Mit-Tarza Għall-West End

From M3P
Revision as of 12:53, 11 August 2019 by Tonisant (talk | contribs) (final 5 articles added)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to: navigation, search

Mit-Tarza Għall-West End kienet sensiela ta' artikoli miktuba minn Laurie Bellizi dwar il-kumpanija teatrali Maltija Stage Commandos. Dawn l-artikoli dehru fil-gazzetta Il-Ħelsien bejn Lulju u Novembru tal-1963, fuq paġna 7, bħala parti mill-Paġna Mużikali regolari ta' Spiro Camilleri.

Hawn taħt jidher dak li kiteb Bellizzi kif deher fil-gazzetta f'20 ġimgħa, b'indikazzjoni tad-data tal-pubblikazzjoni oriġinali. Il-kliem inkiseb minn kopji tal-gazzetta miżmuma fiċ-Charles Clews Memorial Collection permezz ta' Tesseract OCR fuq Google Drive. Ċertu kliem mhux transkritt preċiż, imma l-istilistika ta' Bellizzi u l-gazzetta oriġinali inżammu kemm jista' jkun.


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 11 ta’ Lulju 1963. p.7

Kienet is-sena 1942, il-gwerra kienet fit-tielet sena tagħha, filwaqt li jien kont fil-ħames sena tal-apprenticeship tiegħi.

Kif kulħadd jaf, l-iżjed parti ta’ Malta li sofriet mill-attakki tal-ajru tat-taljani u tal-ġermaniżi kienet dik il-parti madwar il-Port il-Kbir, inkuża, sintendi, it-tarzna.

Dak iż-żmien, aħna l-ħaddiema tat-tarzna iżjed konna naħdmu fil-beraħ milli taħt is-saqaf, għar-raġuni li ma kienx għad-fadal ħanut tax-xogħol lil seta' jiftaħar li s-saqaf tiegħu għadu sħiħ, u l-uniċi ħwienet tax-xogħol li kellhom saqaf sod u li jirreżistu l-bombi tal-għadu kienu dawk il-ftit li kienu tlestew taħt il-blat, u li kienu jservu wkoll ta' air-raid shelters għalina.

Dan kien l-ambjent ta' dak iż-żmien, u f'dan l-ambjent kellha tinħoloq waħda mill-aktar kumpaniji popolari fl-istorja tal-palk malti — li Stage Commandos.

Bħal ma diga' għedtilkom, kont engine-fitter apprentice u f'nofs-in-nhar, wara li nkunu ġa kilna, meta sintendi kien ikollna xi ħaġa sew x’nieklu bin-nofs kwart ħobż razzjon biex iservi għal ġurnata sħiħa u b'xi biċċa ġobon, konna nqattghu is-siegħa tal-mistrieħ billi noqogħdu niddiskutu l-aħħar żviluppi tal-gwerra.

Darba fost l-oħrajn wieħed minn sħabna l-apprentisti, fettillu jġib miegħu orgni tal-ħalq, dan kien jaf idoqqu mhux ħażin, u billi jien kelli daqsxejn tal-fama li naf inkanta ġejt mitlub biex inkanta xi waħda. Tal-'mouth organ' beda jdoqq il-kanzunetta “Mexicali Rose" u din li dak iż-żmien kienet waħda mill-favoriti tiegħi, ma nqastx li ma nagħtix interpretazzjoni tajba, għas-sodisfazzjon mhux biss ta' sħabi, imma ta' xi ħaddiema li ħarġu mill-irkejjen tal-mistrieħ tagħhom biex jaraw min hu dan li qiegħed jipprova jikser il-melankonija ta' dawk iż-żminijiet koroħ tal-gwerra.

Malli spiċċajt, mhux talli taw l-applawsi, imma riedu l bis:- Jiena kelli nerga' nobbligahom għat-tieni darba b'din l-imbierka "Mexicali Rose".

BDIET IT-TRIQ

Kellha tkun din is-song li bdiet it-triq tal-ħolqien ta' l-“Stage Commandos” għax inkuraġġiet lill-ħbieb tiegħi, Nestu Laiviera, Charlie Rowe, Freddie Underwood u Charlie Clews biex nikombinaw it-talent tagħna u naraw jirnexxielniex nippreżentaw b'suċċess programm mill-ħaddieina għall-ħaddiema waqt il-’break’ tal-mistrieħ.

Għadni niftakar, qisu l-bieraħ, taħt is-saqaf imtajjar tal-factory M.E.D., sejrin biex nippruvaw nallegraw u ndaħku lil sħabna l-ħaddiema, meta dawn kienu kważi insew kif għandhom jidħku.

Konna għażilna l-ġurnata tal-Ġimgħa, għax din kienet l-aktar waħda favorevoli għalina, biex jinkiseb suċċess, billi nhar ta’ Ġimgħa kulħadd jieħu l-paga għalhekk forsi jkollhom il-ftit aptit li jippruvaw jidħku.

Bla separju! bla dressing room! bla palk! Bil-kostumi tagħna bħal ta' l-udjenza – il-boilersuit – li kienet aktar sewda milli bajda u aktar imqatta' milli le, bil-make-up xi minn daqqiet kien jifforma ruħu wahdu waqt l-ħinijiet tax-xogħol. Għalhekk tistgħu taħsbu xi żvantaġġi kellna kontra tagħna biex l-iskop tagħna jirnexxi.

IL-ĦIN WASAL

Il-ħin biex nibdew wasal, u | l-udjenza li ma kellhiex bżonn toqghod tfittex is-siġġu taghha, bdiet issib fejn se toqgħod.

Min intefa' bil-qegħeda fl-art, min ġieb il-kaxxa tal-għodda u poġġa bil-qegħda fuqha, u min tela' bil-wieqfa fuq il-bank tax-xogħol ħalli żgur ma jitlef xejn.

U aħna l-artisti!! fuq palk provizorju, għoljin xi erba' pulzieri mill-art, fuq is-sodda soda tal-konkrit ta' wieħed mill akbar tornijiet li kien għadu ma ntlaqatx mill-bombi tal-għadu.

Niftakar li x-show infetaħ bija fejn kantajt “Beer Barrel Polka”. Wara Charlie Clews kellu suċċess kbir bil-famużi "Preverbji” tiegħu. U mbagħad instema' djalogu komiku minn Nestu Laiviera ma' Freddie Underwood, u għalaq il-programm Charlie Rowe b'poeżija umoristika. B'hekk il-ħolqien ta' li “Stage Commandos” beda biex jieħu l-forma.

APPLAWSI KBAR

Kull numru li ippreżentajna ġie milqugħ b'applawsi kbar u l-ħaddiema ħadu pjacir bil-preżentazzjoni. Kien verament sodisfazzjon kbir għalina dak in-nhar li għal ftit mumenti tara lill-ħaddiema sħabna jinsew li konna fi gwerra, u tarahom ibiddlu wiċchom imdejjaq f'wiċċ daħkan.

F'kelma waħda, bl-iżvantaġġi kollha rreġistrajna l-ewwel suċċess, tant li sħabna l-ħaddiema nkuraġġewna għal aktar shows! U f'qasir żmien, kull nhar ta' Ġimgħa bdejna nippreżentaw ix-show tagħna, dejjem b'materjal ġdid, miktub minn Nestu Laiviera, Freddie Underwood u Charlie Clews.

Konna ssaħħaħna mhux ftit bil-partiċipazzjoni ta' Johnnie Catania li bit-"Tupp, intaptap x’vizzju għandi" kien għamel suċċess kbir, u mill-ewwel deher li Johnnie se jkun wieħed minn li stars tal-palk malti.

Daħal ukoll magħna Willie Burlo li bil-vuċi simpatika tiegħu tant kien jagħti pjaċir bis-songs li jkanta, u oħrajn li minn xi daqqiet bdew jitħajru u jippreżentaw xi ħaġa.

AKTAR ĦADU SURA

L-udjenza, ukoll, kull ma tmur bdiet tikber, il-programmi aktar bdew jieħdu sura u jiġu organizzati aħjar, bil-konsegwenza li l-fama tagħna l-artisti tat-tarzna bdiet tinfirex. Bis-sincerita' kollha, għal kemm ilu li għadda dak iż żmien, jien inħoss u naħseb li sħabi jħossu bħali, li dawk ix-shows li aħna konna nippreżentaw f'dawk iż-żminijiet kienu l-iżjed għeżież għalina, għax kien irnexxielna nżommu għoli l-moral ta' sħabna, irnexxielna ndaħħkuhom fi żminijiet ta' biki, u dak li konna nagħmlu konna nagħmluh minn qalbna, mingħajr interessi ta' xejn, ħlief li naraw għal ftit ħin ta' kull nhar ta' Ġimgha lil sħabna ferħanin.

Kienu żminijiet differenti! Pero' kienu dawk iż-żminijiet li għenu biex tkun tista' tinħoloq il-kumpanija Stage Commandos, li fl-istorja tal-palk malti għandha record kbir u li żgur ma tintesa' qatt għall mod li dawn l-artisti tat-tarzna għamlu ġieh lil art twelidihom fl-arti teatrali.

Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 18 ta’ Lulju 1963. p.7

Wara li bqajna nagħmlu għadd ġmielu ta’ programmi għal sħabna l-ħaddiema fit-tarzna, li xi wħud mill-programmi kienu saru fi ħwienet oħra tax-xogħol bħal ma kienu l-Pattern Makers Shop, is-Shipwrights Shop ta’ bejn il-4 u l-5 docks, u l-Works Department Shop, waslet fl-aħħar l-okkazzjoni li ħafna minna kienu ilhom jistennew li nidhru fil-pubbliku f’xi post barra l-bibien tat-tarzna.

Kellha tkun is-sezzjoni taż żghazagh tal-General Workers’ Union li stidnuna biex nieħdu sehem fi programm varjat b'risq il-Xmas Party għat-tfal u membri tal-Union.

Id-data kienet il-Ħamis, 8 ta' Novembru, 1945, u l-post kien il-każin tal-banda ta' San Gejtanu, il-Ħamrun, fejn il-kumitat ġentilment kien offra s-sala spazjuża għal din l-okkażjoni.

Din id-darba konna se nidhru fuq il-palk regolari, bi dressing rooms, dwal, separju, eċċ., fil-waqt li l-udjenza kellha tħallas 1s 6d, b'siġġijiet numerati biex żgur kulhadd ikun f'postu. X’differenza mill-programmi tagħna tat-tarzna!

QISNA TEAM TAL-FOOTBALL

Konna f'ambjent differenti għal kollox, konna qisna team tal-football li sejjer jilgħab logħba barra pajjiżu. Fuqna kellna ċerta biża', l-iżjed meta konna nafu li l-maġġoranza ta' l-udjenza kienu sejrin jarawna għall-ewwel darba, u li sejrin ukoll jaraw stil ġdid ta' programm varjat b’persunaġġi kienu qegħdin jagħmlu d-dehriet tagħhom uffiċjali bħala team quddiem il-publiku malti.

Biex il-programm ikun aktar attraenti ġew mistiedna wkoll żewġ kantanti popolari ta' dak iż-żmien – is-soprano Ġemma Sammut u t-tenur Eddie Cassar. Kienu mistiedna wkoll l-illużjonista Krist Van Berne, is-surmast Muscat Azzopardi fuq il pjanu u l-pjanista Jane Moore, li kellha ddum ħafna magħna bħala l-pjanista tal-kumpanija.

Min-naħa tagħna konna introducejna lil Agnes Bellizzi, lill-aħwa żgħar, imma b’talent straordinarju, Milda u Eddie Scicluna u lit-tfajjel akkordjonista Charles Camilleri, li ‘l quddiem kellu jagħmel ġieħ lil art twelidu fil-qasam mużikali u li l-lum igawdi fama mad-dinja.

INKURAĠĠIMENT

Aħna tal-grupp originali tat tarzna konna Willie Burlo', Johnnie Catania, Charlie Clews, Nestu Laiviera, Freddie Underwood u jien.

Konna ippreżentajna l-ahjar mir-repertorju tal-tarzna. “Il-Proverbji 1”, “L-Aħbarijiet”, “Żewġ Affarijiet”, “Djalogi Komiċi", makjetti, dwetti u kant.

L-applawsi li qlajna kienu bħal injections biex nagħmlu sforzi akbar sabiex nilħqu l-ambizzjoni tagħna li ngħaqqdu kumpanija bit-talent tagħna u naraw x'riżultat ikollna.

Għadni niftakar lis-sur Reggie Miller li kien segretarju tal-G.W.U. jinkuraġġina fl-iskop tagħna. U anki ħafna u ħafna oħrajn li xtaqu bħalna li nbiddlu l-istil antikwat tal-palk malti li dak iz-zmien kien jikkonsisti fil-preżentazzjoni tad-drammi f’ħames jew sitt atti bħal "Marija, Bint is-Sajjied Malti", "Amleto" u "Genoveffa", b'xi vaudville jew farsa fl-aħħar tal-programm biex ittaffi daqsxejn l-atmosfera drammatika li kienu jħallu dawn il-programmi.

Quddiemi għandi "qtugh" ta' gazzetta, li nibqa' ngħożżha sa l-aħħar għax hija l-ewwel rapport fuq l-ewwel programm tagħna, u li tgħid hekk:-

"Il-Youth Movement tal-G.W.U. taw kunċert sabiħ ferm li ta gost lil kulħadd, il-għaliex il-kunċert kien bi stil modern, qisu xi show ta' l-E.N.S.A. Nawgurawlhom successi aktar."

IL-BIŻA’ SPARIXXA

Wara dan id-debut quddiem il-publiku malti, kulhadd minna ħareg sodisfatt, u l-ftit biża' li kellna sparixxa, tant li kellna mitt sena sakemm nerġgħu nidhru fuq il-palk.

Hawn ta' min ifakkar li s'issa konna għadna bla isem. Konna qisna għandna vapur ġdid lest minn kollox biex jivvjagga, jistenna lil xi ħadd ipinġilu ismu.

Kellhom jerġgħu jkunu iż-żgħażagħ tal-G.W.U. li reġgħu tawna ċ-ċans li nuru x’nafu meta stidnuna biex nippreżentaw it-tieni programm b'risq l-istess Xmas Party, fejn il-post din id darba kien it-Tivoli Theatre, Raħal Ġdid.

L-EWWEL LAQGHA

Erġajna rripetejna l-programm ta' qabel u sibna li n-nies ta' Raħal Ġdid jafu jidhku u jċapċpu xejn inqas minn dawk tal-Ħamrun.

Wara dawn iż-żewg successi iddeċidejna li niffurmaw il-kumpanija, għalhekk ġejna biex nagħmlu l-ewwel laqgħa, li għaliha flimkien miegħi attendew Willie Burlo', Johnnie Catania, Charles Clews, Johnnie Vella, Vincent Esposito, Freddie Underwood, Nestu Laiviera u Anthony Rizzo.

Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 25 ta’ Lulju 1963. p.7

Il-post fejn iltqajna kien ferm ideali, kien fit-tool shop, ‘il bogħod biss xi 30 jarda minn fejn konna għamilna l-ewwel programm għal sħabna l-ħaddiema.

Wara li kulħadd qabel mal-prinċipju li ngħaqqdu kumpanija, ħtarna direttur lil Nestu Laiviera b'vot unanimu. Nestu kien jistħoqqlu jkun hu li jmexxina minħabba li fostna kien l-iżjed wieħed li kellu esperjenza fl-arti teatrali.

Bħala segretarju ġie mahtur Freddie Underwood u bħala kaxxier Anthony Rizzo, li kien l-uniku wieħed fostna li ma kienx jitla' fuq palk. Imma f'Tony Rizzo sibna kaxxier onest u mill-iżjed ħabrieki. Huwa kien ukoll l-ewwel suġġeritur tagħna.

L-ISEM TAL KUMPANIJA

L-isem li tajna lill-kumpanija “Stage Commandos" — kien bir-raġun kollu jinħass goff bħala isem ta' kumpanija teatrali, iżda fl-opinjoni ta' kull wieħed minna kien l-aktar li joqoghdilna, meta wieħed ikun jaf f'liema ambjent sar il-ħolqien tagħna: air raids, bombi u dak kollu li ġġib magħha l-gwerra.

Terga' aħna konna qegħdin nintroduċu stil ġdid ta' programmi fuq il-palk malti, waqt li l-publiku malti kien imdorri, f'dak iż-żmien, jara drammi tat-tip “Maria, Bint is-Sajjied Malti”. It-tir tagħna kien li nagħmlu bidla radikali f'din is-sistema li kellha għeruq fil-fond. Bi stil differenti, programmi iqsar, bi sketches ta' ftit minuti, djalogi komiċi, b'numri ta' kant, makkjetti u żfin u bil-compere, li kien Charlie Clews, li dejjem kien ikollu skartata lesta ma’ kull numru li kien jippreżenta, dan irnexxielna naghmluh.

FIR-RADIO CITY

Ftit wara li spiċċat il-gwerra, is-sur Ġużè Schembri, stieden sitt mitt tifel u tifla fit-teatru tiegħu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-waqfien tal-gwerra. Biex nallegraw u ndaħħku lil dawk it-tfal, stieden lilna. Kienet l-ewwel esperjenza tagħna li nirreċtaw quddiem udjenza magħmula minn tfal biss.

Fl-4 ta' Jannar 1946, stidnuna niehdu sehem b'suċċess kbir fil-festin li sar fir-Radio City f'ġieħ il-kunsulieri laburisti. Għadni sal-lum qatt ma rajt ir-Radio City ippakkjat kif kien dak in-nhar.

IL-KONKORS “BAJDA U ĦAMRA”

Iddeċidejna li nidhlu għall-ewwel konkors teatrali “Bajda u Hamra”, organizzat mis-sur Nikol Biancardi. Id-deċiżjoni li ħadna kienet ta' sogru, pero kienet fl-istess ħin sfida għalina. Konna se naraw x'talent tajjeb għandna fl-arti tal-proża ħdejn l-aqwa kumpaniji. Ghażilna l-kummiedja soċjali “Xi Dnub” adattata għall-palk malti mis-sur Ivo Muscat Azzopardi.

B'kunċerti ta' spiss taħt id-direzzjoni għaqlija ta' Nestu Laiviera, f'dak il-konkors irnexxielna nakkwistaw it-tielet post. Kien suċċess kbir għall-kumpanija kif ukoll għal Frances Spiteri, Nestu Laiviera, Charlie Clews, Johnnie Catania, Freddie Underwood u Willie Burlo li ħadu sehem.

F'dan iż-żmien kienet qegħda tieħu sehem magħna Frances Spiteri li kienet il-"partner" ideali fid-dwetti ferm popolari ma’ Johnnie Catania. Din il koppja kellha sehem kbir mis-suċċessi ta' li "Stage Commandos", kif ukoll li l-iskartati ta' Charlie Clews li tant kien jaddatta tajjeb qabel il-preżentazzjoni ta' kull numru fil-programmi varjati tagħna.

JUM IL-ĦADDIEM

FI-Ewwel ta' Mejju, 1946, ergajna ħadna sehem fiċ-ċelebrazzjoni laburista ta' Jum il-Ħaddiem. Dak in-nhar kellna suċċess kbir bil-parodija "Nisa fil-Parlament”.

F'dik l-okkażjoni, il-mexxejja laburisti ta' dak iż-żmien, Dr. Boffa, il-perit Mintoff. Dr. Colombo, il-profs. Ellul u oħrajn, iddevertew kemm felħu.

ĠUŻA CARUANA

Fl-istess sena ħadna sehem f'wieħed mill-aqwa shows li qatt saru Malta. Dan kien Concert organizzat mill-General Workers' Union u li kien intwera fir-Radio City, il-Manoel u l Gaety. Aħna nibqgħu niftakru f'din l-okkażioni għax fiha ħadmet għall-ewwel darba magħna Ġuża Caruana, waħda mill-istilel il-kbar tal-qatt minsija "Indipendenza".

Ġuża Caruana wriet mill-ewwel interess kbir fil-kumpanija u l-assoċjazzjoni tagħha magħna kompliet kabbret il-popolarita ta' li "Stage Commandos".

F'dan il-Concert ahna ippreżentajna l-kummiedja "Nofs Siegha Qabel”, ta' Indri Cilia. U din l-okkażjoni, speċjalment bil-parteċipazzjoni tal-brava attrici Ġuża Caruana, irnexxielna nirreġistraw suċċess kbir ieħor.

Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 1 ta’ Awissu 1963. p.7

F'dan il-concert kellna wkoll sehem fil-varjeta'. U numru li nibqa' niftakar kien “Is You Is, Or Is You Ain't My Baby”, li ġie esegwit minni flimkien ma' ħuti Twanie u Agnes.

Kienu żebgħuna suwed; u in kelli l-esperjenza dak in-nhar li nfittex lil oħti Agnes imma, minħabba li kien hemm għoxrin tfajla oħra miżbugħin bhaIha, il-vera suwed, ma stajtx nagħrafha. Kelli noqgħod bil-paċenzja kollha nsaqsi kull sewda li kien hemm jekk hiex Anges!

L-UNIĊI DISFATTI

Wara dawn is-suċċessi, kellna l-ewwel u l-uniċi disfatti matul il-karriera twila taghna. Konna iddeċidejna li nagħmlu kors ta' recti fir-Regal (open air theatre), Raħal Ġdid, fejn minhabba nuqqas ta' attendenza ġejna fi stat li noħorġu l-flus mill-but biex inpattu għall-ispejjeż.

Dawn id-disfatti li ma kinux mistennijin minna, għaldaqsxejn ma kienux il-kaġun illi li “Stage Commandos” ġiet fit tmiem bikri tagħha.

Kien il-kors ta' reċti li għamilna fir-Royal Theatre, Żabbar, fix-xitwa tal-1946-47 li qabbduna t-triq tas-suċċessi tagħna. Tant konna popolari maż-Żabbarin li biex insolvu l problema tan-numru kbir ta' nies li xtaqu jarawna, konna nagħmlu żewġ shows wara xulxin kull nhar ta' Ħadd – waħda fis-sagħtejn u l-oħra fis-sebgħa sal-ħdax ta' bil-lejl. Tistghu taħsbu x'forza konna nqumu biha biex naffrontaw il-ġurnata tax-xogħol tat-Tnejn.

KISIBNA L-EWWEL PREMJU

GĦat-tieni konkors "Bajda u Ħamra" mhux biss dħalna b'kummiedja iżda wkoll b'buzzett. Il-kuminiedja kienet "Dear Departed” ta' Stanley Houghton maqluba għall-palk malti mis-sur Ivo Muscat Azzopardi, Fiha ħadu sehem: Ġuża Caruana, Frances Spiteri, Melda Scicluna, Nestu Laiviera, Charlie Clews, Willie Burlo u Johnnie Catania.

Ivo Muscat Azzopardi tana wkoll l-att drammatiku tieghu “Wieħed Minnhom” li fih ħadu sehem: Giovanna Laiviera, Salvu Cacciottolo, Dante Gatt, Johnnie Vella, Bessie Harmsworth, Freddie Underwood u jien.

Kien konkors kbir u memorabbli li fih daħlu erbatax-il kumpanija. Irnexxielna nagħmlu dak li kien jidher impossibli u rregistrajna l-ikbar suċċess tal-kumpanija għax ħadna l-ewwel premju u t-tielet premju fid-drammatiku.

Dawn is-suċċessi kbar iktar inkuraggewna biex inkomplu fit-triq li qbadna. Issa kien jid her illi l-publiku jridna u aħna mxejna max-xewqa tiegħu kif taraw iktar 'il quddiem.

L-Ewwel Anniversarju

Fl-4 ta' Jannar, 1947, iċċelebrajna l-ewwel anniversarju tagħna mindu ħadna l-isem ta' li “Stage Commandos” fit-teatru Tivoli, Raħal Ġdid, fejn quddiem platea ippakkjata għamilna l-aħjar sketches, l-aħjar żfin, kant u makkjetti fi programm li dam sejjer fuq tliet siegħat.

Fis-sajf tal-1947, konna għamilna kors ta' recti għall-open air fil-Cafe' Riche, Bormla, u f'waħda mir-reċti ghażilna biex nagħmlu l-ewwel vaudeville fir-reportorju tagħna. Kien il-“Kos, X’Dinja!” tal-ħabib tagħna Ġużè Azzopardi.

BAQGĦET TIGDIMNI SAL-AĦĦAR

Kienet l-ewwel darba li jien kont se nieħu parti fil-proża. Niftakar kont studjajt il-parti bl-amment u kont fiduċjuż li ma nitlifx kelma waħda. Imma x’ġara dak in-nhar ta' l-eżekuzzjoni?

L-ewwelnett jiena kelli l-parti ta' l-amoruż. Kont it-tifel ta' Willie Burlo, iżda kont ngħejx ma' ommi f’Ċipru billi hi kienet mifruda minn ma' missieri. Meta hi xebgħet minni, bagħtitni Malta nfittex lil missieri. Jiena, skond li 'script', kelli suppost li ingħid illi missieri wara li jistaqsini x'gara minn ommi, li kienet mietet b'ismu fuq xuftejha.

Iżda x-xitan m’għandux halib! U minflok li għetlu dak li kelli ngħidlu, għedt: "Papà, ommi mietet b’ilsienek f'ħalqha."

Qabeż Willie Burlo u qalli: “Ja mgħarrqa li hi, baqgħet tigdimni sal-aħħar!”

NESTU LAIVIERA M.L.A.

Fl-elezzjoni tal-1947, konna fraħna ħafna meta sirna nafu li d-direttur tagħna Nestu Laiviera irnexxielu jiġi elett bħala rappreżentant tat-tieni distrett fi ħdan il-partit tal-ħaddiema, fl-ewwel elezzjoni tal-kostituzzjoni ta’ dik is-sena.

F’dik l-okkazzjoni għamilna festin lil Nestu u ħadna pjaċir doppju meta qalilna li sejjer ikompli fil-kariga ta’ direttur.

Il-Ħelsien, Il-Ħamis 8 ta’ Awissu 1963. p.7

Għalkemm bqajna sejrin bl-istil tagħna ta' programmi varjati li bdew isiru iżjed spissi, u l-attività tagħna bdiet tinfirex f'teatri oħra fejn bqajna nippakkjaw it-teatri, is-sena 1948 tibqa' miftakra għas-suċċess kbir li għamilna biż-żewġ pochades kbar: "L-Invenzjoni Meraviljuża" u "Żeża tal-Flagship".

Dawn iż-żewġ pochades – tnejn mill-favoriti ta L-"Indipendenza" – taw skop biex naraw lil Ġuża Caruana fl-aqwa tagħha, filwaqt li Johnnie Catania, Charlie Clews — li din id-darba mhux djalogu komiku ta' ftit minuti - kellhom parti ta' studju u responsabiltà u rnexxielhom joħorġu bl-unuri kollha.

Fl-ewwel pochade kellna l-għajnuna ta' l-atturi magħrufin Watty Cachia, Manwel Mamo, Armando Urso u barra lil Clews u Catania aħna ippreżentajna lil Ġuża Caruana, Frances Spiteri, Bessie Harmsworth, Maria Scicluna, Dante Gatt, Lino Frendo u Ġanni Theuma.

It-tieni pochade "Zeża tal Flagship", li kiseb suċċess xejn anqas mill-ieħor, ġie ippreżentat b'risq il-"Marfa Channel Tragedy”. Teatru mballat daqs bajda apprezza ferm lil Ġuża Caruana, Giovanna Laiviera, Mary Ripard, Ġużè Azzopardi, Dante Gatt, Charlie Clews, Johnnie Catania, Lino Frendo, Freddie Underwood, u l-atturi li ġentilment aċċettaw l-istedina tagħina: Nosi Ghirlando, Johnnie Navarro, Manwel Bugeja u Ġużè Abela, li kellhom sehem tajjeb mis-suċċess f'din l-okkaż joni.

WILLIE BURLÓ

Fil-bidu ta' din l-istess sena sofrejna t-telfa ta' Willie Burló li iddeċieda li jemigra flimkien mal-familja tiegħu lejn il-Kanada.

Kien l-ewwel wieĦed fil-lista twila ta' dawk li siefru wara li taw sehemhom biex il-kumpanija tagħna tkun tista' tgawdi l-fama li kellha.

Jiena l-iżjed li kont napprezza f'Willie kienet li kien ikun minn ta' quddiem biex jipprova jirranga kull sitwazzjoni antipatika li kienet tinqala’.

Kien iddispjaċina ferm bit-telfa ta' Willie li kien wieħed mis-sitta li bdejna fit-tarzna, u telaq lil li Stage Commandos fil-bidu tat-trijonfi tagħha.

MIKE CASSAR

Is-surmast Mike Cassar kien issieħeb magħna bħala pjanista f'Ottubru tal-1947. Kien akkwist tajjeb għaliex barra pjanista, li kien qiegħed jagħina ferm tajjeb f'dawk li huma versi bil-malti għall-melodiji li konna nagħżlu fl-atti mużikali.

Barra dan Mike kien ukoll il-kittieb ta' bosta makkjettili kienu jiġu kantati minn Clews u Catania.

Pero' fl-opinjoni tiegħi l-iżjed biċċa xogħol li verament irnexxiet għalina kienet meta origina s-“signature tune” tagħna. Barra l-melodija ferm tal-widna f'temp ta marċ vivaċi, il-versi bil-malti kienu ferm addattati, tant li kienu ħafna l-okkażjonijiet fejn l-udjenza kienet tingħaqad magħna fil-kant ta' l-innu tagħna.

Is-surmast Mike Cassar baqa' jaqdi lil li Stage Commandos għal ħafna snin.

"ll-Produzzjonijiet Tagħna"

Kulħadd naħseb li jaqbel miegħi meta ngħid li biex kumpanija teatrali tkun tista' tkompli timxi ‘l quddiem, dejjem irid ikollha materjal ġdid għal dawk li huma produzzjonijiet. Irid ikollha min jikteb li sketches, kummiedji, eċċ., u kumpanija bħal tagħna mingħajr produzzjonijiet ġodda kienet żgur tmut ħin bla waqt, meta wieħed iqis li l-attività tagħna kienet iżjed spissa u bdejna nlanħqu mal hamsin recta fis-sena.

Aħna konna iffortunati li f'Charlie Clews kellna mhux biss kummidjant tajjeb u modern, imma kittieb ta' li sketches u kummiedji li l-ispeċjalità tiegħu kienet li f'jumejn kien jiktiblek l-isbaħ sketch jew kummiedja.

Kittieba oħra li taw sehem mhux ħażin kienu Nestu Laiviera, Johnnie Catania, u anke jien dak iż-żmien bdejt ninteressa ruħi fil-kitba.

L-iżjed produzzjonijiet popolari f'dan iż-żmien kienu l-atti mużikali "L-Istrina", "Kos X'Dinja!", "L-Ilma tal-Hajja", "Il-Kelba tal-Kaċċa", il-kummiedji "Il-Brazzulett!","Vaganzi għall-Kwiet", "Miskin Kif Halliena", "Frieda", u li sketches “Il-Parir", "Il-Qalziet", "Nofs Siegha Privat", u "Jien Biss".

BAĦAR FIL-PLATEA

Fit-22 ta' Settembru, 1948. kellna esperjenza verament rari, anzi l-unika wahda bhalha.

Konna ġejna mistiedna biex nagħtu programm fil-club tal waterpolo tan-Neptunes, San Ġiljan. Club tal-waterpolo dejjem jagħmluh imiss mal-baħar, fejn niftakar li bdejna f'temp sabih ta' riħ isfel kif jaf jagħmel Settembru, f'nofs il-programm il-temp tbiddel u l-baħar beda jmewweġ imgħejjun minn buffuri ta' riħ, bil-konsegwenza li beda jitla' għall-platea.

Imma billi dawk li kienu quddiemna jarawna kienu membri tan-Neptunes, magħrufin bħala baħħara tajba, ma ħallewx l-elementi tan-natura tisfrattalhom id-divertiment. Nezgħu bil-mod iż-żraben, u s-sandlijiet. Min kien bil-qalziet twil tellgħu 'l fuq u aħna b'din il kwalita' ta' kooperazzjoni min-naħa ta' l-udjenza, erbaħna l-unika battalja mal-baħar li qatt kellna u komplejna l-programm sa' l-aħħar, ta' Commandos li konna.

ĠUŻÉ AZZOPARDI

Fl-istess sena, beda jipparteċipa bħala membru regolari Ġużé Azzopardi. Barra li kien attur verament naturali fir-reċtar tiegħu, Ġużé kien wiened mill-aqwa kittieba fl-istorja tal-palk malti għal dawk li huma atti mużikali. Ġużé kiteb vaudevilli, pochades mużikali u kummiedji mużikali.

L-istil ta' Ġużé kien verament addattat għalina. Barra li kważi għamilna fuq il-palk ix-xogħolijiet tiegħu antiki, Ġuże kien kiteb ħafna produzzjonijiet għall-kumpanija, bhal ma huma "S.S. Commando", "Ġol-Buskett", "Imbierek il-Ftehim", "Villa Girgenti", "L-Għassies tal-Barrakka ta' Fuq", "Bonello's Confectionery", "Kien Żball" u "Mrs. Bailey”.

Dawn il produzzjonijiet komplew kabbru l-popolarita' u l-ammiraturi tagħna. Tant kien jikteb tajjeb Ġużé, li kien ikolIna mitt sena sakemm inkunu nafu s-suġġett ta' xi ħaġa ġdida li qiegħed jikteb.

Ġużé kien kolonna oħra ta’ li Stage Commandos, u kien xieraq li jaqsam magħna għal żmien twil l-ikbar suċċessi tagħna.

JITLAQNA ANTHONY RIZZO

Sena wara li telaqna Willie Burló għall-Amerika, sofrejna t-telfa tal-kaxxier u s-suġġeritur tagħna Anthony Rizzo.

Għalkemm Rizzo ma kienx jidher fuq il-palk bħalna, u għalhekk ftit li kienu jafuh, b'danakollu x-xogħol ta' Toni kien importantissimu għalina, Kaxxier eżemplari, suġġeritur tajjeb u ħabrieki għal kwalunkwe biċċa xogħol li kien jidħol għaliha.

Rizzo bis-safar tieghu għall-Kanada kien it-tieni wieħed fil lista ta' dawk li ħallew il-kumpanija biex jemigraw. Huwa telaq fil-bidu tat-trijonfi tagħna, wara li tgħidx kemm ħadem biex il-kumpanija tibqa' eżistenti fiż-żminijiet diffiċli tagħha.

Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 15 ta’ Awissu 1963. p.7

Il-programmi taghna tant kienu qegħdin isiru popolari li l-kumpanija tar-Rediffusion bdiet tibbrodkastja ta' spiss ix-shows taghna dirett mit-tejatri fejn inkunu. Dan kien mezz ieħor li bih żdiedet il-popolarita' tal-kumpanija f'dawk | il-postijiet li qatt ma kienu semghuna.

Barra dawn il-‘broadcasts’ il-kumpanija tar-Rediffusion ukoll bdiet tagħtina l-ispazju ta' nofs siegħa li fiha konna nippreżentaw varjetà. Pero wara sibna li f'dawn il-programmi qosra minn ġo l-istudjo mhux kulhadd minna seta juri t-talent necessarju, għax mhux bilfors li min kien tajjeb fuq il-palk, quddiem platea mimlija nies, ikun tajjeb ukoll fl istudio, magħluq bejn erba' ħitan, quddiem l-ebda udjenza, ħlief mikrofonu, li permezz tiegħu twassa l-vuċi tiegħek ma' kull rokna ta’ Malta u Ghawdex.

Kienet din ir-raġuni li ġiet iffurmata l-kumpanija "Radjo Muskettieri", li l-protogonisti fil-bidu taghha kienu Frances Spiteri, Johnnie Catania, Charles Clews, Armando Urso, Freddie Underwood u s-surmast Mike Cassar.

Ir-"Radju Muskettieri", għadhom sal-lum isemmghu l-programm tagħhom minn fuq ir-Rediffusion, u Allaħares wieħed kellu jibda jgħodd in-numri ta' programmi li għamlu għax żgur jaqta’ nifsu qabel ma jasal għall-konkluzzjoni.

IN-NUMRI TAL-VARJETA' TAGĦNA

Għalkemm issa konna qegħdin insebbħu r-repertorju tagħna bi produzzjonijiet ta' proża tajba, qatt ma tajna l-ġenb lin-numri tal-varjetà li tant kienu ghal qalb il-publiku, u aħna dejjem għamilna mill-aħjar li f'dawn in-numri dejjem ikollna l-aħjar kantanti, żeffiena eċċ., eċċ.

Fis-sena 1948 dawn in-numri kienu jiġu ippreżentati fl-ewwel parti tal-programm, wara xi kummiedja mużikali qasira. Konna nerggħu inkom nkomplu b'iżjed numri ta' varjetà wara li sketch fl-aħħar parti tal-programm.

Għall-makkjetti, li tant kienu popolari, kellna lil Clews u lil Catania. Għall-kant bit-taljan, kellna lit-tenur France Frendo, li l-vuċi għadu jgawdiha sal-lum. Ghad-dwetti komici lill-aħwa Scicluna, Eddie u Melda, ġħan-numru ta’ żfin lil Helen Galea ma' Pawlu Curmi. Songs bl-ingliż miċ-ċkejkna Agnes Gatt u minni, u għad djalogi komiċi lill-koppja Clews u Catania. Barra dawn kellna wkoll numru ta' sketches qosra u li kienu ferm addattati ghall-varjetà.

Lin-numri tal-varjetà qatt ma tajniehom il-ġenb, anzi dejjem kienu prominenti fil-programmi, b'xi eċċezzjoni ta' meta ippreżentajna xi pochade jew kummiedja ta' xi tliet atti.

F'dan iż-żinien tal-1948, il kumpanija kienet giet imsaħha b'Mary Ripard, Dante Gattu Ganni Thewma.

MARY RIPARD

Mary Ripard, li taħbat oħti l-kbira, kienet tippossedi vuċi verament soda ta' soprano. Qabel ma ngħaqdet magħna digà kellha esperjenza kbira ta' dawk li huma operetti u melodrammi. Mary dejjem tat sehem tajjeb lil li "Stage Commandos". L-akbar suċċess magħna kien meta bħala l-protogonista fl-operetta stil orjentali, “Madame Padmini” ta' Ġużé Azzopardi, għaġġbet lil kulħadd bl-interpretazzjonijiet tal-melodiji operistiċi li kienet imżejna bihom din l-operetta.

DANTE GATT U ĠANNI THEWMA

Dante Gatt ukoll kien igawdi certà fama fil-qasam drammatiku qabel ma ngħaqad magħna u huwa mela tajjeb il vojt ta' Nestu Laiviera, li minħabba x-xogħol parlamentari tiegħu ma setax ikompli jidher magħna fuq il-palk.

L-acting ta’ Dante Gatt, b'dik is-serjeta' tiegħu kien kuntrast ferm ideali għall-komiċita ta' Clews, Catania u Underwood. Dante dejjem għamel mill-aħjar li seta' biex kabbar il-prestiġju tagħna, u l-kapaċità tiegħu għenet ħafna fis-suċċessi tal-programmi.

Ġanni Thewma ma kellu ebda esperjenza teatrali ħlief li kien dilettant kbir ta' l-opri. Pero' f'dak li huwa irranġar tal-palk kien juri ċertu entużjażmu, tant li għamilnieh stage manager.

Wara xi żmien tħajjar li jibda jagħmel xi parti, aħna qtajnielu xewqtu, u nistgħu ngħidu li ta interpretazzjoni tajba fl-ewwel dehra tiegħu fuq il-palk.

Il-quddiem bdew jinkitbu certi partijiet f'diversi produzzjonijiet tagħna. Ġanni wkoll għal żmien twil qeda l-kumpanija tajjeb.

Is-Sibt 27 ta' Novembru 1948 kienet okkażjoni speċjali ghalina. Kellna l-opportunità li biha nkunu nafu għall-ewwel darba l-vuċi taghna u b'hekk naghmlu l-konoxxenza tagħha.

Kienet l-ewwel darba programm tagħna sejjer jigi rrekordjat mill-kumpanija tar Rediffusion.

Il-post kien is-sala tal-każin San Ġuzepp, il-Ħamrun, fejn konna qegħdin nippreżentaw programm varjat.

Il-programm sar, u wara kellna dik l-anzjeta kbira li naraw kif ħareġ dan ir-recording, li kien għalina ħaġa ġdida dak iż-żmien. Kellna kważi l-istess anzjeta li wieħed ikollu meta imur għand tar-ritratti biex jara kif ġew, wara li l-film tiegħek ikun ġie żviluppat.

L-EWWEL RECORDING

Niftakar li konna morna fir recording studio tar-Rediffusion u l-iżjed ħaġa li laqtitni kienet li filwaqt li kulħadd beda jagħraf il-vuċi ta' ħaddiehor, meta waslet il-vuċi tiegħu dak l-individwu beda jiddubita jekk dik il-vuċi kenitx tiegħu, jew le. Iżda r-recording huwa bħal ritratt, ma tantx iħobb juri ħaġa b'oħra. Kienet verament esperjenza interessantisma għalina lkoll.


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 22 ta’ Awissu 1963. p.7

It-tielet anniversarju tal-kumpanija ġie iċċelebrat minna fit-teatru favorit tagħna, ir-Radio City, il-Ħamrun, is-Sibt, 8 ta' Jannar 1949.

Konna ippreżentajna ieħor mill-programmi tagħna li fih urejna għall-ewwel darba l-kummiedja mużikali stil spanjol "Tereador" miktuba minni u rrangata minn Charles Clews, b'versi mis-surmast Mike Cassar. Il-kummiedja ta' C. Izzo, "Lord Summers" u li sketch "Il-Wirt" li tant konna nagħmlu suċċess fejn nippreżentawh u, s'intendi, in-numri tal-varjetà.

Għalkemm wieħed jieħu gost li jirreċta quddiem platea mimlija nies, fuq palk armat b'kollox, f'teatru li fih il-kumditajiet kollha, b'applawsi ma jaqtghu xejn, u fl-istess ħin ikun jaf li se ddaħhal xi ħaġa għal dak li tkun qiegħed tagħmel: meta tagħmel xi recta f'xi sptar issib ruħek f'atmosfera ferm differenti.

Aħna ta spiss konna nigu mitlubin biex nagħmlu x-shows tagħna fl-isptarijiet. Konna nħossu li kien dover ta' kull wieħed minna li nagħmlu dan l-att ta' karità għalhekk mhux l-ewwel darba li konna mmorru l-Connaught Hospital, Santu Spirtu Mental Hospital, u St. Vincent de Paul Hospital.

F'dawn l-isptarijiet dejjem għamilna mill-aħjar biex inferrhu għal ftit taż-żmien lil dawn l-imsejkna. L-ikbar rikompens għalina kienet tkun dik it-tbissima, dik id-daħka, li kienet tiġi murija lilna minn dawk il-morda li forsi xi wħud minnhom biex jesprimu rwieħhom li qegħdin jieħdu gost kienu jagħmlu ċertu sforz.

FIR-RADIO CITY

Tant kienet kibret il-popolarità tagħna, li fuq suġġeriment tal-proprjetarju tar-Radio City, kull meta kien ikollna programm is-Sibt, konna naghmluh ukoll il-ġurnata ta' qabel — il-Ġimgħa. Dan l-esperiment irnexxa għax ir-riżultat kien ikun l-istess ghaz-żewġ granet, il-Ġimgħa u s-Sibt "full house".

L-ITWAL KORS TA' REĊTI L-itwal kors ta' reċti li għamilna matul l-istorja tagħna kien fiż-Żejtun, fis-sajf ta' l-1949, fil-bitħa spazjuża tal-każin tal-banda – Żejtun Band, fejn il-lum hemm il-Pandora Theatre.

Ippreżentajna seba' reċti, waħda kull ħmistax. B'dan il-kors il-kumpanija ġibdet l-ammirazzjoni taż-Żwieten li tant kienu jiġu numerużi għall-programmi tagħna.

AGNES GATT

It-tielet waħda fil-lista li telqitna minħabba l-emigrazzjoni kienet ic-ċkejkna Agnes Gatt, li flimkien mal-familja tagħha telqet lejn l-Amerika.

Dak iż-żmien, tfal kantanti ta' eta' żgħira li verament kienu jafu jkantaw ftit kien hawn. Dan kien dovut billi t-tfal f'dak iż-żmien ma kinux jiġu inkuragguti bhal-lum bis-song festivals. Pero Agnes dak iż-żmien kienet eċċezzjoni. Barra li kienet tkanta s-songs bl-ingliż b'ċerta kunfidenza, b'vuci attraenti, kellha personalita' ħelwa li tant kienet ġibdet ħafna ammiraturi.

L-aħjar songs ta’ Agnes kienu "Heriet", "Maria de Bahia", “My Happiness", u "Slow Boat to China".

L-ONOREVOLI FREDU BARBARA

Waħda mill-aqwa produzzjonijiet fir-repertorju estensiv tagħna kienet l-operetta fi tliet taqsimiet ta' Ġuże Azzopardi: "L-Onorevoli Fredu Barbara", li ippreżentajna għall-ewwel darba fir-Radio City, is-Sibt 5 ta' Novembru, 1949.

Din l-operetta kienet waħda mill-aqwa successi li ħarġet mill-pinna ta' Ġużé Azzopardi, u waħda mill-produzzjonijiet favoriti tagħna.

Ġużè Caruana wrietna l-kobor tagħha f'din l-okkażjoni. Il-gazzetti li dejjem faħħru lil din l-attriċi kbira, din id-darba kellhom xi ħaġa speċjali fit-tifħir tagħhom għal Ġuża. Hija kienet qisha saret it-Tony Nicholl tagħna. Mingħajr Tony is-Sliema Wanderers ma kinux jistgħu jibbrillaw. Aħna, mingħajr Ġuża, l-istess.

Ma rridx ninsa l-interpretazzjonijiet li taw f'din l-operetta Frances Spiteri, Giovanna Laiviera, Ġużé Azzopardi, Charles Clews, Johnnie Catania, Freddie Underwood u jien.

GĦAD UNUR CATANIA/CLEWS

Biex nuru l-apprezzament tagħna għall-aqwa koppja komika tal-palk malti f'dan iż-żmien – Catania u Clews – iddeċidejna li nagħmlu serata għad unur tagħhom.

Isem Clews u Catania kien fuq xuftejn kulħadd. Huma kienu li oriġinaw b'suċċess kbir id-djagolu komiku, huma kienu dejjem qegħdin jagħtu servizz kbir lill-kumpanija, u kienu l-favoriti fost l-udjenza tagħna. Għalhekk kienet f'waqtha din is serata li fiha Clews u Catania ibbrillaw ferm fil-kummiedja mużikali ta' Ġuże Azzopardi: "Iz-Ziju Anaklet Callus" fejn kellhom wieħed mill-akbar suċċessi fil-karriera taghhom. II-post kien il-każin San Ġużepp tal-Ħamrun, u d-data s-17 ta' Diċembru, 1949.

ALFRED CASTELLETTI

Wara t-tluq ta' Agnes Gatt rajna kif għamilna biex nimlew il-vojt li ħalliet, u konna ixxurtjati li sibna lit-tfajjel żgħir mill-Belt - Alfred Castelletti li kien verament eċċezzjoni fl-interpretazzjonijiet tiegħu tal-kanzunetti taljani.

It-talent vokali ta' Alfred jipparaguna tajjeb ħafna ma' l-aħjar tfal kantanti li għandna llum. Alfred malajr akkwista fama kbira magħna u l-publiku malajr induna bit-talent kbir tiegħu li għamlu favorit tagħom. U bir-raġun għax Alfred għalija jibqa' wieħed mill-aqwa tfal kantanti li qatt kelli x-xorti li nisma'. Oħt Alfred, Annie, għalkemm ma kienitx kantanta ta' l-istess livell għoli ta' ħuha, kienet tkanta tajjeb u ħadet sehem kemm-il darba fil-programmi tagħna.


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 29 ta’ Awissu 1963. p.7

Il-Ħamis, 19 ta' Jannar, 1950, konna iċċelebrajna r-raba' anniversarju, għal darb'oħra fir-Radio City.

Għal din l-okkażjoni speċjali konna ippreżentajna b'suċċess kbir l-"S.S. Commando", kummiedja mużikali oħra ta' Ġużé Azzopardi. L-azzjoni ta' din il kummiedja ssir fuq bastiment wara maltempata, Għadni niftakar l-applawsi kbar mill-udjenza waqt l-esekuzzjoni ta' din il-kummiedja li kienet suċċess kbir għalina u kemm għall-awtur.

TESSIE XERRI

Kantanta oħra li ipparticipat b'successi kbar fil-programmi taghna kienet Tessie Xerri li għamlet id-debut tagħha magħna waqt il-programm li ippreżentajna fl-Orpheum Theatre, il-Gżira, fis-26 ta' Jannar, 1950.

Il-personalità, it-vivacità, mal-vuċi tant espressiva ta' Tessie għamluha mill-ewwel popolari ma' l-udjenza taghna.

Min qatt jista' jinsa' l-interpretazzjonijiet ta' Tessie Xerri tal-kanzunetta "Monasterio Santa Chiara", "Credimi", "Mużika Projbita", "L'Amore Sotto La Luna" "Verde Luna".

GIOVANNA LAIVIERA

Attrici oħra li tat sehem kbir għas-suċċessi tagħna kienet Giovanna Laiviera.

Giovanna għamlet id-debut tagħha magħna b'success kbir f'parti drammatika fil-buzzett "Wieħed Minnhom” fil-konkors teatrali t'April, 1947.

Pero' l-ikbar suċċess ta' Giovanna kien, u li permezz tiegħu l-kumpanija ġiet evitata minn fjask kbir, meta ġejna biex nippreżentaw "Fwieħet Marti” fir Radio City.

Fl-aħħar minuti qabel il-ħin tal-ftuħ ta' din is-serata ġejna mgħarfin li Mary Aquilina, waħda mill-protagonisti ta' din il kummiedja soċjali fi tlett atti, ma setgħetx tippartecipa, minħabba indispożizzjoni.

Tistghu taħsbu x’paniku qam fuq il-palk, imma Giovanna, b'kuraġġ u b'determinaz zjoni liema bħala, mingħajr kunċerti, mingħajr biss kienet qrat kelma waħda mill-iscript, iddeċidiet li tidhol hi biex tagħmel il-parti.

Qatt ma naf fil-karriera teatrali tagħna li gralna dan il-każ. Kulħadd bir-raġun kollu ħass ir-responsabbiltà kbira li volontarjament aċċettat Giovanna, imma kontra dak kollu li ħsibna, kontra ċ-ċirkostanzi ta' din is-sitwazzjoni, Giovanna għaġġbitna b'interpretazzjoni perfetta li tinkiseb biss minn attriċi f'eċċezzjoni.

Kien tassew jistħoqgilha dak l-applaws qawwi mill-udjenza, meta fl-aħħar tas-serata ġie spjegat kollox. Pero' kienet l-unika darba li aħna minn fuq il-palk ċapċapna bil-qalb iżjed mill-udjenza. Giovanna baqgħet leali lejna matul il-karriera tagħna u kwalunkwe parti li kienet tiġi mogħtija lilha, dejjem għamlet mill aħjar biex tinterpretaha tajjeb.

L-AĦJAR TAL-1950

L-aħjar produzzjonijiet tal 1950 kienu dawn, Il-kummiedji mużikali: "Ħol-Buskett", "Miss Mary”, “S.S. Commando", “Imbierek il-Ftehim”, “Skond il-Qoran", "L-Għassies tal-Barrakka", "Villa Girgenti", u r-"Ritratt".

Kummiedji: “Rigal ta' Inkwiet", "Sewwa Kien Jgħid Missieri", "Inżewġuha", "Paċi fid-Dar”, u li sketches: "Barra s-Sinna Timila' Dinja", "Il-Wirta”, "Il-Plumber” u l-"Kont".

KONKORS TAL-K.O.P.T.E.M

F’April tal-1950, konna ippartiċipajna fil-konkors tal-K.O.P. T.E.M., li kien sar fir-Knights Hall, il-Belt.

Dħalna b'żewg produzzjonijiet, waħda "I-Ittra mid-Dockyard", miktuba minn Guido Caruana — it-tifel il-kbir ta' Ġuża Caruana li fiha kellha l-parti ewlenija, flimkien ma' Lino A. Frendo, Eddie Scicluna, Frances Spiteri, Dante Gatt u Joe Tanti.

Il-produzzjoni l-oħra kienet miktuba minn Charles Clews -- "Dar Fuq ir-Ramel" li ġiet interpretata minn Ġuża Caruana, Frances Spiteri, Giovanna Laiviera, Charles Clews, Johnnie Catania, Freddie Underwood, Laurie Bellizzi u Frankie Clews.

OSCAR DEBONIS

Ieħor mill-kantanti li ippreżentajna b success kbir kien it-tfajjel Charles Debonis mill-Furjana. Jien kont nammirah għall-kuraġġ li bih kien jitla' fuq il palk, li smartness tiegħu kienet ta' l-għaġeb, u barra dan kien jippossiedi vuċi tenorili ta' volum inhux normali ghall-eta' żgħira tiegħu.

Oscar dam mhux ħażin magħna, imma kellna nitilfuh għal darb'oħra minħabba l-emigrazzjoni. Hu kjen ir-raba' wieħed li siefer mal-familja lejn l-Awstralja.

L-aħjar songs ta' Oscar kienu: "Beneath Thy Windows", "Mamma", “Cuore Napoletana", u "Vagabondo Della Stelle".


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 5 ta’ Settembru 1963. p.7

Nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Jannar, 1950, bdejna li "Stage Commandos Week”. Dan kien esperiment ieħor barra n-normali għall-kumpanijiet lokali. L-għaliex biħ konna se nagħmluha għal ġimgħa sħiħa bħala full professionals.

Iddeċidejna li nagħmlu ģimgħa reċti waħda wara l-oħra fost il-ġimgħa, f'teatri differenti. Biex għamilniehom ħadna I-leave minn fuq ix-xogħol, u ftehemna li nigu irrikompensati mill-qliegħ li jkun hemm.

Kien esperiment iebes għax hawn Malta l-moda hija li x-show tħalliha għal week-end biex ikollok in-nies. Imma tant kienet kbira l-popolarità tagħna li n-nies warbu min-nofs l-użanza u attendew għal li “Stage Commandos Week" numru kbir, tant li konna 'full-house' kull fejn morna.

It-teatri li fihom giet ippre żentata l-ġimgha tagħna kienu: "Roxy" -- B'Kara; "Knight's Hall" – il-Belt; "Manoel" -- il-Belt; "Orpheum" – Gżira; "Radio City" — Ħamrun; u l Każin San Ġużepp, il-Ħamrun.

90 REĊTA F’SENA WAĦDA

“90 Reċta f'Sena" kien l-ikbar record ta' reċti f'sena matul il-karriera tagħna; u dan sar ma' tul is-sena 1951, li kienet waħda mill-aħjar snin għalina.

Ir-record tal-1951 huwa dovut l-aktar għal Ġużè Azzopardi, Charles Clews, Mike Cassar, u xi ftit jien, għal numru sabiħ ta' produzzjonijiet ġodda li nkitbu minn dawn li semmejt.

Biex iżżomm il-popolarità hemm bżonn ta' produzzjonijiet ġodda u aħna konna iffortunti li meta inħass il-bżonn ta' produzzjonijiet ġodda dejjem sibna lil Azzopardi u lil Clews għad-dispozizzjoni tal-kumpanija.

Barra dan, l-entużjażmu ta' kull wieħed u waħda minna għen ħafna biex jintlahaq dan ir-record hekk sabih.

VOJT u MIMLI

Fis-16 ta' Ġunju, 1951, kellna reċta fil-Metro Theatre, Luqa, u tgħidx kemm ħadniha bi kbira, meta wasalna u nsibu li fuq il-pjanta kien hemm 20 ruħ biss li qatgħu l-biljetti, u hadnieħa bi kbira għax qabel, f’reċti oħra fl-istess teatru, dejjem sibnieh mimli.

Konna kważi iddeċidejna li nħassru r-reċta, meta Johnnie Catania ġietu l-idea sublimili jmur idur jagħmel, ftit tal-canvassing fit-triqat u l-pjazez ta' dan ir-raħal. U aħna allej nieh imur, bir-riżultat li l-canvassing tieghu rnexxa, u erġajna għal darb'oħra – din id darba bid-diplomazija għaqlija ta' Johnnie Catania - ikollna "full-house" fil-Metro Theatre.

Marion Dimech

Kantanta oħra li kienet ta' eċċezzjoni għal dawk li huma kanzunetti taljani kienet Marion Dimech mill-Ħamrun.

Kienet dehret magħna għall ewwel darba fil-Micado Theatre, San Pawl il-Baħar, fejn kantat "Canzone Per La Strada" u "L'Amore Sotto la Luna".

Marion kellha stil attraenti ħafna, u anke l-versi bit-taljan kienet tagħtihom tifsira ċara. Hija saret popolari ħafna wkoll mas-semmiegħa tar-Rediffusion.

L-aħjar kanzunetti tagħha kienu "Arrivano I Nostri", "Grazzie del Fior", "Manuela", "Italia Mia" u "Anima e Cuore".


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 12 ta’ Settembru 1963. p.7

Tony Vella għamel id-debut tiegħu magħna, is-Sibt, 2 ta' Ġunju, 1951, waqt programm varjat fl-open air fit-teatru Regal, Raħal Ġdid.

Tony, li dam magħna għal iżjed minn sentejn u nofs, ta servizz tajjeb lill-kumpanija bil-kant tiegħu, u r-reportorju tiegħu ta' kanzunetti bit-taljan kien estensiv. Xi minn daqqiet Tony ukoll ġew mogħtija lilu xi partijiet fl-atti mużikali tagħna.

L-ahjar interpretazzjonijiet ta' Tony kienu: "Alba Sul Mar", "Troppo Tardi", "Maria Christina" u "Luna Rossa".

ALI BABA

Il-Ħamis, 25 ta’ Jannar, 1951, waqt li konna organizzajna li “Stage Commandos Week”, konna ippreżentajna ghall-ewwel darba l-"Ali Baba", maqluba ghall-malti minn Ġanni Thewma u irranġata għall-palk malti minn Charlie Clews, b'versi bil-malti mis-surmast Mike Cassar.

Din il-popolari storja għarbija, meħuda mill-original tagħha, tat ċans lill-kumpanija biex tidher f'aspett differenti minn tas soltu, bir-riżultat li "Ali Baba" saret waħda mill-block busters tagħna.

L-akbar diffikulta' li sibna kienet li x-xena tagħha ma kienitx tiffitja għal kull teatru li konna mmorru. Filli nkunu fir-Radio City fejn ix-xena tkun perfetta, imbaghad insibu ruħna f'teatru ieħor, b'palk daqs nofs tar-Radio City, u trid tara kif taghmel, iċċekken u titwi x-xena biex tiffitja għal dak il palk.

IL-MIKADO THEATRE

F'Settembru, 1951, konna ġejna mistiedna biex ninawguraw il-palk tat-teatru l-ġdid Mikado, f'San Pawl il-Baħar.

Din kienet ukoll l-ewwel reċta tagħna f'San Pawl, li għaliha attendew mhux biss minn San Pawl. imma mill-Mosta u mill-Mellieha li qatt ma kellhom ċans li jarawna.

RENO SPITERI

Reno Spiteri ngħaqad mal kumpanija fil-11 ta' Novembru 1950. wara li ġa kellu xi esperjenza bħala attur ma' kumpanijiet oħra.

Għalkemm Reno ma kienx isib ruħu f'partijiet principali fil-produzzjonijiet tagħna. pero' f'partijiet żgħar u xi minn daqqiet l-aktar importanti, huwa qatt ma naqas li jagħti sehem tajjeb.

Reno dam sa l-aħħar ta' l-attivita' tagħna u ma kienx jonqos kunċert wieħed biss. L-għajnuna tiegħu kienet wisq apprezzata minna.

IL-LIDO THEATRE

Inawgurazzjoni ohra ta' palk teatrali kienet dik tal-Lido Theatre, Birżebbuga. Din saret is Sibt, 4 ta' Novembru, 1951.

In-nies ta' Birżebbuġa li kienu jgawdu x-shows tagħna matul is-sajf fil-Belle Isle open air theatre, issa setgħu wkoll igawdu l-kumpanija matul ix-xitwa.

F'din l-okkażjoni tajna programm varjat li inkluda fih il-kummiedja mużikali "Miss Mary", il-kummiedja “Lily u Tommy" u li sketch "3rd Party Insurance" u numri ta' varjetà.

FLORRIE BUTTIGIEG (La Tosca)

Din il-parodija mużikali f'żewġ atti ta' Ġużé Azzopardi, ibbażata fuq l-opra "Tosca" ta’ Puccini, saret l-ewwel darba minna fl-Orpheum, il-Gżira, is-Sibt, 6 ta' Diċembru, 1951.

Din il-parodija miktuba b'sengħa kbira minn Azzopardi kellha suċċess kbir u hawn ta' min isemmi l-interpretazzjonijiet eċċellenti ta' Ġuża Caruana, Ġużé Azzopardi, Charlie Clews, Dante Gatt u tas-surġent u pulizija, Johnnie Catania u Freddie Underwood.

It-tieni att li jigi ippreżentat f'sala tal-qorti kien wieħed mill-aqwa atti umoristiċi fir-reportorju tagħna. Min qatt jista' jinsa s-serjeta' ta' Dante Gatt bħala maġistrat. Id-difiża f'idejn Underwood, u l-inġenwinita fl interpretazzjoni komika tas-surgent Johnnie Catania?

Mhux ta' b'xejn din il-produzzjoni kienet tiġi mitluba biex issir minn kulħadd.

L-EMPIRE THEATRE

Fil-5 ta' Jannar, 1952, erġajna għat-tielet darba inawgurajna teatru ġdid ieħor. Din id darba tat-teatru Empire ta Raħal Gdid.

Il-palk kien wiesa' kemm tridu, imma kien biss jidhol ‘il ġewwa xi 12-il pied mir-ribalta. Għalhekk kien jigri li qabel ma jinfetaħ is-separju kien jagħlaq mhux mar-ribalta, iżda sitt piedi 'l gewwa. Kien jinħtieġilna li noħorġu il-‘fa-bisogno’, siġġijiet, imwejjed, gastri, eċċ., quddiem is-separju, u wara li nlestu u jingħalaq is-separju, indaħħlu kollox.

Pero' b'dawn id-diffikultajiet kollha li tiltaqa' magħhom ta' spiss, aħna dejjem konna nemmnu li "The show must go on", li bix-shows go l-Empire stajna nissodisfaw lill-eluf ta' ammiraturi tagħna ta' dawk in-naħat.

B’RISQ LI STRIKE FUND TAL-G.W.U.

Aħna li dejjem ħassejna ruħna bħala membri ta' kumpanija tal-ħaddiema li nafu l-ewwel popolarità tagħna lill-istess ħaddiema sħabna, dejjem konna nħossuna l-iktar feliċi meta konna niġu mitluba biex ingħinu l-moviment tagħna.

U l-Ħamis, 6 ta' Marzu 1952, għamilna serata kbira fir-Radio City b'risq li Strike Fund tal General Workers' Union.

Kienet serata memorabbli, ħdimna lkoll b'entużjażmu kbir, forsi aktar mis-soltu, għax ħassejna l-importanza ta' l-okkażżjoni u rnexxielna li barra li nagħtu waħda mill-aqwa shows tagħna nkabbru s-somma sabiħa li marret biex tgħin lil sħabna l-ħaddiema li kienu l-iktar fil-bżonn.


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 19 ta’ Settembru 1963. p.7

“Don Rodrigo”, operetta f'żewġ taqsimiet irranġata għall-palk malti minn Charlie Clews fuq l-istorja ta' “Fra Diavolo”, b’versi mis-surmast Mike Cassar, ġiet ippreżentata minna għall-ewwel darba fir-Radio City, is-Sibt, 12 ta' April, 1952.

Jien, kif ukoll ħafna mill-ammiraturi tagħna, żgur li ma jinsew qatt din l-operetta famuża ta' Clews li fiha Freddie Underwood, mgħejjun tant tajjeb minn Johnnie Catania, għamel l-akbar suċċess li qatt kellu fil-karriera tiegħu.

Aħna wkoll konna issorprendejna rwieħna bl-interpretazzj ni komika u brillanti ta' Freddie, għax qatt ma stennejna li se jixxala daqshekk f'parti li konna naħsbu iżjed kienet adattata għal Clews.

Imma gara li Clews dejjem kellu x-xewqa li darba jahdem ta' karaterist u fid-"Don Rodrigo" ħa ċ-ċans tiegħu bir-riżultat sabiħ li f'Freddie Underwood il-kumpanija f'din l-okkażjoni sabet kummidjant ta' l-aqwa klassi, li 'l quddiem aktar ibbrilla fi programmi ġodda.

CARMEN ZAHRA

Għadni niftakar qisu l-bieraħ meta waqt l-intervall ta' programm varjat fir-Radio City, is -Sibt, 15 ta' Novembru, 1952. fid-dressing room, fejn kont qiegħed niċċekkja l-kostumi, daħlet oħt Marion Dimech, Carmen, b'tifla ta' xi għaxar snin u qaltli li din it-tifla hija Carmen Zahra li tixtieq tidher magħna.

Jien, mill-ewwel impressjoni li ħadt, ma stajtx naħseb f'hiex din Carmen setgħet tidher magħna u staqjsejtha x'taf tagħmel.

Għall-ewwel stħat tgħidli, imbagħad bl-insistenza tal-ħabiba tagħha Carmen Dimech tat skoss ’il quddiem u daret tidwira fuq idejha ma' l-art u reġgħet ġiet bil-wieqfa.

Kien l-ewwel pass li Carmen hadet biex fl-istorja tal-palk malti titwieled stilla akrobatika ta' l-aqwa klassi. Anzi l-ewwel tifla maltija li qasmet il-barriera li aħna l-maltin qatt ma jista' jkollna nies li jikkompetu b'xi success f'din l-arti akrobatika minħabb d-diffikultajiet u s-sagrifiċċji biex wieħed jitgħallimha.

Imma Carmen donnha kienet imwielda għal dan ix-xogliol. Hija iddedikat ruħha biex tkun dak li dejjem xtaqet. Ġurnata wara l-oħra, kienet tittrenja siegħat twal. Il-karattru tagħiha għen ħafna fil-karriera brillanti tagħha, karattru dħuli u dejjem kienet tobdi dak li jgħidulha.

Għalkemm kienet taf li akkwistat fama kbira, hija qatt ma ħalliet il-fama tagħmilha kburija. F'Carmen Zahra, il kumpanija “Stage Commandos" kellha l-aqwa numru spettakuluż. L-istamina tagħba kienet ta' l-għaġeb. Darba niftakar li ħadet sehem f'erba' shows wara xulxin. Il-publiku malti ammiraha u taħa l-akbar inkuraġġiment. Il-gazzetti lokali kollha taw sehemhom ukoll.

L-isem ta' Carmen Zahra kien fuq xuftejn kulħadd, u kienet saret kważi drawwa fost it-tfal li jkunu jilagħbu fit-triq u tarahom jippruvaw jimpikaw bejniethom biex jagħmlu xi ħaġa li tkun għamlet Carmen.

L-attrazzjoni tal-ħila straordi narja ta' Carmen fl-akrobazija kompliet kabbret mhux ftit is suċċessi ta' li "Stage Commandos".

IS-SURMAST CARMELO ABELA

Fit-23 ta' Novembru, 1952, deher għall-ewwel darba magħna, bħala l-pjanista tagħna u d-direttur mużikali, il-bravu mużikant Carmelo Abela.

Bl-akkwist ta' Carmelo Abela, il-kumpanija għamlet suċċess kbir, għax bl-arrangamenti mużikali tiegħu l-produzzjonijiei tagħna laħqu livell għoli.

Jien nibqa' niftakar lis-surmast Abela għall-ħeffa straordinarja li kien ilestielna l-arranġamenti mużikali, u għall-mod li kien jakkumpanja lill-kantanti tagħna.

Is-surmast Abela kien dam mhux ħażin maghna u matul iż-żmien tiegħu mal-kumpanija għen mhux ftit lilna għal dik li hi direzzjoni mużikali, li tant kienet apprezzata minna f'dawn iż-żminijiet meta konna wasalna fil-quċċata tal-popolarità tagħna.

"KATERINA"

Waħda mill-produzzjonijiet li għadni ngħożż sal-lum hija "Katerina", operetta stil russa li jien ktibt u li ġiet irranġata f'operetta minn Charlie Clews b'arranġament mużikali tas-surmast Abela.

Għalkemm ktibt ħafna xogħol teatrali ieñor minn dak iż-żmien 'il hawn, "Katerina" tibqa' waħda mill-favoriti tiegħi.

Kienet giet ippreżentata għall-ewwel darba fl-Orpheum Theatre, il-Gżira, fit-22 ta' Novembru, 1952, b'suċċess kbir.

Kienu ħadu sehem fiha, Ġuża Caruana, Frances Spiteri, Marion Dimech, Ġużé Azzopardi, Dante Gatt, Charles Clews, Johnnie Catania, Freddie Underwood, Ġanni Thewma, Reno Spiteri, Tony Vella u jien.


Il-Ħelsien, Il-Ħamis 26 ta’ Settembru 1963. p.7

Wara s-suċċess ta' "Ali Baba" Charlie Clews irranġa għall-palk malti l-istorja popolari ta' "Cindirella". "Cindirella" ġiet mogħtija l-akbar attenzjoni mill-kumpanija. Għamilna x-xeni għaliha u anke kostumi, bir-riżultat li ma' l-ewwel rappreżentazzjoni tagħha li saret fl-Orpheum il-Gżira, is-Sibt, 24 ta' Jannar, 1953, kienet suċċess kbir.

Kienet ukoll suċċess kbir għal Milda Scicluna, li fl-ewwel interpretazzjoni tagħha f'parti prinċipali issorprendiet lilna u lill-publiku preżenti bit-talent straordinarju, ļi donnu kien qiegħed jistenna din l-okkażjoni biex jurina l-vera Milda Scicluna.

Niftakar ukoll li, waħda mill-iżghar partijiet f'din l-istorja ta' Cindirella, giet interpretata mill-brava Ġuża Caruana. Ġuża urjetna dak in-nhar li hija ma tbatix mill-fama kbira tagħha, għaliex aċċettat mingħajr diskors ta' xejn il-parti tas-saħħara. Bl-interpretazzjoni tagħha l-parti żgħira li ħadmet saret l-aktar importanti f'din il-produzzjoni li kienet 'block buster' oħra ta' li "Stage Commandos".

IS-SEBA' ANNIVERSARJU

Il-Ġimgħa u s-Sibt, 6 u 7 ta' Frar, 1953, konna ċċelebrajna s-seba' anniversarju fit-teatru Manoel, il-Belt.

Ghal din l-okkażjoni ippreżentajna “Cindirella", li sketch "Lejlet l-Istrina", u numri ta' varjeta'. ll-publiku ikkopera numeruż bħas-soltu għaż-żewġ serati, u taw l-apprezzament tagħhom b'applawsi kbar matul dawn iż żewġ okkażjonijiet.

Ġew ukoll ippreżentati mill-kumpanija rigali lil Ġuża Caruana, Frances Spiteri, Giovanna Laiviera, Milda Scicluna, Marion Dimech u Carmen Zahra.

ROSE GOULDON

Ma tantx hija ħaġa tas-soltu li f’kunipanija teatrali jkollok barranija li f'qasir żmien issir waħda mill-favoriti tal-publiku.

Imma Rose Gouldon, li ghamlet id-debut tagħha magħna bħala kantanta fil-Lyric Theatre, l-Imsida, il-Gimgħa 26 ta' Ġunju, 1953, irnexxielha tirbaħ is-simpatija tal-publiku tagħna bil-mod li kienet tkanta l-melodija tagħha.

Rose, ingliża, kienet dħulija hafna. Kienet saret wahda minna, tant li anke kienet tippreżenta ruħha bhala kumparsa.

L-aqwa songs ta' Rose kienu "Sweet Mystery of Life", "Make Believe", "Here In My Heart", "Loveliest Night Of The Year", "Because You're Mine".

STATE THEATRE

Is-Sibt, 9 ta' Awissu, 1953, kien imiss il-palk tat-teatru l- ġdid "State" tan-Naxxar li jiġi inawgurat minna.

Fl-ikbar sħana li jaf joffri Awissu, ippreżentajna wieħed mill-aqwa programmi taghna quddiem teatru ippakkjat bin nies li bosta minnhom kienu] biss semgħu bina imma qatt ma rawna. Kellna laqgha kbira li taffict daqsxejn is-sħana tremenda ta' dik l-okkażjoni.

PALLADIUM THEATRE

Ftit wara n-Naxxar kien imiss teatru ieħor ġdid fil-Mosta li aħna ninnawguraw il-palk tiegħu, u dan kien il-Palladium.

L-inawgurazzjoni saret fid-29 ta' Novembru, 1953 u l-programm li ippreżentajna kien jinkludi fih l-operetta “Katerina", il-kummiedja "Tliet Aħwa", li sketch "Barra s-Sinna Timla' Dinja” u l-aqwa numri varjati li kellna dak iż-żmien.

Kien trijonf ieħor kbir għalina, għax it-teatru Palladium kien żgħir wisq għan-numru kbir ta' Mostin li xtaqu jarawna.

L-10 ANNIVERSARJU TAL-G.W.U.

Fis-26 ta' Diċembru 1953 erġajna ġejna mitlubin mill-General Workers’ Union biex nieħdu parti f'serata bħala ċelebrazzjoni ta' l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Union.

Konna żanżanna, għal din l-okkażjoni, il-kummiedja brillanti miktuba minni u minn Nestu Laiviera, "Il-Bandiera Torka" li kienet wisq adattata għall-okkażjoni minħabba l-fatt li ftit qabel is-segretarju generali, is-sur Reggie Miller, kien irritorna minn vjaġġ fit-Turkija. Ma' din il-kummiedja ippreżentajna li sketch "Il-Qalziet”.

L-AQWA TAL-1953

L-aqwa produzzjonijiet li bihom kellna l-aħjar suċċessi matul is-sena 1953 kienu: il-produzzjonijiet mużikali "O.H.M.S.", "Katerina", "Cindirella", "Sirjam" u "Baby Nikodemu"; il-kummiedji "Maltempata", "X'Sar Jaf", "Mar u Gie" u "Inżewġuha", u li sketches "It-Tattika", "Lejlet Li Strina", "Il-Figura" u "Il-Fejqan".

IX-SHOWS GĦALL-ĦADDIEMA

Għalkemm issa konna qegħdin ingawdu l-ikbar popolarita' fil-karriera tagħna qatt ma nsejna lil sħabna l-ħaddiema tat-tarzna. Kull meta kien jasal il-Milied konna nagħmlu show għalihom fid-"dining hall".

Ix-xewqa tagħna, anzi, kienet li nagħmlu numru ta' shows fil-ħwienet il-kbar, bħal ma jsir fl-Ingilterra matul kull sena, imma s-suġġerimenti tagħna lill-Welfare Officer sfaw fix-xejn, u kellna almenu dik ix show ta' kull sena li niltaqgħu f’kull Milied ma' sħabna l-ħaddiema, fejn konna nippreżentaw l-aħjar numri ta' varjeta' tagħna, fi programm ta' xi sagħtejn u nofs.


Il-Ħelsien, Il-Ħamis 3 ta’ Ottubru 1963. p.7

L-operetta b'żewġ taqsimiet stil ġappuniż "Hotel Żewwiġni” giet ipppreżentata għall-ewwel darba fit-30 ta' April, 1954, fit-teatru Manoel, il-Belt. Din l-operetta kienet suċċess għas-sur C. Ellul Vincenti li kiteb li script tagħha u għal Charles Clews li ħa ħsieb li jdawwar li script orġinali f'waħda mill-aqwa produzzjonijiet mużikali li kellna fir-reportorju tagħna.

Il-melodiji għal din l-operetta ġew meħudin mill-operetti taljani. "La Bajadera" u "Paese Dei Campanelli". Ghalhekk, b'versi adattati bil-malti minn Charles Clews, ma naqsux li jkabbru l-preżentazzjoni ta' "Hotel Żewwiġni".

Min jista' jinsa l-partijiet ta Johnnie Catania u Melda Scicluna bħala żewġt itfal innoċenti jiġu mressqinlejn xulxin mill-ġenituri taghhom biex fil futur ikunu ta' xulxin?

Min jista jinsa lil Guža Caruana u bintha Frances Spiteri bhala turisti amerikani fil "Hotel Żewwiġni"? Lil Freddie Underwood u lil Charles Clews bħala l-missirijiet li bi ftehim riedu jżewġu lil uliedhom. Fil-waqt li Dante Gatt. (il-lum mejjet), bħala l-proprjetarju tal-lukanda, u jien bħala ġappuniż li ntlift wara l-amerikana, li Ikoll tajna s-sehem tagħna għas-suċċess ta' "Hotel Żewwiġni”?

Kull fejn saret din l-operetta issodisfat immens lill-partitarji tagħna u kabbret il-popolarità tal-kumpanija.

X'Kienu Jgħidu l-Gazzetti Fuqna

Il-publiċità ta' kull forma ta' attivita' teatrali hija wisq neċessarja biex isservi ta' propaganda għal dak li jkun se jiġi ippreżentat.

Aħna, li “Stage Commandos”, ma konniex neqsin minn din il-publicità. Il-gazzetti lokali kollha kienu jaqblu li aħna waħda mill-aqwa kumpaniji lokali li rnexxielna nagħtu ħajja ġdida lill-palk malti, bin-numru kbir ta' attivitajiet teatrali.

Biex nagħtikom idea x'kienu jgħidu l-gazzetti fuqna, nikkwota minnhom.

It-"Times of Malia" -- "Delightful nonsense at Radio City. Roars of laughter rocked the house when the "Stage Commandos” staged their usual variety concert at the Radio City Opera House. "Inaugurating their season at the Radio City Opera House recently with one of their grand variety concerts, the “Stage Commandos" theatrical company played to a packed house and showed that their own particular band of entertainment still appealed to the public."

"The Bulletin" -- "The Stage Commandos' are to be congratulated for their splendid variety show performed at the Roxy Theatre. "The Theatre was packed to its capacity and many were disappointed in not obtaining a ticket". —— "Let the people laugh. Laughter was the order of the day when the Stage Commandos stepped on the stage at the St. Joseph Band Club, Hamrun. Their programme proved to be the most hilarious that the company ever presented over here."

"Il-Berqa" -- "Din il-kumpanija, taħt it-tmexxija tad-direttur tagħha s-sur N. Laiviera, qegħda tagħmel suċċessi f'kull teatru li tmur u jkollu tassew għalfejn jiddispjaċih kull min ikollu l-opportunita' li jmur jara xi waħda minn dawn ir rappreżentazzjonijiet ta' din il kumpanija u ma jmurx."

—— “Bħala wieħed li nħobb il-palk malti, irrid inrodd ħajr lill-atturi kollha li ħadu sehem fis-serata li ta’ nhar il-Ħamis fl-Orpheum."

Sir Henry Irving kien qal: "Li ddaħħak huwa ferm aktar diffiċli milli tbikki. U hekk hu tassew, il-kumpanija "Stage Commandos" qegħda tagħmel dak kollu li tista' biex iżżomm lill-pubbliku malti allegru u daħkan".

"Il-Ġannett" -- "Rajna għall-ewwel darba lill-kumpanija 'Stage Commandos' fil-Melody Theatre, Żurrieq u ġejna f'konklużjoni li r-reputazzjoni ma teħodhiex għal xejn." –– "Apertura kbira mill li Stage Commandos fil-Mikado Theatre, San Pawl il-Baħar. Folla kbira, teatru kbir, reċta kbira, ir-reporter il-ġdid tagħna kitbilna u ikkonferma dak kollu li kien sama' fuq din il-kumpanija."

"The Torch" -- “Packed houses are a characteristic of the “Stage Commandos" variety programmes and they had a record number house on Thursday at the Radio City for their performance in aid of the General Workers' Union's Re lief Fund. "Congratulations are offered to the Stage Commandos who have again proved that they have no equals as regards entertainment in Malta".

"Is-Sebħ" -- "Bhala wieħed li nħobb dak kollu li huwa malti, ħassejt li għandi naqbad il-pinna u nikteb kelmtejn b'qima lejn dawn l-atturi u attriċi tagħna li qegħdin japplikaw l-isforzi tagħhom għat-tkabbir tal-palk malti”.


Il-Ħelsien, Il-Ħamis 3 ta’ Ottubru 1963. p.7

Is-Sibt, 31 ta' Lulju, 1954 kellna inawgurazzjoni oħra tal-palk tal-Metropole Theatre, li għas-sajf kien ideali ħafna minħabba li kellu 'sliding roof' u b'hekk kien itaffi ħafna s-sħana. Il-programm varjat f'dina l-okkażjoni kien jikkonsisti fl-operetta stil spanjol "Senorita", il-kummiedja "L-Ispettur tat-Taxxi" u n-numri varjati tagħna ta' kant, żfin, akrobazija u sketches.

Il-karkariżi ma naqsux li jagħtu merħba kbira lilna f'dan it-teatru ġdid u b'hekk taw gost kemm lilna kif ukoll lill-proprjetarju u inkuraggewna għal aktar shows fil-Metropole.

"ŻLUGAWHA JEW NEĦĦEWLHA XI GĦADAM!”

Din l-espressjoni ta' fuq qalitha waħda waqt in-numru akrobatiku ta' Carmen Zahra, li tant issa żviluppat it-talent tagħha li minn xi daqqiet donnha kienet tinbidel f'biċċa lastku, f'ċerti pożi tagħha. Imma meta omm Carmen Zahra, li kumbinazzjoni kienet fil-bank ta’ quddiem dik il-mara li qalet, “żlugawha jew neħħewlha xi għadam", semgħet dina l-espressjoni, daret lejn din il-mara u qaltilha: “Dik binti u sa fejn naf jien u żewġi, għadamha kollu għadu hemm u żlugata mhiex. Dik qegħda taghmel dak li qegħda tagħmel sforz it-training li dejjem tagħmel."

Imma b'dan kollu dik il-mara baqgħet issostni li Carmen għandha xi għadma nieqsa jew inkella slugawha u baqgħet żlugata!

MARGARET LAIVIERA

Tifla li xtaqet timxi fuq il-passi ta' Carmen Zahra kienet Margaret Laiviera, li kienet ix-xewqa tagħha li tibda titgħallem l-arti akrobatika.

Carmen Zahra u Margaret kienu saru ħbieb immens u dan serva biex Margaret f'qasir żmien setghet tagħmel l-ewwel numru akrobatiku tagħha fir-Roxy Theatre fis-6 ta' Novembru, 1954.

Għalkemm Margaret ma kinetx forsi ta' l-istess klassi għolja ta' Carnen, irnexxielha toħloq stil differenti minn Carmen u b'hekk bdiet tingħogob ħafna mal-publiku. Kellna wkoll numru ta' Margaret flimkien ma' Carmen f'żifna Ċiniża.

Margaret, minħabba l-istudju tagħha, ma setgħetx tikkonċentra kif staqet fuq l-akrobazija u wara karriera sabiħa ta' tliet snin magħna kellha tħalli l-palk ħalli b'hekk taqbad karriera oħra ta' teacher li bħal ma jaf kulħadd għandha l-importanza kbira tagħha wkoll.

AMAZON THEATRE

Inawgurazzjoni oħra ta' palk ta' teatru ġdid kienet dik ta' l-Amazon Theatre, Ħal Qormi, fejn il-proprjetarju għoġbu jistieden lill-kumpanija tagħna biex iżanżan il-palk spazjuż tiegħu fl-20 ta' Awissu, 1954. il-qriema li kienu rawna kemm-il darba fil-Warner Theatre, it-tijatru l-ieħor f'Ħal Qormi, iffullaw għal din l-okkażjoni li inkuraggiet lill-proprjetarju li jkompli juri lilna fi programmi oħra u anke lil xi kumpaniji oħra.

L-AĦĦAR SERATA’ TA' FRANCES SPITERI

Waħda mill-iżjed attriċi li ħadmet u tat sehem sħiħ għas-suċċess tal-programmi tagħna kienet bla dubju Frances Spiteri.

Frances, li fil-bidu tal-karriera tagħha teatrali kienet saret popolari fid-dwetti komici ma’ Johnnie Catania, żviluppat it-talent tagħha f'attriċi verament tajba. Kienet taddatta ruħha kemm fuq il-palk kif ukoll fl-istudios tar-Rediffusion waqt il-broadcasts tagħna. Kienet temmen li bla kunċerti tajba, na tistax taħroġ interpretazzjoni tajba. Kienet tibbrillha speċjalment bħala s soubrette fl-atti mużikali, bħal fil-kummiedja mużikali "Miss Mary" li donnha ġiet maħluqa għat-talenti tagħha. Barra dan kienet obbidjenti u lesta biex tagħmel dak kollu li kien ikun mitlub minnha.

Għalhekk bir-ragun kollu, meta sirna nafu li hi flimkien ma' żewgha u t-tifel sejrin jemigraw lejn l-Awstralja, ħassejna li ħadna l-ewwel daqqa ta' ħarta kbira fil-karriera tal-kumpanija.

L-aħhar serata ta' Frances Spiteri magħna kienet ġiet ipprezentata fis-sajf ta l-1954 fil-Belle Isle Open Air Theatre, is-Sibt, 11 ta' Settembru, u fl-aħħar tas-serata d-direttur is sur Nestu Laiviera għamel diskors verament adattat għall-okkażjoni.

F’dak il-ħin, wieħed seta' jinnota l-espressjonijiet tagħna li kienu jirriflettu sew x'qegħdin inħossu għall-firda minna ta' waħda mill-aqwa attriċi li qatt kellha l-kumpanija "Stage Commandos".

VICEROY THEATRE

Naħseb li forsi dejjaqtkom ingħidilkom fuq l-inawgurazzjonijiet ta' dak il-post jew l-ieħor, imma huwa importanti li isemmihom għaliex b'hekk nuri kemm konna verament imfittxija mill-proprjetarji biex ikunu li “Stage Commandos” li jinawguraw il-palki teatrali.

Dan ma naqasx mill-proprjetarji tat-teatru gdid ta' Raħal Ġdid, il-Viceroy, u l-ewwel programm teatrali hemm sar is-Sibt 19 ta' Marzu, 1955.


Il-Ħelsien, Il-Ħamis 17 ta’ Ottubru 1963. p.7

Bħal sajjetta fil-bnazzi, wara li konna qegħdin ninqdew tajjeb b'Milda Scicluna, li kienet suċċessura tajba ta' Frances Spiteri, kellna nirċievu daqqa ta' ħarta kbira oħra, meta f'ħin bla waqt sirna nafu li Milda ma’ ħuha Eddie u l-familja sejrin jemigraw lejn l-Awstralja.

Bħal ma jaf kulhadd, l-aħwa Scicluna, Eddie u Milda, trabbew tista' tgħid mal-kumpanija, ulied familja tejatrali. Minn ċkunithom urew talent straordinarju fl-interpretazzjonijiet ta' dwetti komiċi. Huma aktar żviluppaw it-talent tagħhom li l-kumpanija bdiet tafdalhom partijiet ta' responsabbiltà kemm fil-programmi regolari tagħna kif ukoll fil-konkorsi.

L-aħħar serata tagħhom kienet fir-Radio City, il-Ħamrun, fl-1 ta' Mejju, 1955, fejn rajna lil Milda fil-parti principali fil kummiedja mużikali "Mrs. Bailey".

Biex kollox ikun floku huma għamlu l-aħħar numru tal-programm, pero' qabel ingħatat l-aħbar lill-publiku li l-aħwa Scicluna qegħdin jidhru għall-aħħar darba fuq il-palk malti. Dak in-nhar kienet l-ewwel darba li Eddie u Milda Scicluna ma rnexxielhomx idaħħku lill-ammiraturi tagħhom, anzi kull min kien ilu japprezza t-talent taghhom dak in-nhar ħass il-bżonn li joħrog il-maktur biex jimsah id-dmugħ. Ta' min isenimi wkoll li n-numru ta’ dwett tagħhom f'din l-okkażjoni kien - "Inbiegħu Kollox!" li kien jittratta fuq l-emigrazzjoni.

JOE GRECH

Naħseb li ftit huma dawk li jafu kif Joe Grech gie introduċut magħna. Pero tajjeb li wieħed jiftakar tajjeb il-qawl malti "kull deni ħudu b’ġid”, u tistaqsu x'għandu x'jaqsam dan? Għandu, mela m'għandux!?

Għall-ħabta ta' Ġunju, 1955, Johnnie Catania kien mixħut f’sodda bid-deni wara operazzjoni ħafifa u d-deni tiegħu, li kien verament deni għall-kumpanija, kien ta' ġid għal Joe Grech u għalina li akkwistajna dan il-kantant ferm popolari.

Johnnie, biex kien igħaddi l-ħin, kien iħobb jiftah ir-Rediffusion, u f'wieħed mill-programmi waqt dance li fih kien qiegħed idoqq Vinny sema' vuċi ġdida li mill-ewwel għogbitu, bħal ma wkoll għoġbot lill-eluf ta' dilettanti maltin li huma ippassjonati għall-kanzunetti taljani. Din kienet l-ewwel introduzzjoni ta' Joe Grech ma’ li 'Stage Commandos' u l-ewwel ħaġa li Johnnie għamel meta reġa' ġie fuq tiegħu kien li mar u sab lil Joe u stiednu għall-programmi tagħna. Fil-fatt Joe għamel id-debut tiegħu magħna fil-każin San Gejtanu, il-Ħamrun, il-Ħamis, 26 ta' Mejju, 1955 fejn kien kanta "Una Barca Torna Sola" u “Surriente Un Namurate".

Għalija Joe jibqa' l-ewwel kantant malti li żejjen il-kanzunetti taljani f'Malta bl-interpretazzjonijiet tiegħu. Darba waqt programm fil-Pandora Theatre, iż-Żejtun, il-ħafna ammiraturi tiegħu ma ħallewħx jitlaq minn fuq il-palk, u biex jissodisfahom kellu jkanta xi għaxar kanzunetti.

Fil-karriera tiegħi għadui qatt ma rajt din il-kwalità ta' entuzjazmu mill-publiku malti għal kantant lokali.

LYDIA PERUGINI

Fl-istess debut ta' Joe Grech kienet dehret għall-ewwel darba magħna Lydia Perugini, li kienet diġà akkwistat fama fuq il-palk ma’ kumpaniji oħra.

Lydia, għalkemm kienet għadha ma għalqitx l-għoxrin sena, kellha personalità kbira, l-acting tagħha kien naturali u l-vuċi tagħha kienet ferm addattata għall-atti mużikali tagħna.

Bl-akkwist ta' Lydia, pattejna xi ftit għat-telfa kbira ta' Frances Spiteri u Milda Scicluna. Imma, sfortunatament, Lydia, wara li wriet b'mod l-aktar ċar li sejra tkun is-soubrette il-ġdida tagħna, wara sena ta' attivita' tejatrali kontinwa mal-kumpanija mxiet fuq l-istess passi ta' Frances Spiteri emigrat mal-familja tagħha lejn l-Awstralja. Ahna, meta ħsibna li erġajna ħadna r-ruħ, erġajna ġejna miċħudin mid-destin minn waħda li kienet tidher li hemın futur brillanti għaliha fuq il-palk malti.

JOHNNIE CATANIA JAQSAM RASU

Waqt programm fil-Melody Theatre, iż-Żurrieq. fl-10 ta' Diċembru, 1955, fil-waqt li konna qegħdin nippreżentaw il-kummiedja mużikali "L-Għassies tal-Barrakka ta' Fuq", Johnnie Catania tela' jigri minn isfel mid-dressing room, ħabat rasu ma' biċċa injama, u għalkemm nofsu stordut, bid-demın nieżel minn taħt il-beritta huwa kompla r-reċta b'uġiegħ kbir.

Kien biss wara li spiċċat din il-kummiedja li konna nafu eżattament xi ġralu Johnnie, li dejjem wera temperament tajjeb f'kull diffikultà li kienet tinqala' matul il-karriera tagħna.


Il-Ħelsien, Il-Ħamis 24 ta’ Ottubru 1963. p.7

Serata li ħadna gost immens nippreżentaw kienet dik tal-Ħamis, 19 April, 1956, fil-Gaity Theatre, Sliema, fejn il-każin tas-Sliema Wanderers talbuna biex nagħmlu serata b’risq il-funds ta’ Tony Nicholl's Silver Jubilee Celebrations.

Kien jistħoqlu lil Tony li l-iżjed kumpanija popolari teatrali taghmel is-sehem tagħha f’dan is-Silver Jubilee tiegħu, bħala appreżament għall-ewwel mill-aqwa "centre forwards" li qatt ra l-football malti.

Kien immis lilna dak in-nhar li niskorjaw wieħed mill-aqwa suċċessi fejn wieħed mill-iżjed li ċapap f'din is-serata kien Tony Nicholl innifsu

IMMORRU GHAWDEX

Għalkemm l-kumpanija issa kienet ilha furrmata mal-ħdax-il sena, u kienet dehret fuq kwalunkwe palk malti, pero qatt ma kellna l-okkazjoni li mmorru nagħmlu xi programm f’Għawdex.

Għalhekk konna fraħna mhux ftit meta wastlitilna stedina mill-kumitat ta’ waħda mill-baned biex biex imorru nagħtu reċta għall-open air fil-bitħa spazjuża tal-fabrika tat-tadam ta’ Demarco.

Niftakar li magħna kienu telgħu wkoll il-bravi artisti tal-palk malti - Nosi Ghirlando u Armando Urso – li dak iż-żmien kienu qegħdin igawdu popolarità kbira bis-saħħa tas-sensiela ta' "Karmena Abdilla" ipprezentati fuq ir-Rediffusion mir-"Radju Muskettieri".

Għażilna programm varjat u l-laqgħa li kellna kienet xi haġa ta' l-għaġeb. L-għawdxin urew li jafu japprezzaw dak kollu li għamilnielhom, u ta' min isemmi li l-għada tas-serata il-Ħadd, konna għadna reqdin f’lukanda ma’ ġenb il-pjazza tat-Tokk fejn ġejna mqajmin minn ħafna nies li jinġabru kmieni kull nhar ta' Ħadd filgħodu u l-argumenti tagħhom dak il-ħin kienu kollha fuqna.

Ftit milli stajna nisimgħu kienu dawn: "Imma Karmena Abdilla veru li hija raġel?!" "Imma jiena ngħid li Carmen Zahra twieldet mingħajr għadam!" "U dak Urso minn fejn iġibhom dawk il-makjetti" "Allavolja qasir Catania, x'fih imma!" eċċ.,eċċ.

L-IDEA LI MMORRU LONDRA

Kienu f'dawn il-żmenijiet li smajt mingħand Freddie Underwood li jekk jirnexxi l-pjan fl-1957 aħna mmorru nagħmlu xi show Londra. Ir-reazzjoni tagħna lkoll kienet li din kienet xi cajta tas-soltu ta’ Freddie. Imma meta mbagħad rajna l-bidu tal-korrispondenza ta' dan il-pjan li kien jidher fantastiku meta wieħed iġib quddiern għajnejh xi spejjeż kbar jinvolvi pjan bħal dan – biex itella’ Londra kumpanija ta’ sittax-il ruħ bl-ajru, toqgħod hemm xi tliet ġimgħat u terġa’ lura bl-ajru.

Pero qbilna fil-prinċipju u bdejna nippreparw ruħna biex nagħmlu dak kollu li kien possibli għalina biex l-impossibli nibdluh f’realtà. B’hekk inkunu l-ewwel kumpanija teatrali maltija li rnexxiela għall-ewwel darba fl-istorja tal-palk malti tmur u tippreżenta shows fil-qalba ta’ Londra fil-West End għal ħutna l-maltin ta’ hemm.

L-istendina min-naħa ta’ Londra kienet ġiet minn Father D. Coppola O.F.M. li kien ic-chaplain tal-Maltin f’Londra.


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 31 ta’ Ottubru 1963. p.7

Sħabna tar-Radju Muskettieri daż-żmien kienu qegħdin jippreżentaw wieħed mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa, trijonfi tagħhom, il-preżentazzjoni tas-sensiela ta’ l-avventuri tal-popolari KARMENA ABDILLA.

Għalkemm l-atturi kollha, li damu ħmistax-il xahar, darba f'kull ġimgħa, jippreżentaw lil Karmen Abdilla, parti li tant ibbrilla fiha Nosi Ghirlando, kien Charlie Clews li stħaqqlu l-akbar prosit bhala l-kittieb.

Il-popolarità ta' Karmena Abdilla tant kienet qeghda tiġi mogħtija prominenza li bħala climax Clews gietu l-idea li jtejjeg lil Karmena Abdilla fil-publiku.

L-ammiraturi maltin ta' Kamena Abdilla ġew mistiedna biex jattendu għat-tieġ tagħha fir-Radio City, il-Ħamrun, fejn iċ-ċerimonja tat-tieġ ġiet organizzata mir-"Radju Muskettieri" flimkien ma' li “Stage Commandos".

Tant kien hemm konkorrenza għat-tieġ li biex Karmena Abdilla tissodisfa lill-eluf ta' nies li xtaqulha kull suċċess, kellha tieħu paċenzja u tirrepeti t-tieġ tagħha għal erbatax-il darba fir-Radio City.

Kien rekord għall-plays maltin: erbatax-il darba f'post b’teatru mimli kul darba!

Fit-tieġ ta' Karmena Abdilla kienu ħadu sehem: Giovanna Laiviera, Mary Camilleri, Rose Mary Laiviera, Nosi Ghirlando, Armando Urso, Freddie Underwood Johnnie Catania, Victor Galdes, Charles Clews, Pawlu Bugeja. Victor Aquilina, Reno Spiteri, u Dennis Ghirlando.

"STAGE COMMANDOS" DIRECT FROM MALTA"

Dik li ħsibna li kienet ħolma, dik li ħsibna li kienet xi ċajta, xi idea fantastika, fl-aħħar waslet biex titwettaq f'realta. Il-ġurnata tat-tluq għal Londra waslet – il-Ġimgħa 19 ta' Lulju, 1957, bl-ajruplan minn Ħal Luqa u sitt sigħat wara nkunu London airport.

Ma rridx ninsa nsemmi l-preparamenti kbar li saru minna f'Malta u mill-organizzaturi f’Londra. Min-naħa tagħna konna ippreparajna rwieħna sew b'shows li saru matul is-sena biex il-profitti jmorru ħalli jtaffu ftit mill-ispejjeż ta' din l-intrapriża, l-ewwel waħda bħalha, fl-istorja tal-palk malti.

Wara li rajna min seta' jiġi, il-kumpanija għal Londra ġiet iffurmata hekk: is-sur Nosi Ghirlando u t-tifel tiegħu Dennis, Charles Clews, Freddie Underwood, Johnnie Catania, Armando Urso, l-aħwa Zahra – Carmen u Vincent, Lina Perry, Joe Grech, jien, is-sur Mifsud il-buttafora tagħna li tela' jakkumpanjana, u l-bravu pjanista Jimmy Dowling.

Bħal ma rajtu tista' tgħid li konna qegħdin nippreżentaw l-aħjar talent malti f'dik li hi proża, kant, makkjetti, akrobazija, u dak kollu li hemm bżonn biex iseħħu l-kwalita' ta' programmi varjati li konna għażilna biex nagħmlu.

Xi erbat ijiem qabel ma tlaqna Charlie Clews b'dispjaċir kbir qalilna li ma setax jigi. Kienet daqqa ta' ħarta għalina, u kienet tkun ikbar li ma kelIniex lil Freddie Underwood li mela l-vojt ta' Charlie, b'abbil ta' kbira.

Dak kien l-ewwel sinjal li donnu xi ħaġa sejra tinqala’, pero' sakemm wasalna fis-7.00 ta' fil-għaxija f'Ħal Luqa kollox kien jidher f'postu.

Kellna ntiru fit-8.00 ta' fil-għaxija, ninżlu Ruma u minn Ruma dritt għal Londra, biex naslu hemm fis-sagħtejn ta' filgħodu tas-Sibt, u b'hekk kien ikollna ċans li mmorru naraw il-palk tat-teatru tal-Y.M.C.A. f'Tottenham Court Road fil-West End, u naraw x'nistgħu naddattaw iżjed biex kemm jista' jkun il-programmi tagħna ikunu għat-togħma tajba ta' ħutna l-maltin u ta' ħbiebhom ingliżi.

Pero' fit-8.00 ta' fil-għaxija ma tlaqniex, għaliex l-ajruplan kellu xi ħsara żgħira u kellna nistennew sagħtejn sħaħ sa kemm ġejna biex nitilqu lill-familji tagħna.

Hawnhekk kellna t-tieni inċident. Carmen Zahra, li tgħidx kemm għannqet lill-ġenituri tagħha, fl-aħħar tant ħasset il-firda li qabdet tibki u ma riedet bl-ebda mod tinfired minn ommha. Kellna nkunu Vincent, Catania u jien biex b'xi mod, qbadnieha u sfurzajnieha fl-ajruplan, fejn wara li qbadna t-triq, il-biki ta' Carmen waqaf u kollox ġie ghan-normal.

Wara li konna diġa' sagħtejn u nofs fl-ajru, wara li tgħidx kemm ħadna gost naraw il-bliet ta' Sqallija mdawlin, b’dik id-dija madwarhom, minn għoli ta' xi ħmistax-il elf pied, ġejna nfurmati mill-istewardess li minħabba li fuq Ruma hemm ċpar wisq, il-bdot iddeċieda li jdur u ninżlu Napli.

Din wara sirna nafu li kienet skuża biex ma tqajjimx paniku fostna, inżilna Naplj b’wiċċ il-ġid f'xin-nofs siegħa ta' bil-lejl. Hemmhekk wara siegħa qalulna li hemm suspetti li l-ajruplan kellu xi ħsarat fis-sistema taż-żejt, għalhekk ma jkunx jista' jkompli t-triq bina matul il-lejl, jisperaw, pero', li filgħodu nitilqu.

Tistgħu taħsbu kif ħasditna din l-aħbar. Imma dan il-waqfien tpatta daqsxejn billi ħaduna norqdu f'waħda mill-aqwa lukandi lussużi ta' Napli – ir-Royal. Hemmhekk kulhadd ipprofitta ruħu mis-sodod verament komdi — sar-radjo sett kellna fuq it-tavolina — u ma' l-icken ċempila tarahom ġejjin tliet kamrieri.

Insomma ma nafx ikollniex okkażjoni oħra li ngawdu kumditajiet ta' lukanda first class bħal ma kienet ir-Royal ta' Napli.


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 7 ta’ Novembru 1963. p.7

Fil-għodu, wara breakfast stil ingliż, tlaqna għall-ajruport ta' Napli minfejn fl-10.30 a.m. komplejna għal Londra biex naslu hemm f'xi s-sagħtejn u nofs ta' wara nofs-in-nhar.

Imma billi l-ajruplan, li kien għad fadallu xi difetti, beda jtir bil-mod bir-riżultat li fit-3,30 ta' wara nofs-in-nhar il-bdot iddeċieda li jinżel fl-ajruport ta' Parigi għaliex inħlielu l-fuel.

Domna fuq l-art franciza xi nofs-siegħa, erġajna tlajna fuq l-ajruplan u aħna qalbna maqtugha jekk aħniex se naslu qawwijin u sħaħ, u t-tieni, jekk naslu, aħniex se naslu fil-ħin.

Fil-5.10 inżilna b'wiċċ il-ġid f'London Airport. Hemmhekk malajr tawna l-privileġġ li l-ewwel li nlestu mid-dwana inkunu aħna. Imbagħad f'kemm trodd salib ideffisna f'erba' taxis bil-bagalji b'kollox biex nippruvaw nilħqu nkunu fit-teatru fis-sitta u nofs, fejn fl-aħħar, għall grazzja t'Alla, wasalna.

X’ħin konna deħlin fit-teatru kien hemm poster kbir barra, li min kitbu kien veru profeta, u intom li qegħdin taqraw din il-parti ta' l-istorja ta' li "Stage Commandos" taqblu miegħi li hekk kien, għaliex fuq il-poster kien hemm dawn il-preċiżi kelmiet li jfissru sew il-vjaġġ tagħna "Stage Commandos Direct from Malta".

L-EWWEL SHOW F'LONDRA

Appena dħalna fil-teatru li kien ippakkjat b'ħutna l-maltin, qisha saret xi splużjoni. B’daqshekk nista' nfissrilkom l-entużjażmu kbir u l-laqgha kbira li għamlulna, aħna u deħlin għad-dressing rooms. Aħna dak il-ħin insejna ghal kollox l-inkonvenjenzi li Itqajna magħhom matul il-vjaġġ xejn pjaċevoli minn Malta. Dak il-ħin li konna deħlin bil-bagalji minn qalb dawk is-sitt mitt malti — ħafna minnhom kienu mal-familji tagħhom u oħrajn li kienu ilhom bosta snin fl-Ingilterra — qabżilna d-dmugħ. Min beda jgħannaqna, min ibusna, min jitfagħlna l-fjuri, konna qisna xi eroj qegħdin nirritornaw mill-battalja.

Dan l-entużjażmu tal-għaġeb imliena b'kuraġġ kbir, ħassejna li qeghdin mhux f'Londra imma mill-ġdid f'art twelidna, u bil mod il-mod wasalna fid-dressing rooms biex nibdew l-ewwel programm teatrali malti fil-qalba tad-divertimenti tal-West End ta' Londra.

Hawn ikolli mmur ftit lura halli nsemmielkom kif konna Itqajna xi ħmistax qabel ma tlaqna minn Malta biex nifformulaw il-programmi tagħna ghal Londra, fejn Catania ġietu l-idea sublimi li d-daħla tagħna fit-teatru għandha tkun mill-bieb prinċipali għal gol-platea. U ngħaddu mill-passaġġ bil-bagalji, għal-taparsi wasalna tard minn Malta.

Min qatt kien jaħseb li dan kellu jkun fir-realtà, għaliex malli wasalna fl-ajruport, dritt għat-teatru bil-bagalji b'kollox, eżattament kif xtaq Johnnie.

Biex ma naħlux żmien Catania libes malajr ta' tifel u flimkien ma’ Freddie Underwood għamlu d-djalogu popolari tal-"Missier u Ibnu". Dan barra li kien bidu tajjeb, ta ċ-ċans lil kulħadd biex jilbes u jagħmel il-make-up. Għadni qiegħed niftakar lil Karmena Abdilla jqaxxar il-lehja!! eh! skużi lis-sur Nosi Ghirlando jqaxxar il-leħja. Filwaqt li Carmen Zahra u Lina Perry jippruvaw ilestu ruħhom aktar malajr mis-soltu ghan-numri rispettivi taghhom.

Wara l-applaws għar-riżati ta' Freddie Underwood u Johnnie Catania spiċċa, ħareg Joe Grech u b'kunfidenza liema bħala kanta kif jaf hu biss, il-favoriti taljani ta' dak iż-żmien, u m'hemmx bżonn ingħidilkom li Joe mill-ewwel ingħoġob immens u kellu ovazzjoni kbira.

Wara l-kant, rajna lill-bravu Nosi Ghirlando jinbidel fil-karattru ta' Karmena Abdilla u flimkien mat-tifel tiegħu Dennis ippreżenta d-djalogu komiku miktub minn Charlie Clews — "Iċ-Ċensiment". Dan in-numru kompla żied il-briju tal-maltin li issa kienu ġa indunaw x'materjal tajjeb tlajna bih.

L-akrobatika Carmen Zahra ma naqsitx li turi l-abbiltà tagħha f'numru li kien imżejjen bl-aqwa pożi akrobatiċi mir-reportorju estensiv tagħha. Il-maltin ta’ hemm qatt ma stennew li f'Malta għandna stilla akrobatika ta' din il-klassi u tawha l-applawsi li kien jistħoqqilha.

Rose Goulding, il-kantanta li kienet għamlet żmien ma’ li Stage Commandos f’Malta u li issa kienet qegħda f'Portsmouth, ġiet għal din l-okkażżjoni u tat gost immens b'selection ta' songs li kienet tkanta magħna f'Malta.

Armando Urso wera kemm hu imitatur kbir meta bl-għajnuna taż-żeffiena Lina Perry, għamel l-interpretazzjoni komika tiegħu ta' kif jaħsibha li jiżfnu l-ingliżi, il-germaniżi, l-amerikani, il-franċiżi, it-taljani u l-maltin. Dan in-numru kien tajjeb ħafna u kompla kabbar is-suċċess tas-serata. Wara Urso kien imiss lili, biex nagħmel in-numru ta' kant tiegħi. Qatt ma ħassejtni nkanta għal qalbi daqs dak in-nhar. Ġejt milqugħ tajjeb u s-songs ingliżi li ghażilt kienu għat-togħma ta' dawk preżenti.

"PAĊI FID-DAR"

Wara intervall qasir, ippreżen ajna l-kummiedja ta' Charlie Clews — “Paċi Fid-Dar” li tat lil Nosi Ghirlando ċ-ċans li jibbrilla kemm jiflah u juri l-veru talent tiegħu. Nosi kien mgħejjun tajjeb minn Fredie Underwood, Johnnie Catania, Lina Perry, Armando Urso u Dennis Ghirlando fil-partijiet l-ohra.

Komplejna l-programm b'numru ta' makkjetti bil-malti minn Johnnie Catania, li ghal din l-okkażjoni kien il-veru "star" li daħal f'qalb kulħadd u ħadd ma xtaqu jispiċċa. Imma l-ħin tax-show kien limitat u Johnnie ta' gentlom li hu, daħal biex jagħti ċans lil ħaddieħor.

Lina Perry, b'libsa ferm attraenti tal-ballet, żifnet bi grazzja kbira fuq il-melodija "Limelight". Lina wriet li f'Malta għandna ballerini tal-ballet ta’ klassi u x'ħin spiċċat ġiet mogħtija applawsi kbar.

Armando Urso reġa' deher b'numru ta' makkjetti li verament kienu 'hit'. Il-personalità ta' Armando u l-vivacità li jagħti lill-makjetti tiegħu dehru fl-aqwa tagħhom, u l-applawsil akbar li rċieva kienu juru l-apprezzament sinċier tal-publiku preżenti.

Vincent Zahra ngħaqad ma' oħtu Carmen biex tawna żifna orjentali fi stil akrobatiku fuq il-mottiv tad-"Desert Song". Carmen, bl-għajnuna ta ħuha, tat interpretazzjoni perfetta li ġiet milqugħa tajjeb ħafna.

Sketch qasir "It-Tattika" ta ċans ieħor lil Nosi Ghirlando, lil Johnnie Catania u lil Freddie Underwood, biex ikomplu jibbrillaw.

Filwaqt li ftit wara ippreżentat ruħha oħt il-magħruf akkordjonista malti Charles Camilleri, Yvonne, biex tkanta selec tion ta' songs popolari.

Kien imiss issa lill-bravu pjanista Jimmy Dowling li f'dan il programm kellu responsabilta kbira mis-suċċess tagħna. Kien hu li akkumpanjana fin-numri ta' kant, żfin, akrobazija, eċċ., li esegwixxa numru solo fuq il-pjanu u Jimmy wera l-abiltà tiegħu fuq il-keyboard bi preċiżjoni kbira ghas-sodisfazzjon mhux biss tagħna, imma wkoll ta' dawk li kienu preżenti.

Il-programm ingħalaq minn Charles Camilleri li ġentilment offra ruħu biex jidher f'dan il-programm. Il-ħila artistika ta’ dan il-bravu mużikant malti wrietna biċ-ċar li l-fama li kellu, mhux biss fl-Ingilterra imma f'kull parti tad-dinja, ma akkwistaħiex ta' xejn.

Kien għeluq tajjeb għal dan il-programm, li jibqa' mniżżel b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-palk malti bħala l-ewwel programm teatrali malti minn kumpanija maltija għall-maltin ta Londra fil-qalba tal-West End.


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 14 ta’ Novembru 1963. p.7

Ġimgħa wara l-ewwel show ippreżentajna t-tieni show tagħna fl-istess teatru tad-debut tagħna fil-West End ta' Londra. Din id-darba, kontra l-ewwel show, kellna kollox favur tagħna, għalhekk fit-tieni show stajna iżjed bil-kumdita' kollha nuru programm isbaħ, li għalih attenda publiku ferm numeruż li reġa' mela t-teatru.

L-entużjażmu kien xejn inqas minn ta' l-ewwel show, u aħna li issa konna ilna ġimgħa f'Londra konna diġa' għamilna ħbieb ma' ħafna maltin li bdew ta' kuljum jistidnuna għall-ikel jew għat-te' fid-dar tagħhom.

BUKKETT MALTI GĦAL FLORA ROBSON

Waħda mix-xewqat tagħna kienet li mmorru fit-teatru "Duke of York" fejn kien hemm il-play "The House by the Lake" li l-protagonista tagħha kienet l-attriċi ingliża Flora Robson, li kienet tat interpretazzjoni perfetta ta' omm maltija fil-film “Malta Story”.

Il-kummissarju ta' Malta f’Londra, is-Sur Edward Ellul, kien ipprova jirranga biex jagħmlilna party f'Malta House fejn aħna nkunu nistgħu nippreżentawlha bukkett fjuri, bil-kuluri nazzjonali, ħomor u bojod. Iżda minħabba impenji oħrajn Miss Robson ma setgħetx tiġi f'Malta House, imma issuġġeriet li aħna mmorru naraw il-play tagħha biex wara tilqagħna fid-dressing room tagħha. Ghalhekk baghtitilna l-complimentary tickets u aħna morna.

Ħadna pjaċir ħafna bil-play iżda kienet sorpriża meta sibna lil Flora Robson lesta biex tilqaghna u saħansitra għamlitilna party bħala tpattija għall-bukkett malti. Konna qisna stidinna lil xi hadd biex imbaghad hallsilna grokk hu.

PARTY F’MALTA HOUSE

Fil-8 ta' Awissu l-kummissarju ta' Malta għamel riċeviment ad unita' li Stage Commandos f'Malta House, li għalih attendew xi ħamsın ruħ oħra, ingliżi u maltin.

Kien party famuż li kompla għamel il-mawra tagħna f'londra tant pjaċevoli. Hemmhekk f'dak il-jum qattajna sagħtejn fl-aqwa allegrija. xi wħud minna dak in-nhar spiċċajna nirroljaw xi ftit.

SHOW B’XEJN

Biex aktar jurul l-apprezza ment taghhom il-maltin tal Londra organizzawlna li mmor mu fis-seaside resorts ta’ Margate u Ramsgate. Wara li domna sejrin xi tliet siegħat u nofs, fl-aħħar wasalna Margate. Kulħadd neża biex jgħum iżda meta qbiżna l-baħar malajr tlajna 'l fuq għaliex l-ilma kien qisu bis-silġ.

Pero' wara din id-dehxa morna niġru fuq l-ispjaġġa verament kbira u sabiħa kollha ramel, b'eluf ta' nies, paxxuti fuq id-deckchairs, jilagħqu ftit ix-xemx li kultant bdiet tidher.

Carmen Zahra, bħala akrobatika ta' klassi għolja, bdiet iddur fuq idejha, tittwistja, eċċ., fejn wara ftit daħal ħuha Vincent magħha. L-ingliżi li kien hemm fil-qrib malajr daru magħhom u bdew icapcpu.

Kien il-bidu ta' l-unika show tagħna b'xejn fuq ir-ramel ingliż. Sa dan it-tant Armando Urso gab il-kitarra, beda jdoqq u jakkumpanja lil Joe Grech. Wara Johnnie Catania ma naqasx li juri x’komiku hu, filwaqt li Freddie Underwood għamilha ta' master of ceremonies.

Is-show fir-ramel ta’ Margate damet xi siegħa u l-udjenza tal-holiday makers ingliżi tawna capċipa speċjali kif Freddie Underwood ħabbar il-final ta' din ix-show ta' bla ħsieb.

L-AĦĦAR ATTIVITA' TAGĦNA

L-aħħar dehra tagħna fil-publiku kienet waqt dance li ġie organizzat fis-sala tal-knisja ta' Notre Dame, ftit 'il hemm minn Leicester Square, fejn ‘il fuq minn 500 malti u maltija attendew. Biex għal darb'oħra tawia merħba kbira. Aħna f'dan id-dance ippreżentajna show ta' siegħa u nofs li ġiet apprezzata ħafna.

Ma nixtieqx ninsa ngħid li Nosi Ghirlando, Johnnie Catania u Freddie Underwood kienu ġew mistiedna biex jitkellmu fi programm tal-B.B.C. "Commonwealth Calling", fejn ġew mistoqsijin fuq il-mawra tagħna f’Londra.

B'dispjaċir kbir ħallejna Londra għax verament l-ospitalità ta’ ħutna l-maltin impressjonatna, lejn Malta u f'sitt siegħat erġajna sibna ruħna taħt ix-xemx maltija, kburin li dak li kien jidher impossibli għamilnieh, kburin li żammejna fil-għoli t-tradizzjoni tal-palk malti.

Kburin li wrejna għall-ewwel darba fl-istorja tal-palk malti li esperimenti bħal dawn jistgħu jsiru, dejjem meta hemm min jgħinek. Kburin li lill-maltin ta Londra fakkarnihom ftit f'Malta bir-reċti tagħna bil-lingwa ta' art twelidna. Fl-aħħar nett kburin li għamilina l-akbar success fil-lista tas-suċċessi tal-kumpanija "Stage Commandos".


Minn Il-Ħelsien, Il-Ħamis 21 ta’ Novembru 1963. p.7

Wara Londra erġajna bdejna l-attivitajiet teatrali, pero' bdejna niltaqghu ma' ħafna diffikultajiet. Dawn kienu l-iżjed dovuti għal min se jimla l-vojt ta' Frances Spiteri, ta' Melda Scicluna, ta' Lydia Perugini u l-iżjed imbagħad tal bravissima Ġuża Caruana li wara karriera verament kbira iddeċidiet li tirtira.

F'dawn iċ-ċirkostanzi li Stage Commandos bdiet kull ma tmur tonqos mill-attivitajiet tagħha. Ma setgħetx tippreżenta dawk il-programmi ta' qabel u għalkemm il-publiku baqa' jirrispetana bil-preżenza tiegħu kellna nieqfu fl-1958 u sal-lum għadna m’għamilniex attivita' oħra taħt l-isem Stage Commandos.

CATANIA — CLEWS — BELLIZZI

Illum tlieta mis-sitta li originaw li “Stage Commandos għadhom attivi fil-qasam tax show business hawn Malta.

Dawn it-tlieta: Johnnie Catania, Charles Clews u jien, għandna għalfejn inkunu ferħana li konna niffurmaw parti minn li Stage Commandos. L-esperjenza li għandna fil-qasam tal-palk malti hija dovuta għalhekk biss.

  • Johnnie Catania baqa' l-popolari komiku li hu kemm meta jkun fuq il-palk, jew fli studjo tar-Rediffusion jew meta jidher fuq it-television. Johnnie wkoll huwa wieħed mill-aqwa organizzaturi tas-shows varjati li għandna preżentement.
  • Charlie Clews għadu kif kien, kittieb famuż għal li sketches. Huwa għadu jforni lir-Radju Muskettieri b'materjal tajjeb għall-programmi tagħhom. Barra dan għadu wieħed mill-aqwa compares maltin u dan deher dan l-aħħar fix-"Show Time" taż-żgħażagħ tal-G.W.U.

Jiena, li bħal Johnnie u Charlie nirringrazzja lil li Stage Commandos għall-esperienza fix-xoghol teatrali, illum ghandi l-kumpanija tiegħi "Starlight", u għand is-sodisfazzjon li bl-għajnuna ta' dawk li qegħdin jipparticipaw miegħi qegħdin inferhu lil dawk li jiffrekwentaw il-programmi tagħna.

llum jien ukoll siri kittieb inhux ħażin ta' li sketches u l-materjal li nippreżentaw qiegħed jingħogob immensament. Pero' naħseb li Johnnie u Clews jaqblu mieghi illi kieku ma kinitx li Stage Commandos għalina l-ebda wieħed minna ma jgawdi l-popolarita' u r-rispett li għandna l-lum mill-pubbliku teatrali.

"TISTA TERĠA TIDHER LI STAGE COMMANDOS?"

Dil-mistoqsija ilha tiġi irrepetuta f'widnejna minn mindu waqafna. Fl-opinjoni tiegħi, la baqa' Johnnie, Charlie u jien mhix ħaġa impossibli, imma jibqa' l-fatt jekk issibx il-lum il-ġurnata min jimla l-vojt ta' Frances Spiteri, l-aħwa Scicluna, Ġuża Caruana, Carmen Zahra, Ġużé Azzopardi, Dante Gatt, Freddie Underwood u l-oħrajn li kienu iddedikaw irwieħhom għall-kumpanija tagħna.

Konna qisna familja, il-motto tagħna kien li l-kumpanija Stage Commandos tkun għalina l-ewwel u qabel kollox. Sakemm żammejna dan il-motto konna b'saħħitna pero llum għandi dubju ssibx nies li lesti biex jissagrifikaw irwieħhom bħal dawn li semmejt.

Nispera li intom li segwejtu dina l-istorja ta' waħda mill aqwa kumpaniji teatrali maltin, tixtiequ bħali li li Stage Commandos terġa' tidher. Imma jibqa' l-fatt li fiż-żmien tal-lum, meta ċ-ċirkostanzi tal-palk malti tbiddlu, hija daqsxejn dubjuża, għalkemm ħadd ma jista' jagħti deċiżjoni finali li jekk tirnexxi li tingħaqad mill-ġdid il-kumpanija jkun hemm l-istess success, l-istes entużjażmu u l-istess numru ta' attivita li kellna fl-antik, meta ma kenitx tgħaddi ġimgħa waħda biss mingħajr show ta’ li Stage Commandos — il-kumpanija li bdiet it-triq tas-suċċessi bil-boilersuit fit-tarzna fi żmien il-gwerra u saret l-aqwa kumpanija popolari fuq il-palk malti sakemm waslet fil-quċċata tas-suċċessi tagħha fil-West End ta' Londra, u għalhekk nahseb li intom kollha li qrajtu din l-istorja tagħna tagħtuni ragun meta semmejt l-istorja ta' li Stage Commandos "Mit-Tarzna għall-West End".


NOTA ta’ Spiro Camilleri

F'din il-paġna mużikali l-lum intemmet l-istorja ta' li Stage Commandos – l-istorja ta' waħda mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa, kumpanija teatrali li qatt dehru fuq il palk malti. F'isem il-qarrejja kollha ta' din il-paġna nirringrazzja lil Laurie Bellizzi, l-awtur ta' l-istorja, filwaqt li kemm lilu kif ukoll lill-membri l-oħra kollha tal-kumpanija, huma fejn huma, nifirħilhom li kienu membri ta' din il-kumpanija li għamlet unur lill-palk malti, mhix biss f’art twelidna imma wkoll f'art barranija. S.C.