Difference between revisions of "Għawdex"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(redirect)
Tag: New redirect
 
Line 1: Line 1:
{{Cleanup}}
#REDIRECT [[Gozo]]
'''Għawdex''' huwa parti mill-arċipelagu Malti, u huwa t-tieni l-akbar gżira fid-daqs wara Malta. Għawdex għandu ambjent aktar rurali.
Għawdex magħruf bħala l-Gżira tat-Tliet Għoljiet, kif ukoll bħala l-Gżira ta' Kalipso, isem meħud mil-leġġenda ta' Omeru fl-Odissea, li tirrakkonta kif Ulisse żbarka fuq il-gżira ta' Ogigia (li jingħad li hi Għawdex), fejn Ulisse għex man-ninfa Kalipso.
 
== Storja ==
Bħal Malta, l-[[istorja]] ta' Għawdex tmur lura sebat elef sena. Hawn instabu siti arkeoloġiċi antiki li xi wħud minnhom huma magħrufa sew, bħalma hu t-[[tempju megalitiku]] tal-[[Ġgantija]] fix-[[Xagħra]]. Hu possibli ħafna li l-ewwel nies li għexu fuq il-Gżejjer Maltin l-ewwel ma għexu kien f'Għawdex minħabba li din hi l-ewwel gżira li tintlaħaq minn [[Sqallija]], minn fejn ġew l-eqdem abitanti tal-Gżejjer Maltin. L-istudjużi jaħsbu li l-ewwel abitanti tal-gżira kienu joqogħdu f'għerien u f'giren.
Fi żmien ir-Rumani, Għawdex sar muniċipju għalih, bi flus u tmexxija differenti minn dik ta' Melita.
==Iċ-Ċittadella ==
Matul iż-żminijiet, iċ-Ċittadella jew kif l-Għawdxin għadhom isejħula, “il-Kastell”, kienet isservi bħala refuġju għall-Għawdxin, l-istess bħalma l-[[Imdina]] kienet isservi għall-Maltin, kull meta l-gżejjer tagħna kienu jigu attakkati mill-furbani. Mhux l-ewwel darba li dawn kienu jiżbarkaw u jattakkaw lil Għawdex. Ma ninsewx li meta Dragut ma setax jieħu dak li ried minn Malta fl-iżbark li għamel f’Malta fl-1551, kien dar lejn Għawdex u kaxkar miegħu mal-5,000 ruħ bħala skjavi, anke jekk dawn kienu qed jistkennu ġewwa s-swar tal-Kastell.
 
Nafu li ċ-ċitadella kienet abitata, kemm fiż-żmien il-[[preistorja]] (2000-750 Q.K.), kif ukoll fiż-żmien ir-Rumani (madwar it-218 ’il quddiem). F’dan l-aħħar perjodu nstab li kienu nbnew diversi binjiet pubbliċi, bħal pereżempju tempji lill-allat pagani, kif ukoll [[monumenti]] li ġew mibnija f’ġieħ persunaġġi distinti tal-familji imperjali. Dak iż-żmien il-parti ffortifikata taċ-ċittadella kienet twassal aktar ’l isfel milli hija llum, dan biex tkopri u tipproteġi parti kbira mir-[[Rabat]].
 
Meta wieħed iżur iċ-Ċittadella, wieħed jinduna li llum din hija kważi vojta mill-abitanti. Biss, il-monumenti storiċi li fiha, jindikaw passat u ħajja oħra aktar vivaċi. Żgur li l-iżjed monument impressjonanti fiċ-Ċittadella huwa l-[[Katidral]] li kien imbena bħala knisja ewlenija mill-arkitett [[Lorenzo Gafà]], bejn l-1697 u l-1711. Fiċ-ċokon tiegħu, dan il-katidral xorta jispikka u jagħti xeħta maestuża, mibni kif inhu fuq taraġ wieqaf. L-istatura tiegħu tesprimi d-devozzjoni tal-Għawdxin lejn il-Madonna u l-fidi tagħhom f’Alla.
 
Dan it-tempju nbena wara li ta’ qablu beda jitlef l-istabbilità tiegħu wara t-terremot tal-1693. L-istess kien ġara lill-Katidral tal-Imdina, u bħalu din il-knisja kellha tinħatt u tinbena mill-ġdid. Il-Katidral huwa ddedikat lill-Assunzjoni (il-Madonna Tiela’ s-Sema’) u l-festa titulari hi ċċelebrata fil-15 ta’ Awissu. Il-Katidral għandu koppla taparsi, fis-sens li, minflok ġiet mibnija, il-koppla ġiet impinġija minn ġewwa b’tali mod u manjiera li meta tħares lejha minn taħt, taħsibha koppla ta’ veru. Dan l-affresk huwa xogħol kapulavur tal-pittur Taljan [[Antonio Pippi]]. Ma’ dan il-katidral hemm [[mużew]] żgħir tal-knisja li huwa ta’ ċertu interess. Quddiem il-Katidral naraw [[statwi]] ta’ żewġ Papiet: dik ta’ [[Piju IX]], li kien stabilixxa lil Għawdex bħala djoċesi fl-1864, u dik ta’ [[Ġwann Pawlu II]], li kien żar il-Katidral fis-26 ta’ Mejju 1990.
 
Iċ-Ċittadella llum għandha ħafna binjiet imfarrka, biss għad fadlilha wkoll ħafna monumenti storiċi li jsebbħuha. Hawn jinsabu l-Palazz tal-Isqof u l-Qorti li ilhom hemm minn ħafna żmien. Insibu wkoll il-mużew tal-arkeoloġija f’Casa Bondì. Hemm ukoll il-Mużew tal-Folklor ġo dar antika u ħelwa, kif ukoll jeżisti mużew wkoll tax-xjenza naturali.
 
[[Category: Others]]

Latest revision as of 07:22, 23 February 2023

Redirect to: