Godwin Scerri

From M3P
Revision as of 04:09, 26 March 2013 by Aldith (talk | contribs)
Jump to navigation Jump to search

Godwin Scerri

Godwin Scerri twieled il-Belt Valletta fl-1940. Xogħlu fuq il-palk beda b’reazzjoni għax-xena teatrali tal-ħamsinijiet u l-enfasi li din kienet tagħti lid-drammi bi tmiem feliċi, tagħlima morali u l-elementi li l-aktar kienu jikkonformaw mal-aspettattivi tal-udjenzi. Kontra dawn, Scerri ħadem flimkien ma’ personalitajiet oħrajn – bħal Lino Farrugia u Albert Marshall – biex jidħlu fix-xena Maltija d-drammi Griegi.

L-esperjenza li kiseb Scerri dak iż-żmien issaħħet sew fil-bidu tas-sebgħinijiet, meta ngħata borża ta’ studju biex jitħarreġ Londra, fis-Central School of Speech and Drama. Ir-ritorn tiegħu Malta kkoinċida mas-snin l-aktar prolifiċi ta’ Francis Ebejer, meta Scerri għamel isem fid-drammi L-Imnarja Żmien il-Qtil, Id-Dar tas-Soru, Bloody in Bolivia u The Cliffhangers.

L-esperjenza diretta ta’ Scerri fuq il-palk flimkien mat-taħriġ l-Ingilterra u l-kontribut li ta anki bħala membru fil-kumitat tal-Malta Amateur Dramatic Club wasslu biex huwa jkun wieħed mill-għalliema tal-bidu fi ħdan il-Manoel Theatre Academy of Dramatic Art (MTADA, 1977), l-ewwel skola formali għat-taħriġ tal-palk f’Malta.

Scerri jidentifika r-repertorju modern, li kapaċi jisfida lill-atturi u l-udjenzi tiegħu, bħala ċavetta essenzjali għall-iżvilupp tat-teatru lokali. Fid-dawl ta’ dan, wieħed jifhem aktar ix-xogħol ta’ dan l-attur mall-kumpanija Atturi Theatre Productions, kumpanija li għamlet isem bi produzzjonijet ta’ testi ta’ Eduardo de Filippo, Tennessee Williams u Luigi Pirandello, fost oħrajn.

Scerri f'The Dresser, MADC


Scerri f'The Dresser, MADC SGodwinDresser.jpg


Scerri f'The Queen and the Rebel, MADC SGodwinQueenRebel.jpg


SGodwinSaturday.jpg Scerri f'Saturday, Sunday, Monday, Atturi, Moscow


Scerri f'The Death of a Salesman, Atturi SGodwinSalesman.jpg


SGodwinKatidral.jpg Scerri f'Fid-Dell tal-Katidral, Manoel Theatre