadem teatru li mhux biss joffri divertiment, iżda li jistimula wkoll il-ħsieb fl-udjenzi tiegħu.

Film set, mal-attur Roger Delgado
Żjara tal-Prinċep William waqt serata tal-iMTADA