Difference between revisions of "Karmenu Aquilina"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
m
Line 7: Line 7:
[[File:Kokka.jpg|200px|thumb|right|[[Meta Tgħajjat il-Kokka bil-Lejl]], Dramm preżentat għall-konkors [[Francis Ebejer]]]]
[[File:Kokka.jpg|200px|thumb|right|[[Meta Tgħajjat il-Kokka bil-Lejl]], Dramm preżentat għall-konkors [[Francis Ebejer]]]]


[[File:Menz.jpg|200px|thumb|left|Aquilina f'[[Menz]], [[Koperatturi]], [[Teatru Manoel]]]]
[[File:Menz.jpg|200px|thumb|left|[[Menz]], [[Koperatturi]], [[Teatru Manoel]]]]


[[File:Menz1.jpg|200px|thumb|right|Aquilina f'[[Menz]], [[Koperatturi]], [[Teatru Manoel]]]]
[[File:Menz1.jpg|200px|thumb|right|[[Menz]], [[Koperatturi]], [[Teatru Manoel]]]]


[[File:Pageant.jpg|200px|thumb|left|Aquilina f'Pageant tal-Ġimgħa l-Kbira, Knisja tal-Għargħur]]
[[File:Pageant.jpg|200px|thumb|left|Pageant tal-Ġimgħa l-Kbira, Knisja tal-Għargħur]]


[[File:School Music.jpg|200px|thumb|right|Aquilina f'[[Suor Angelica]], [[School of Music]], [[Teatru Manoel]]]]
[[File:School Music.jpg|200px|thumb|right|[[Suor Angelica]], [[School of Music]], [[Teatru Manoel]]]]


[[File:TheGoodDoctor.jpg|200px|thumb|left|Aquilina f'[[The Good Doctor]], [[Koperatturi]], [[Teatru Manoel]]]]
[[File:TheGoodDoctor.jpg|200px|thumb|left|[[The Good Doctor]], [[Koperatturi]], [[Teatru Manoel]]]]


[[File:XXX.jpg|200px|thumb|right|Aquilina f'[[Salomé]], [[XXX]], [[MITP]]]]
[[File:XXX.jpg|200px|thumb|right|[[Salomé]], [[XXX]], [[MITP]]]]

Revision as of 06:48, 28 March 2013

Karmenu Aquilina twieled fl-1946. Huwa jiddeskrivi lilu nnifsu qabelxejn bħala direttur, u jgħid kif iż-żerriegħa fih ta’ dan il-mestier inżergħet fis-snin tat-tfulija. Huwa jiftakar il-ħin li kien jgħaddi jisma’ lill-adulti jitkellmu, kif ukoll s-sigħat li kien iqatta’ ma’ ħutu liebsa kostumi differenti. Minn dawn l-esperjenzi, Aquilina jislet żewġ elementi importanti għax-xogħol tad-direttur: is-smigħ u l-osservazzjoni ta’ dak li jkun qed jiġri madwaru, u l-immaġinazzjoni u l-fantasija. Is-snin tat-tfulija wasslu wkoll biex Aquilina jikteb numru ta’ stejjer qosra miġbura fil-kollezzjoni Stejjer tat-Tfal: Il-Ġnien u l-Arka. Ix-xogħol teatrali ta’ Aquilina jista’ jinqasam fi tliet fażijiet: il-pageants tal-Ġimgħa Mqaddsa f‘Ħal Għargħur, ix-xogħol pedagoġiku mal-Manoel Theatre Academy of Dramatic Art (MTADA) u l-produzzjonijiet imtella’ mal-kumpanija Koperatturi. L-ewwel pageant li dderieġa tmur lura sal-1974, u mill-ewwel uriet it-twaħħid ta’ poeżija, mima, mużika klassika u moderna u siltiet mill-Bibbja, tipiku tat-tradizzjoni f’Ħal Għargħur. Kien propju konsegwenza ta’ dawn il-pageants li Aquilina ġie mistieden minn Adrian Rendle biex, lejn l-aħħar tas-snin sebgħin, ikun wieħed mill-ewwel għalliema tal-iMTADA. Is-snin tmenin raw lil Aquilina jaħdem fi ħdan il-kumpanija Koperatturi, ma’ personalitajiet bħal Alfred Mallia, John Suda, Michael Tabone u Manuel Cauchi, fost oħrajn. Din il-kumpanija pproduċiet xogħljiet li varjaw minn testi ta’ Neil Simon sa dawk ta’ Trevor Żahra u Oliver Friggieri. Aquilina dderieġa wkoll testi ta’ Francis Ebejer, fosthom Menz, Ħitan, u L-Imnarja Żmien il-Qtil.


Aquilina f'It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, Għaqda Teatrali Kast, Evenings on Campus
Meta Tgħajjat il-Kokka bil-Lejl, Dramm preżentat għall-konkors Francis Ebejer
Pageant tal-Ġimgħa l-Kbira, Knisja tal-Għargħur