Difference between revisions of "Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa)
Line 3: Line 3:
== History ==
== History ==
[[File:Soċjeta Filamonika Banda San Pietru B'Bugia.jpg|300px|thumb|right|Soċjeta Filamonika Banda San Pietru B'Bugia A.D. 1990]]

Kien lejn tmiem is-sena ta l-1989 meta bdew isiru l-ewwel movimenti bl-iskop li titwaqqaf Banda ġdida f’Birżebbuġa, minn grupp ta’ żgħażagħ li kienu nvoluti sew fl-organizzazzjoni tal-festa, speċjalment f’dak li huwa armar. Huma dejjem ħolmu li xi darba, f’Birżebbuġa tibda ssir festa aktar xierqa bħalma jsiru f’diversi bliet u rħula oħra. L-ewwel pass sar nhar il-5 ta’ Diċembru 1989 minn Alex Caruana u Angelo Vella meta iddeċidew li biex isir xi ħaġa ta’ ġid għall-festa, kien hemm il-bżonn urġenti li titwaqqaf banda ġdida. Dakinhar stess ingħaqdu magħhom Joseph Caruana, Jason Vella, Michael Muscat u Ray Cutajar. Peress li dawn kienu kollha żgħażagħ, xtaqu li magħhom ikollhom persuna ta’esperjenza biex jiggwidhom u avvicinaw lil Anthony Camilleri. Huwa avzhom li biex twaqqaf banda gdida go Birzebbuga ma kienx facli u ssuggerilhom biex jibdew ifittxu l-membri. Fl-14 ta Dicembru 1989, f’post privat fi Triq San Ġużepp, saret laqgħa ta’ Kumitat Proviżorju u f’qasir żmien ġie ifformulat Statut, instab Surmast Direttur, u bdew isiru l-preparamenti  u l-arranġamenti kollha meħtieġa biex issir l-ewwel Laqgħa Ġenerali.   

Il-ġurnata storika u tant mistennija waslet. Kien nhar il-Ħadd, 14 ta' Jannar 1990, meta ġewwa l-Lido Hall, fi Triq San Edwardu, twaqqfet l-Għaqda Mużikali Birżebbuġa, b’akklamazzjoni qawwija min numru kbir ta' dilettanti li ppakkjaw il-Lido Hall. Dakinhar inħatar l-ewwel Kumitat b’Anthony Camilleri President, Alex Caruana Segretarju, Jason Vella Kaxxier u Emanuel Axiaq, Emanuel Mangion, Patrick Gabaretta, Raymond Abdilla, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar, Joseph Caruana, Grazio Pullicino, Thaddeo Agius, Kevin Camilleri, Josef Farrugia u Joseph Pace bħala membri. Mro. Michael Bugelli, minn Ħaż-Żabbar inħatar bħala Surmast Direttur u Dun Charles Carabott sar id-Direttur Spiritwali. Pero, peress li sadanittant kien sar xi tibdil fl-isem tal-Banda l-oħra ta Birżebbuġa, inqalgħu xi intoppi biex jinħarġu l-permessi meħtieġa. Għalhekk, fl-laqgħa Straordinarja li nżammet nhar id-29 t’April 1990, l-isem tal-banda l-ġdida ġie mibdul għal Soċjetá Filarmonika Birżebbuġa A.D. 1990. Inkomplu fuq l-isem, u nimxu lejn is-sena ta l-1996, fejn waqt il-laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-Każin il-ġdid fl-14 ta' Jannar 1996, b’vot unanimu l-isem inbidel għall-Soċjetá Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D.1990, biex b’hekk, is-Soċjetá rabtet darba għal dejjem il-Patrun tagħha ma’ isimha.
Nerġgħu lura għall-ewwel jiem tal-Banda, fejn insibu li l-ewwel kumitat beda għaddej bit-tiftix ta’post adekwat biex jiffunzjona bħala Kazin, liema post kellu jkun il-fond numru  77, Triq Birzebbuga fil-Bajja ta’San Gorg,  maghruf aktar bħala l-Morning Star.  Numru ta’ voluntiera bdew jaħdmu mmedjatament biex jirrinovaw dan il-post u x-xogħol tant mexa li fil-11 ta Frar 1990 saret laqgha għall-genituri ta’dawk l-allievi li kienu nteressati jibdew jitgħallmu l-muzika. Minn l-għada stess is-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli u l-Assistent Surmast Joe  Vella bdew bit-tagħlim tal-Muzika.
Il-laqgħa ta l-allievi tal-11 ta Frar 1989 kienet l-ewwel pass biex tifforma l-Banda. Bis-saħħa ta numru ta’ benefatturi bdiet tinxtara l-istrumentatura . Mro Michael Bugelli kiteb l-Innu tal-Banda Birzebbuga u l-Innu Marc Lill-Gawhra ta l-Iljuni. Dawn l-Innijiet flimkien ma l-Innu Popolari Lil San Pietru ta’Mro Carmelo Pace u diversi marci oħrajn, gew irrekordjati fuq cassette, f’recording storiku li sar gewwa l-Lucky Hall nhar is-Sibt, 19 ta’Mejju 1990. Il-Festa bdiet toqrob gmiela. Il-Bord Editorjali ħa ħsieb il-pubblikazzjoni tal-programm tal-festa li nghata l-isem ta ‘Minn Qalb l-Iljuni’. Il-Banda ħarget ukoll l-ewwel bandisti tal-post taghha. Dawn kienu Rocco Zahra, Spiridione Camilleri, Alex Caruana, Johan Polidano, Felicienne Paris, Eman Camilleri u Vincent Mifsud.
Waslet ukoll dik il-gurnata li l-banda l-gdida taghmel l-ewwel dehra taghha. Kien il-Hamis, 2 ta’Awissu 1990, it-Tieni Jum tat-Tridu tal-Festa ta’San Pietru,  meta fit-8.00 pm is-Soċjetá’ Filarmonika Birzebbuga bdiet marc minn Triq il-Borok. Il-marc ghadda minn diversi toroq sakemm il-banda dahlet f’Misrah il-Knisja u baqghet tiela sa fuq iz-zuntier, akkumpanjata minn folla kbira ta partitarji.
Hemmhekk kien hemm jistenniha il-Kappillan Dun Guzepp Farrugia li bierek il-Banda. Wara, l-banda daqqet ghall-ewwel darba l-Innu taghha fil-pubbliku. F’dik il-festa il-Banda daqqet ukoll il-Gimgha, 3 ta’Awissu 1990, is-Sibt 4 ta’Awissu 1990, u l-Hadd filghodu sar ghal l-ewwel darba il-Marc il-Kbir ta l-Iljun. Is-sena ta’wara, is-Soċjetá reget hadet sehem bil-kbir fil-festa ta San Pietru, fejn ghall ewwel darba sar ukoll Programm Muzikali fil-Bajja s-Sabiha nhar is-Sibt 3 t’Awissu 1991.
Sa mill-ewwel sena, il-Kumitat inkoraggixxa it-twaqqif ta’diversi Sotto Kumitati biex bix-xoghol attribwit lilhom, ikunu ta ghajnuna lejn il-Kumitat Ezekuttiv. L-ewwel Sotto Kumitat kien dak taz-Zghazagh, li gie mwaqqaf nhar il-Festa tal-Kattedra ta San Pietru, 22 ta Frar 1990 u fis-sena 2000 is-Sotto Kumitat Zghazagh sar Sezzjoni Zghazagh Iljuni. Fil-25 ta’Gunju 1990  twaqqaf is-Sotto Kumitat Nisa li fis-sena 2000 huma saru maghrufa bhala Sezzjoni Nisa Petrini. Fl-4 ta’Settembru 1990 gie ffurmat is-Sotto Kumitat tan-Nar bl-iskop li jiehu hsieb il-hruq tan-Nar li jkollna fil-festa ta’San Pietru. Illum il-gurnata nistghu niftahru li l-festa hadet spinta l-quddiem f’dak li jirrigwarda n-Nar, specjalment bl-ispettaklu tan-Nar ta l-Art ta lejliet il-festa. Fis-Sena 2000 l-isem inbidel ghall-Kummissjoni Nar u fl-2004 l-isem sar Ghaqda tan-Nar 22 ta’Frar.
Wara l-festa ta l-1990, il-Kumitat ghamel talba mal-Awtoritajiet ekklezjastici biex il-banda l-gdida tkun tista tuza’ ukoll l-Istatwa ta’ San Pietru tal-Marc tal-Gimgha, li hija propjeta’ tal-Parrocca. Wara diversi laqghat li rrizultaw fin-negattiv, is-Soċjetá’ giet imcahhda ghall-dejjem milli taghmel marc fl-ahhar Jum tat-Tridu bl-Istatwa ta’San Pietru. Ma kienx fadal triq ohra hlief li tigi ordnata statwa gdida ta’San Pietru. Kien it-Tlieta, 6 ta Novembru 1990, meta giet ordnata Statwa ta’San Pietru ghand l-Iskultur famuz Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Inhadem  pedestall minn Alex Caruana u Joe Cutajar. L-istess persuni hadmu wkoll il-bradella u l-kolonna biex fuqa tibda tittellgha l-istatwa. L-istatwa li  izzanznet nhar il-Gimgha, 2 ta’Awissu 1991 meta ngiebet bil-bahar minn Marsaxlokk akkumpanjata minn ghadd ta’dghajjes u  tnizzlet Wied il-Buni. Wara saret manifestazzjoni grandjuza mat-toroq tar-rahal, sakemm l-istatwa ittellghet fuq il-kolonna li kienet armat fil-bidu ta’ Triq Zaren Dalli. Mil-festa ta l-1995 bdiet tintuza kolonna ohra li nhadmet mill-ahwa Joe, Angelo u Ray Cutajar. Mill-1996 din bdiet tintrama fil-bajja s-Sabiha.  Fl-1999 izzanznet bradella gdida,  li nhadmet minn Mastru Guzeppi Galea ta’ Hal Luqa. Ghall festa ta l-2003, l-Istatwa ta San Pietru giet indurata mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, fejn saret ukoll alterazzjoni fl-id ta’ l-Istatwa.
Is-Soċjetá’ Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D. 1990 ghamlet diversi servizzi kemm f’Birzebbuga kif ukoll barra mir-rahal. Bla dubju l-ikbar sehem dejjem inghata fil-Festa Titulari ta’ San Pietru fejn mill-1990 sal-festa tas-sena l-ohra il-banda ghamlet numru kbir ta’ servizzi. Barra minhekk gew mistiedna diversi baned barranin.  Il-Banda Birzebbuga giet mistiedna biex taghmel servizzi f’diversi lokalitajiet differenti u dan juri li f’qasir zmien il-banda stabbilit isimha f’pajjizna. Saru numru ta  servizzi ohra f’Birzebbuga f’okkazzjonijiet u avvenimenti differenti.  Fost dawn insemmu il-Programm Muzikali Annwali “Mill-Bandisti ghall-Membri” li ilu isir mill-1996.  Is-Soċjetá’ ghamlet ukoll servizzi barra minn xtutna meta  waqt zjara gewwa t-Tunezija saru servizzi muzikali fid-19, 20 u 21 ta Marzu 2004.
Fl-okkazzjoni ta l-10 Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetá’ saru festi kbar sabiex jikkomemoraw din il-gurnata memorabbli fejn  il-qofol kien Programm Korali u Strumentali li sar nhar is-Sibt, 19 ta’ Frar 2000 fit-Teatru Sir Temi Zammit ta’ l-Universita’. Dakinhar il-Banda, li kienet taht id-Direzzjoni ta Mro Michael Bugelli daqqet ghall-ewwel darba l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus.
Nhar is-Sibt 5 t’Awissu 2000 gie mzanzan plancier gdid tal-banda li gie regalat lis-Soċjetá mis-Sur Ronnie Galea. Dakinhar gie esegwit  fuqu Programm Korali u Strumentali f’Misrah  il-Knisja, fejn ghall-ewwel darba indaqq l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus gewwa Birzebbuga. Fis-sena 2009 dan il-plancier ghadda minn renovazzjoni estensiva biex ikun jista’ jakkomda ahjar lill-bandisti, lis-surmast, u l-Kor Xmun Pietru, li twaqqaf f’Jannar tal-2006 taht id-direzzjoni tal- Mro. Felicienne Paris B.Ed (Hons), L.Mus. T.C.L., A.Mus. L.C.M.
Kif qed naraw, is-Soċjetá bdiet tikber b’ritmu tassew mghaggel , u kull ma jmur bdiet tinhass il-htiega ta’ kazin akbar. Ghalhekk , bl-approvazzjoni tal-membri,  fl-1991, bdew il-proceduri biex il-Kumitat iffittex post li seta jservi bhala Kazin. Kien hemm diversi proposti izda l-Kumitat  tefa’ ghajnejh fuq il-fond 11/12 Triq Birzebbuga, it-triq principali li mill-Bajja s-Sabiha twasslek sa Misrah il-Knisja.  Wara hafna xoghol u ricerki, intlahaq ftehim ma’ sid il-post u nhar is-16 ta’ Mejju 1992, gie ffirmat il-konvenju.  Fl-Laqgha Generali Straordinarja li nzammet nhar il-Hadd 24 ta’ Mejju 1992, il-membri approvaw b’mod unanimu ix-xiri tal-post u kollox gie ffinalizzat nhar il-15 ta’ Settembru 1992 meta dakinhar gie ffirmat il-Kuntratt.
Kif il-Kumitat akkwista c-cwievet tal-post bdew il-pjanijiet kif il-post seta jigi alterat u rikostruwit biex jinaghta statura ta’ kazin tal-banda. Izda nhar it- 8 ta’ Novembru 1992  Sunny Bonnici (ta’ Farfar) u Peter Camilleri (il-Pajju), issuggerew li l-ahjar haga kienet  li l-post jinhatt kopmletament u jigi ppjanat mill-gdid, u fil-fatt hekk gie deciz. Fil-kesha ta Dicembru 1992 il-post beda jinhatt. Kienu granet u ljieli ta’ sagrifficcji kbar fl-eqqel tax-xitwa. Kif kien komplut it-twaqqieh, nhar is-27 ta’ Marzu 1993 beda jinbena l-Kazin il-gdid mill-pedamenti. Ix-xoghol sar taht supervizjoni  ta’ l-Onorevoli Perit Karmenu Vella u l-Perit Michael Schembri., filwaqt li x-xoghol tal-bini kien immexxi minn Sunny Bonnici, Peter Camilleri, Victor Schembri u Pietru Camilleri (is-Sigarr). Dawn ta kuljum kienu jkunu mghejjuna minn ghadd ta volontiera, hafna minnhom zghazagh. Il-Kumitat ma waqafx hawn u  fit-22 ta’ Novembru 1994, giet akkwistata bicca propjeta ohra, ir-remissa li hemm biswit il-Kazin. Din ir-remissa giet imhallsa kompletament f’Dicembru 1999. Ic-cwievet tar-remissa gew moghddija lis-Soċjetá’ nhar is-17 t’Awissu 2004 u fil-Milied ta l-2004, itellghet wirja ta presepju mekkanizzat gewwa r-remissa, wirja li baqghet tittellgha kull Milied sussegwenti.
Meta kollox kien lest biex is-Soċjetá’ tibdel is-Sede taghha, nhar is-17 ta’April 1996 is-Soċjetá’ imxiet fil-Kazin il-gdid li nghata l-isem ta’ “Gawhra ta San Pietru”.  Fit-2 ta’Awissu 1997 tqieghdet simbolikament l-ahhar gebla tal-Kazin mil-President is-Sur Anthony Camilleri. L-ghada, qabel il-marc ta’ filghodu, l-istess President tella’ ghall-ewwel darba bandiera Maltija ma’ l-arblu tal-kazin. Fis-16 ta’  Settembru 1997 saru festi kbar biex nikkomemoraw il-gurnata li fiha il-Kazin sar propjeta tas-Soċjetá’ u  gie kkonsagrat ghall-Qalb ta’ Gesu u ta’ Marija.
Ix-xoghol fil-kazin ma waqaf qatt u fis-7 ta’April 2000 tlesta it-tqeghid tal-granit fit-tarag u sar poggaman tal-ferrobattuto. Saru diversi xogholijiet ohra ta’ tisbieh bhal suffetti,  purtieri u ghamara. Ftit gimghat qabel il-Festa ta l-2002 gie mwahhal il-bieb principali tal-Kazin u nhar il-Hadd,  28 ta Lulju 2002, il-President is-Sur Simon Micallef tella ghall-ewwel darba il-bandiera l-maggura ma l-arblu tal-kazin.  F’Ottubru ta’ l-2003 gew mibdula is-sitt bibien tal-faccata li saru ta l-eroko. Nhar il-Hadd, 25 ta Lulju 2004, Is-Sur Simon Micallef President tas-Soċjetá’, flimkien mas-Sur Robert Baldacchino, President tas-Sezzjoni Zghazagh Iljuni, inawguraw il-faccata tal-Kazin wara li din giet dekorata bl-irham u b’zewg kolonni taz-zonqor, xoghol tal-marmista Ronnie Pisani. Din il-faccata giet iffinanzjata mis-Sezzjoni Zghazagh iljuni.  Din is-sena kienet ukoll l-ewwel sena li fiha bdiet tigi ccelebrata l-Gimgha Mqaddsa fil-kazin taghna, bl-ghajnuna ta’ bosta voluntiera.
Pass iehor storiku sehh nhar il-Gimgha, 30 ta’ Lulju 2004, meta l-ufficjali  tal-Kazin li kienu jokkupaw il-kariga dak iz-zmien, is-Sur Simon Micallef – President, is-Sur Johan Briffa - Segretarju u s-Sur Walter Pace - Kaxxier, ghamlu l-konvenju li permezz tieghu is-Soċjetá’ akkwistat l-ispizerija ta’ magenb il-kazin.
Is-sena 2005 rat is-Soċjetá’ tikseb successi fejn jidhol tizjin tal-Milied – it-tieni post minn Malta kollha fil-kompetizzjoni tal-Presepji kif ukoll ghat-Tizjin tat-Triq.  Il-banda wkoll kellha sena ta’ success – il-banda tas-Soċjetá’ rebhet il-Gara Muzikali tas-sena 2005, bil-hila u l-kapacita’ tal-bandisti tal-post – holma ohra li saret realta’ wara hafna snin ta’ hidma.  Dan is-success gie ccelebrat bi programm muzikali fit-22 ta’ Frar tas-sena ta’ wara, gewwa s-sala tal-iskola primarja ta’ BIrzebbuga, u g halih attendew il-Kumitat Amministrattiv tal-Malta Band Association kif ukoll ghaqdiet ohra mir-rahal u minn irhula ohra.
Fil-Laqgha Generali tat-18 ta’ Settembru 2005, il-maggoranza tal-membri qablu li jkomplu in-negozjati biex tinxtara il-propjeta’ biswit il-kazin.  Fi Frar 2006 tlestew il-pjanti tal-kazin biex tigi sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA biex nirregolarizzaw il-propjeta’ tal-kazin.  U fl-ahhar wasal is-26 ta’ Mejju;  u s-Soċjetá’ ufficjalment akkwistat ispizerija.  Twaqqfet l-iSkema Tkabbir tal-Kazin – bl-ghan li l-membri joffru ghajnuna finanzjarja fit-tkabbir tal-kazin.
Mbaghad fis-sena 2006 bdiet inizjattiva ohra – fil-Karnival is-Soċjetá’ taghna bdiet tiehu hsieb li torganizza attivita’ biex ir-rahal kollu jiccelebra din l-okkazjoni – sar daqq ta’ marci minn hdejn il-venda sa hdejn il-kazin, mbaghad wara ttellghet serata ta’ zfin u divertiment.  Ghal Gimgha 6 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena, ghal-ewwel darba l-Ghaqda 22 ta’ Frar hadet hsieb li tipprepara spettaklu sabih ta’ nar bl-isem is-Sema mimlija bil-Kuluri, bl-ghajnuna tas-Sur Godfrey Zammit il-Lupsi, liema spettaklu ttella’ minn fuq il-Bajja s-Sabiha dakinhar li San Pietru gie migjub minn fuq il-bahar.  L-ahwa Anglu u Raymond Cutajar hadu hsiebu li jlestu il-kolonna li fuqha tintrama l-istatwa artistika ta’ San Pietru li tigi armata quddiem l-ghasa tar-rahal.
Din is-sena rat progress kbir fejn jidhol komunikazzjoni.  F’din is-sena l-Bord Editorjali beda jiehu hsieb li jippublika newsletter bl-ghan li jzomm lill-Birzebbugin infurmati b’dak li kien qed jigri fis-Soċjetá’, publikazzjoni li nizlet tajjeb hafna man-nies tar-rahal.  Dan ovvjament minbarra l-publikazzjonijiet li l-Bord johrog ta’ kull sena, bhal ma huma l-kalendarju u l-ktieb tal-festa.
Is-sena 2007 kienet is-sena li fih l-E.T Mons. Arcisqof Patri Pawl Cremona OP ghogbu jaghmel zjara gewwa s-sede taghna (fis-27 ta’ Lulju), liema zjara giet akkumpanjata minn hafna entuzazmu min-nies, li ltaqghu kollha fit-toroq biex  jilqghu lil-Isqof.
L-2008 rat process ta’ manutenzjoni fit-tielet sular tal-kazin, fejn intrama arkivju tempoanju fis-sala tal-kuncerti biex b’hekk il-muzika issa hija kollha mergugha fis-sede taghna.  Intramat b’ghamara moderna wkoll il-kamra tas-segretarju.  Din is-sena wkoll inhasset il-htiega li jinbidel l-arblu l-maggur u ghalhekk bidet hidma fuq l-arblu l-gdid, liema arblu gie iffinanzjat mill-Onor. Dr. Marlene Pullicino.  Nhar il-Ħadd 20 ta’Lulju 2008, dan l-arblu sab postu fuq il-bejt tas-Soċjetá’, fost hafna capcip u entuzjazmu.
Is-sena 2009 hija mmarkata mill-anniversarju tal-migja tal-vara ta’ San Pietru f’Malta.  Anniversarju li ser jinghata l-prominenza li jixraqlu, b’hafna sorprizi ghal festa ta’ din is-sena, fosthom l-Innu gdid.  B’hekk barra l-Innu Popolari tas-surmast Carmelo Pace, is-Soċjeta’ issa se jkollha innu popolari ieħor kollu kemm hu tagħha, l-innu Nħobbuk bħalma niesna ħabbewk’; b’muzika ta’ Mro. Raymond Sciberras F.L.C.M, u versi tal-Professur Oliver Friggieri.  Minn naha l-ohra din is-sena saru wkoll alterazzjonijiet sinifikanti fil-plancier, biex issa sar iktar denju ta’ Soċjetá’ li qieghda dejjem tikber.
Hawnhekk tajna harsa biss lejn l-iktar mumenti sinifikanti tas-Soċjetá’.  Ma ninsewx ix-xoghol bla waqfien li jibqa’ ghaddej matul sena, u li jsir kull sena; l-attivitajiet li jiehdu hsieb jorganizzaw il-Kummissjonijiet (kemm bhala gbir ta’ fondi, kif ukoll l-attivitajiet tal-Milied, tal-Karnival ecc), il-publikazzjonijiet kollha tal-Bord, is-sagrifficju li l-Ghaqda 22 ta’ Frar taghmel matul is-sena, ix-xoghol kontinwu tal-Kumitat – barra x-xoghol fiziku u l-hin li dan iqatta’ gewwa l-kazin, ma ninsewx il-laqghat u diskussjonijiet twal li jsiru – dejjem bil-ghan li s-Soċjetá’ taghna tkompli taghmel il-progress.  Barra minn dan-nies kollha, hemm dawk il-membri u persuni li jaghtu daqqa t’id kull meta jkun hemm bzonn, u ovvjament, ma nistghux ma napprezzawx il-kontribuazzjonijet finanzjarji, li sfortunatament huma importantissimi ghal kazin.
Iżda żbaljat min jahseb li forsi lhaqna s-sema b’idejna! It-triq quddiemna hija twila, u x-xoghol huwa iebes.  Izda il-futur ghall-din il-Banda huwa wiehed sabih u cert. Xhieda ta’ dan huwa n-numru sabih ta zghazagh li jiffrekwentaw il-kazin u jghinu lis-Soċjetá. Izda bla dubju ta xejn, is-success enormi li kisbet is-Soċjetá’ Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D. 1990 tul dawn id-dsatax-il sena  tafhom lid-diversi benefatturi u volontiera  li taw sehmhom f’din il-miexja glorjuza.  Minn qalbna – grazzi.
== Organisation ==
== Organisation ==

Revision as of 16:32, 25 August 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

History

Soċjeta Filamonika Banda San Pietru B'Bugia A.D. 1990

Kien lejn tmiem is-sena ta l-1989 meta bdew isiru l-ewwel movimenti bl-iskop li titwaqqaf Banda ġdida f’Birżebbuġa, minn grupp ta’ żgħażagħ li kienu nvoluti sew fl-organizzazzjoni tal-festa, speċjalment f’dak li huwa armar. Huma dejjem ħolmu li xi darba, f’Birżebbuġa tibda ssir festa aktar xierqa bħalma jsiru f’diversi bliet u rħula oħra. L-ewwel pass sar nhar il-5 ta’ Diċembru 1989 minn Alex Caruana u Angelo Vella meta iddeċidew li biex isir xi ħaġa ta’ ġid għall-festa, kien hemm il-bżonn urġenti li titwaqqaf banda ġdida. Dakinhar stess ingħaqdu magħhom Joseph Caruana, Jason Vella, Michael Muscat u Ray Cutajar. Peress li dawn kienu kollha żgħażagħ, xtaqu li magħhom ikollhom persuna ta’esperjenza biex jiggwidhom u avvicinaw lil Anthony Camilleri. Huwa avzhom li biex twaqqaf banda gdida go Birzebbuga ma kienx facli u ssuggerilhom biex jibdew ifittxu l-membri. Fl-14 ta Dicembru 1989, f’post privat fi Triq San Ġużepp, saret laqgħa ta’ Kumitat Proviżorju u f’qasir żmien ġie ifformulat Statut, instab Surmast Direttur, u bdew isiru l-preparamenti u l-arranġamenti kollha meħtieġa biex issir l-ewwel Laqgħa Ġenerali.

Il-ġurnata storika u tant mistennija waslet. Kien nhar il-Ħadd, 14 ta' Jannar 1990, meta ġewwa l-Lido Hall, fi Triq San Edwardu, twaqqfet l-Għaqda Mużikali Birżebbuġa, b’akklamazzjoni qawwija min numru kbir ta' dilettanti li ppakkjaw il-Lido Hall. Dakinhar inħatar l-ewwel Kumitat b’Anthony Camilleri President, Alex Caruana Segretarju, Jason Vella Kaxxier u Emanuel Axiaq, Emanuel Mangion, Patrick Gabaretta, Raymond Abdilla, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar, Joseph Caruana, Grazio Pullicino, Thaddeo Agius, Kevin Camilleri, Josef Farrugia u Joseph Pace bħala membri. Mro. Michael Bugelli, minn Ħaż-Żabbar inħatar bħala Surmast Direttur u Dun Charles Carabott sar id-Direttur Spiritwali. Pero, peress li sadanittant kien sar xi tibdil fl-isem tal-Banda l-oħra ta Birżebbuġa, inqalgħu xi intoppi biex jinħarġu l-permessi meħtieġa. Għalhekk, fl-laqgħa Straordinarja li nżammet nhar id-29 t’April 1990, l-isem tal-banda l-ġdida ġie mibdul għal Soċjetá Filarmonika Birżebbuġa A.D. 1990. Inkomplu fuq l-isem, u nimxu lejn is-sena ta l-1996, fejn waqt il-laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-Każin il-ġdid fl-14 ta' Jannar 1996, b’vot unanimu l-isem inbidel għall-Soċjetá Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D.1990, biex b’hekk, is-Soċjetá rabtet darba għal dejjem il-Patrun tagħha ma’ isimha.

Nerġgħu lura għall-ewwel jiem tal-Banda, fejn insibu li l-ewwel kumitat beda għaddej bit-tiftix ta’post adekwat biex jiffunzjona bħala Kazin, liema post kellu jkun il-fond numru 77, Triq Birzebbuga fil-Bajja ta’San Gorg, maghruf aktar bħala l-Morning Star. Numru ta’ voluntiera bdew jaħdmu mmedjatament biex jirrinovaw dan il-post u x-xogħol tant mexa li fil-11 ta Frar 1990 saret laqgha għall-genituri ta’dawk l-allievi li kienu nteressati jibdew jitgħallmu l-muzika. Minn l-għada stess is-Surmast Direttur Mro Michael Bugelli u l-Assistent Surmast Joe Vella bdew bit-tagħlim tal-Muzika.

Il-laqgħa ta l-allievi tal-11 ta Frar 1989 kienet l-ewwel pass biex tifforma l-Banda. Bis-saħħa ta numru ta’ benefatturi bdiet tinxtara l-istrumentatura . Mro Michael Bugelli kiteb l-Innu tal-Banda Birzebbuga u l-Innu Marc Lill-Gawhra ta l-Iljuni. Dawn l-Innijiet flimkien ma l-Innu Popolari Lil San Pietru ta’Mro Carmelo Pace u diversi marci oħrajn, gew irrekordjati fuq cassette, f’recording storiku li sar gewwa l-Lucky Hall nhar is-Sibt, 19 ta’Mejju 1990. Il-Festa bdiet toqrob gmiela. Il-Bord Editorjali ħa ħsieb il-pubblikazzjoni tal-programm tal-festa li nghata l-isem ta ‘Minn Qalb l-Iljuni’. Il-Banda ħarget ukoll l-ewwel bandisti tal-post taghha. Dawn kienu Rocco Zahra, Spiridione Camilleri, Alex Caruana, Johan Polidano, Felicienne Paris, Eman Camilleri u Vincent Mifsud.

Waslet ukoll dik il-gurnata li l-banda l-gdida taghmel l-ewwel dehra taghha. Kien il-Hamis, 2 ta’Awissu 1990, it-Tieni Jum tat-Tridu tal-Festa ta’San Pietru, meta fit-8.00 pm is-Soċjetá’ Filarmonika Birzebbuga bdiet marc minn Triq il-Borok. Il-marc ghadda minn diversi toroq sakemm il-banda dahlet f’Misrah il-Knisja u baqghet tiela sa fuq iz-zuntier, akkumpanjata minn folla kbira ta partitarji. Hemmhekk kien hemm jistenniha il-Kappillan Dun Guzepp Farrugia li bierek il-Banda. Wara, l-banda daqqet ghall-ewwel darba l-Innu taghha fil-pubbliku. F’dik il-festa il-Banda daqqet ukoll il-Gimgha, 3 ta’Awissu 1990, is-Sibt 4 ta’Awissu 1990, u l-Hadd filghodu sar ghal l-ewwel darba il-Marc il-Kbir ta l-Iljun. Is-sena ta’wara, is-Soċjetá reget hadet sehem bil-kbir fil-festa ta San Pietru, fejn ghall ewwel darba sar ukoll Programm Muzikali fil-Bajja s-Sabiha nhar is-Sibt 3 t’Awissu 1991.

Sa mill-ewwel sena, il-Kumitat inkoraggixxa it-twaqqif ta’diversi Sotto Kumitati biex bix-xoghol attribwit lilhom, ikunu ta ghajnuna lejn il-Kumitat Ezekuttiv. L-ewwel Sotto Kumitat kien dak taz-Zghazagh, li gie mwaqqaf nhar il-Festa tal-Kattedra ta San Pietru, 22 ta Frar 1990 u fis-sena 2000 is-Sotto Kumitat Zghazagh sar Sezzjoni Zghazagh Iljuni. Fil-25 ta’Gunju 1990 twaqqaf is-Sotto Kumitat Nisa li fis-sena 2000 huma saru maghrufa bhala Sezzjoni Nisa Petrini. Fl-4 ta’Settembru 1990 gie ffurmat is-Sotto Kumitat tan-Nar bl-iskop li jiehu hsieb il-hruq tan-Nar li jkollna fil-festa ta’San Pietru. Illum il-gurnata nistghu niftahru li l-festa hadet spinta l-quddiem f’dak li jirrigwarda n-Nar, specjalment bl-ispettaklu tan-Nar ta l-Art ta lejliet il-festa. Fis-Sena 2000 l-isem inbidel ghall-Kummissjoni Nar u fl-2004 l-isem sar Ghaqda tan-Nar 22 ta’Frar.

Wara l-festa ta l-1990, il-Kumitat ghamel talba mal-Awtoritajiet ekklezjastici biex il-banda l-gdida tkun tista tuza’ ukoll l-Istatwa ta’ San Pietru tal-Marc tal-Gimgha, li hija propjeta’ tal-Parrocca. Wara diversi laqghat li rrizultaw fin-negattiv, is-Soċjetá’ giet imcahhda ghall-dejjem milli taghmel marc fl-ahhar Jum tat-Tridu bl-Istatwa ta’San Pietru. Ma kienx fadal triq ohra hlief li tigi ordnata statwa gdida ta’San Pietru. Kien it-Tlieta, 6 ta Novembru 1990, meta giet ordnata Statwa ta’San Pietru ghand l-Iskultur famuz Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Inhadem pedestall minn Alex Caruana u Joe Cutajar. L-istess persuni hadmu wkoll il-bradella u l-kolonna biex fuqa tibda tittellgha l-istatwa. L-istatwa li izzanznet nhar il-Gimgha, 2 ta’Awissu 1991 meta ngiebet bil-bahar minn Marsaxlokk akkumpanjata minn ghadd ta’dghajjes u tnizzlet Wied il-Buni. Wara saret manifestazzjoni grandjuza mat-toroq tar-rahal, sakemm l-istatwa ittellghet fuq il-kolonna li kienet armat fil-bidu ta’ Triq Zaren Dalli. Mil-festa ta l-1995 bdiet tintuza kolonna ohra li nhadmet mill-ahwa Joe, Angelo u Ray Cutajar. Mill-1996 din bdiet tintrama fil-bajja s-Sabiha. Fl-1999 izzanznet bradella gdida, li nhadmet minn Mastru Guzeppi Galea ta’ Hal Luqa. Ghall festa ta l-2003, l-Istatwa ta San Pietru giet indurata mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, fejn saret ukoll alterazzjoni fl-id ta’ l-Istatwa.

Is-Soċjetá’ Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D. 1990 ghamlet diversi servizzi kemm f’Birzebbuga kif ukoll barra mir-rahal. Bla dubju l-ikbar sehem dejjem inghata fil-Festa Titulari ta’ San Pietru fejn mill-1990 sal-festa tas-sena l-ohra il-banda ghamlet numru kbir ta’ servizzi. Barra minhekk gew mistiedna diversi baned barranin. Il-Banda Birzebbuga giet mistiedna biex taghmel servizzi f’diversi lokalitajiet differenti u dan juri li f’qasir zmien il-banda stabbilit isimha f’pajjizna. Saru numru ta servizzi ohra f’Birzebbuga f’okkazzjonijiet u avvenimenti differenti. Fost dawn insemmu il-Programm Muzikali Annwali “Mill-Bandisti ghall-Membri” li ilu isir mill-1996. Is-Soċjetá’ ghamlet ukoll servizzi barra minn xtutna meta waqt zjara gewwa t-Tunezija saru servizzi muzikali fid-19, 20 u 21 ta Marzu 2004.

Fl-okkazzjoni ta l-10 Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetá’ saru festi kbar sabiex jikkomemoraw din il-gurnata memorabbli fejn il-qofol kien Programm Korali u Strumentali li sar nhar is-Sibt, 19 ta’ Frar 2000 fit-Teatru Sir Temi Zammit ta’ l-Universita’. Dakinhar il-Banda, li kienet taht id-Direzzjoni ta Mro Michael Bugelli daqqet ghall-ewwel darba l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus.

Nhar is-Sibt 5 t’Awissu 2000 gie mzanzan plancier gdid tal-banda li gie regalat lis-Soċjetá mis-Sur Ronnie Galea. Dakinhar gie esegwit fuqu Programm Korali u Strumentali f’Misrah il-Knisja, fejn ghall-ewwel darba indaqq l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus gewwa Birzebbuga. Fis-sena 2009 dan il-plancier ghadda minn renovazzjoni estensiva biex ikun jista’ jakkomda ahjar lill-bandisti, lis-surmast, u l-Kor Xmun Pietru, li twaqqaf f’Jannar tal-2006 taht id-direzzjoni tal- Mro. Felicienne Paris B.Ed (Hons), L.Mus. T.C.L., A.Mus. L.C.M.

Kif qed naraw, is-Soċjetá bdiet tikber b’ritmu tassew mghaggel , u kull ma jmur bdiet tinhass il-htiega ta’ kazin akbar. Ghalhekk , bl-approvazzjoni tal-membri, fl-1991, bdew il-proceduri biex il-Kumitat iffittex post li seta jservi bhala Kazin. Kien hemm diversi proposti izda l-Kumitat tefa’ ghajnejh fuq il-fond 11/12 Triq Birzebbuga, it-triq principali li mill-Bajja s-Sabiha twasslek sa Misrah il-Knisja. Wara hafna xoghol u ricerki, intlahaq ftehim ma’ sid il-post u nhar is-16 ta’ Mejju 1992, gie ffirmat il-konvenju. Fl-Laqgha Generali Straordinarja li nzammet nhar il-Hadd 24 ta’ Mejju 1992, il-membri approvaw b’mod unanimu ix-xiri tal-post u kollox gie ffinalizzat nhar il-15 ta’ Settembru 1992 meta dakinhar gie ffirmat il-Kuntratt.

Kif il-Kumitat akkwista c-cwievet tal-post bdew il-pjanijiet kif il-post seta jigi alterat u rikostruwit biex jinaghta statura ta’ kazin tal-banda. Izda nhar it- 8 ta’ Novembru 1992 Sunny Bonnici (ta’ Farfar) u Peter Camilleri (il-Pajju), issuggerew li l-ahjar haga kienet li l-post jinhatt kopmletament u jigi ppjanat mill-gdid, u fil-fatt hekk gie deciz. Fil-kesha ta Dicembru 1992 il-post beda jinhatt. Kienu granet u ljieli ta’ sagrifficcji kbar fl-eqqel tax-xitwa. Kif kien komplut it-twaqqieh, nhar is-27 ta’ Marzu 1993 beda jinbena l-Kazin il-gdid mill-pedamenti. Ix-xoghol sar taht supervizjoni ta’ l-Onorevoli Perit Karmenu Vella u l-Perit Michael Schembri., filwaqt li x-xoghol tal-bini kien immexxi minn Sunny Bonnici, Peter Camilleri, Victor Schembri u Pietru Camilleri (is-Sigarr). Dawn ta kuljum kienu jkunu mghejjuna minn ghadd ta volontiera, hafna minnhom zghazagh. Il-Kumitat ma waqafx hawn u fit-22 ta’ Novembru 1994, giet akkwistata bicca propjeta ohra, ir-remissa li hemm biswit il-Kazin. Din ir-remissa giet imhallsa kompletament f’Dicembru 1999. Ic-cwievet tar-remissa gew moghddija lis-Soċjetá’ nhar is-17 t’Awissu 2004 u fil-Milied ta l-2004, itellghet wirja ta presepju mekkanizzat gewwa r-remissa, wirja li baqghet tittellgha kull Milied sussegwenti.

Meta kollox kien lest biex is-Soċjetá’ tibdel is-Sede taghha, nhar is-17 ta’April 1996 is-Soċjetá’ imxiet fil-Kazin il-gdid li nghata l-isem ta’ “Gawhra ta San Pietru”. Fit-2 ta’Awissu 1997 tqieghdet simbolikament l-ahhar gebla tal-Kazin mil-President is-Sur Anthony Camilleri. L-ghada, qabel il-marc ta’ filghodu, l-istess President tella’ ghall-ewwel darba bandiera Maltija ma’ l-arblu tal-kazin. Fis-16 ta’ Settembru 1997 saru festi kbar biex nikkomemoraw il-gurnata li fiha il-Kazin sar propjeta tas-Soċjetá’ u gie kkonsagrat ghall-Qalb ta’ Gesu u ta’ Marija.

Ix-xoghol fil-kazin ma waqaf qatt u fis-7 ta’April 2000 tlesta it-tqeghid tal-granit fit-tarag u sar poggaman tal-ferrobattuto. Saru diversi xogholijiet ohra ta’ tisbieh bhal suffetti, purtieri u ghamara. Ftit gimghat qabel il-Festa ta l-2002 gie mwahhal il-bieb principali tal-Kazin u nhar il-Hadd, 28 ta Lulju 2002, il-President is-Sur Simon Micallef tella ghall-ewwel darba il-bandiera l-maggura ma l-arblu tal-kazin. F’Ottubru ta’ l-2003 gew mibdula is-sitt bibien tal-faccata li saru ta l-eroko. Nhar il-Hadd, 25 ta Lulju 2004, Is-Sur Simon Micallef President tas-Soċjetá’, flimkien mas-Sur Robert Baldacchino, President tas-Sezzjoni Zghazagh Iljuni, inawguraw il-faccata tal-Kazin wara li din giet dekorata bl-irham u b’zewg kolonni taz-zonqor, xoghol tal-marmista Ronnie Pisani. Din il-faccata giet iffinanzjata mis-Sezzjoni Zghazagh iljuni. Din is-sena kienet ukoll l-ewwel sena li fiha bdiet tigi ccelebrata l-Gimgha Mqaddsa fil-kazin taghna, bl-ghajnuna ta’ bosta voluntiera.

Pass iehor storiku sehh nhar il-Gimgha, 30 ta’ Lulju 2004, meta l-ufficjali tal-Kazin li kienu jokkupaw il-kariga dak iz-zmien, is-Sur Simon Micallef – President, is-Sur Johan Briffa - Segretarju u s-Sur Walter Pace - Kaxxier, ghamlu l-konvenju li permezz tieghu is-Soċjetá’ akkwistat l-ispizerija ta’ magenb il-kazin.

Is-sena 2005 rat is-Soċjetá’ tikseb successi fejn jidhol tizjin tal-Milied – it-tieni post minn Malta kollha fil-kompetizzjoni tal-Presepji kif ukoll ghat-Tizjin tat-Triq. Il-banda wkoll kellha sena ta’ success – il-banda tas-Soċjetá’ rebhet il-Gara Muzikali tas-sena 2005, bil-hila u l-kapacita’ tal-bandisti tal-post – holma ohra li saret realta’ wara hafna snin ta’ hidma. Dan is-success gie ccelebrat bi programm muzikali fit-22 ta’ Frar tas-sena ta’ wara, gewwa s-sala tal-iskola primarja ta’ BIrzebbuga, u g halih attendew il-Kumitat Amministrattiv tal-Malta Band Association kif ukoll ghaqdiet ohra mir-rahal u minn irhula ohra.

Fil-Laqgha Generali tat-18 ta’ Settembru 2005, il-maggoranza tal-membri qablu li jkomplu in-negozjati biex tinxtara il-propjeta’ biswit il-kazin. Fi Frar 2006 tlestew il-pjanti tal-kazin biex tigi sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA biex nirregolarizzaw il-propjeta’ tal-kazin. U fl-ahhar wasal is-26 ta’ Mejju; u s-Soċjetá’ ufficjalment akkwistat ispizerija. Twaqqfet l-iSkema Tkabbir tal-Kazin – bl-ghan li l-membri joffru ghajnuna finanzjarja fit-tkabbir tal-kazin.

Mbaghad fis-sena 2006 bdiet inizjattiva ohra – fil-Karnival is-Soċjetá’ taghna bdiet tiehu hsieb li torganizza attivita’ biex ir-rahal kollu jiccelebra din l-okkazjoni – sar daqq ta’ marci minn hdejn il-venda sa hdejn il-kazin, mbaghad wara ttellghet serata ta’ zfin u divertiment. Ghal Gimgha 6 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena, ghal-ewwel darba l-Ghaqda 22 ta’ Frar hadet hsieb li tipprepara spettaklu sabih ta’ nar bl-isem is-Sema mimlija bil-Kuluri, bl-ghajnuna tas-Sur Godfrey Zammit il-Lupsi, liema spettaklu ttella’ minn fuq il-Bajja s-Sabiha dakinhar li San Pietru gie migjub minn fuq il-bahar. L-ahwa Anglu u Raymond Cutajar hadu hsiebu li jlestu il-kolonna li fuqha tintrama l-istatwa artistika ta’ San Pietru li tigi armata quddiem l-ghasa tar-rahal.

Din is-sena rat progress kbir fejn jidhol komunikazzjoni. F’din is-sena l-Bord Editorjali beda jiehu hsieb li jippublika newsletter bl-ghan li jzomm lill-Birzebbugin infurmati b’dak li kien qed jigri fis-Soċjetá’, publikazzjoni li nizlet tajjeb hafna man-nies tar-rahal. Dan ovvjament minbarra l-publikazzjonijiet li l-Bord johrog ta’ kull sena, bhal ma huma l-kalendarju u l-ktieb tal-festa.

Is-sena 2007 kienet is-sena li fih l-E.T Mons. Arcisqof Patri Pawl Cremona OP ghogbu jaghmel zjara gewwa s-sede taghna (fis-27 ta’ Lulju), liema zjara giet akkumpanjata minn hafna entuzazmu min-nies, li ltaqghu kollha fit-toroq biex jilqghu lil-Isqof.

L-2008 rat process ta’ manutenzjoni fit-tielet sular tal-kazin, fejn intrama arkivju tempoanju fis-sala tal-kuncerti biex b’hekk il-muzika issa hija kollha mergugha fis-sede taghna. Intramat b’ghamara moderna wkoll il-kamra tas-segretarju. Din is-sena wkoll inhasset il-htiega li jinbidel l-arblu l-maggur u ghalhekk bidet hidma fuq l-arblu l-gdid, liema arblu gie iffinanzjat mill-Onor. Dr. Marlene Pullicino. Nhar il-Ħadd 20 ta’Lulju 2008, dan l-arblu sab postu fuq il-bejt tas-Soċjetá’, fost hafna capcip u entuzjazmu.

Is-sena 2009 hija mmarkata mill-anniversarju tal-migja tal-vara ta’ San Pietru f’Malta. Anniversarju li ser jinghata l-prominenza li jixraqlu, b’hafna sorprizi ghal festa ta’ din is-sena, fosthom l-Innu gdid. B’hekk barra l-Innu Popolari tas-surmast Carmelo Pace, is-Soċjeta’ issa se jkollha innu popolari ieħor kollu kemm hu tagħha, l-innu Nħobbuk bħalma niesna ħabbewk’; b’muzika ta’ Mro. Raymond Sciberras F.L.C.M, u versi tal-Professur Oliver Friggieri. Minn naha l-ohra din is-sena saru wkoll alterazzjonijiet sinifikanti fil-plancier, biex issa sar iktar denju ta’ Soċjetá’ li qieghda dejjem tikber.

Hawnhekk tajna harsa biss lejn l-iktar mumenti sinifikanti tas-Soċjetá’. Ma ninsewx ix-xoghol bla waqfien li jibqa’ ghaddej matul sena, u li jsir kull sena; l-attivitajiet li jiehdu hsieb jorganizzaw il-Kummissjonijiet (kemm bhala gbir ta’ fondi, kif ukoll l-attivitajiet tal-Milied, tal-Karnival ecc), il-publikazzjonijiet kollha tal-Bord, is-sagrifficju li l-Ghaqda 22 ta’ Frar taghmel matul is-sena, ix-xoghol kontinwu tal-Kumitat – barra x-xoghol fiziku u l-hin li dan iqatta’ gewwa l-kazin, ma ninsewx il-laqghat u diskussjonijiet twal li jsiru – dejjem bil-ghan li s-Soċjetá’ taghna tkompli taghmel il-progress. Barra minn dan-nies kollha, hemm dawk il-membri u persuni li jaghtu daqqa t’id kull meta jkun hemm bzonn, u ovvjament, ma nistghux ma napprezzawx il-kontribuazzjonijet finanzjarji, li sfortunatament huma importantissimi ghal kazin.

Iżda żbaljat min jahseb li forsi lhaqna s-sema b’idejna! It-triq quddiemna hija twila, u x-xoghol huwa iebes. Izda il-futur ghall-din il-Banda huwa wiehed sabih u cert. Xhieda ta’ dan huwa n-numru sabih ta zghazagh li jiffrekwentaw il-kazin u jghinu lis-Soċjetá. Izda bla dubju ta xejn, is-success enormi li kisbet is-Soċjetá’ Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga A.D. 1990 tul dawn id-dsatax-il sena tafhom lid-diversi benefatturi u volontiera li taw sehmhom f’din il-miexja glorjuza. Minn qalbna – grazzi.

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Michael Bugelli A.T.C.L. 1990

Presidents

No Presidents From Until
01 Anthony Camilleri 1990 1999
02 Simon Micallef 1999 2005
03 Jason Vella 2005 2013
04 Emanuel Zammit 2013 2014
05 Chev.Alex Caruana 2014

Secretaries

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1990) (Vol.1) 1990 *
02 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1992) (Vol.2) 1992 *
03 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1994) (Vol.3) 1994 *
04 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1996) (Vol.4) 1996 *
05 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1998) (Vol.5) 1998 *
06 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (2000) (Vol.6) 2000 *

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Birżebbuġa (2002) (Vol.7) 2002 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Birżebbuġa (2004) (Vol.8) 2004 *

Programmes and Publications

Memorials

External links