Difference between revisions of "Godwin Scerri"
(Godwin Scerri (1940) - attur li tħarreġ fis-Central School of Speech and Drama u kiseb suċċess Malta fis-sebgħinijiet. Ħadem ma diversi gruppi teatrali f'Malta u kien wieħed mill-għalliema tal-bidu fi ħdan il-MTADA.) |
|||
Line 8: | Line 8: | ||
Scerri jidentifika r-repertorju modern, li kapaċi jisfida lill-atturi u l-udjenzi tiegħu, bħala ċavetta essenzjali għall-iżvilupp tat-teatru lokali. Fid-dawl ta’ dan, wieħed jifhem aktar ix-xogħol ta’ dan l-attur mall-kumpanija [[Atturi Theatre Productions]], kumpanija li għamlet isem bi produzzjonijet ta’ testi ta’ [[Eduardo de Filippo]], [[Tennessee Williams]] u [[Luigi Pirandello]], fost oħrajn. | Scerri jidentifika r-repertorju modern, li kapaċi jisfida lill-atturi u l-udjenzi tiegħu, bħala ċavetta essenzjali għall-iżvilupp tat-teatru lokali. Fid-dawl ta’ dan, wieħed jifhem aktar ix-xogħol ta’ dan l-attur mall-kumpanija [[Atturi Theatre Productions]], kumpanija li għamlet isem bi produzzjonijet ta’ testi ta’ [[Eduardo de Filippo]], [[Tennessee Williams]] u [[Luigi Pirandello]], fost oħrajn. | ||
[[File:GodwinDresser1200.jpg]] | |||
Scerri f'[[The Dresser]], MADC. |
Revision as of 03:28, 26 March 2013
Godwin Scerri - Nota Bijografika
Godwin Scerri twieled il-Belt Valletta fl-1940. Xogħlu fuq il-palk beda b’reazzjoni għax-xena teatrali tal-ħamsinijiet u l-enfasi li din kienet tagħti lid-drammi bi tmiem feliċi, tagħlima morali u l-elementi li l-aktar kienu jikkonformaw mal-aspettattivi tal-udjenzi. Kontra dawn, Scerri ħadem flimkien ma’ personalitajiet oħrajn – bħal Lino Farrugia u Albert Marshall – biex jidħlu fix-xena Maltija d-drammi Griegi.
L-esperjenza li kiseb Scerri dak iż-żmien issaħħet sew fil-bidu tas-sebgħinijiet, meta ngħata borża ta’ studju biex jitħarreġ Londra, fis-Central School of Speech and Drama. Ir-ritorn tiegħu Malta kkoinċida mas-snin l-aktar prolifiċi ta’ Francis Ebejer, meta Scerri għamel isem fid-drammi L-Imnarja Żmien il-Qtil, Id-Dar tas-Soru, Bloody in Bolivia u The Cliffhangers.
L-esperjenza diretta ta’ Scerri fuq il-palk flimkien mat-taħriġ l-Ingilterra u l-kontribut li ta anki bħala membru fil-kumitat tal-Malta Amateur Dramatic Club wasslu biex huwa jkun wieħed mill-għalliema tal-bidu fi ħdan il-Manoel Theatre Academy of Dramatic Art (MTADA, 1977), l-ewwel skola formali għat-taħriġ tal-palk f’Malta.
Scerri jidentifika r-repertorju modern, li kapaċi jisfida lill-atturi u l-udjenzi tiegħu, bħala ċavetta essenzjali għall-iżvilupp tat-teatru lokali. Fid-dawl ta’ dan, wieħed jifhem aktar ix-xogħol ta’ dan l-attur mall-kumpanija Atturi Theatre Productions, kumpanija li għamlet isem bi produzzjonijet ta’ testi ta’ Eduardo de Filippo, Tennessee Williams u Luigi Pirandello, fost oħrajn.
Scerri f'The Dresser, MADC.