Francesco Savero Briffa

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Antonio Paulo Francesco Saverio Grazio Briffa, huwa iben it-Tabib Pietro Paolo Briffa u Maria Anna Naudi. Twieled Ħaż-Żabbar fit-22 ta’ Mejju 1854 u tgħammed fl-24 ta’ Mejju. Iżżewweġ lil Rosalia née Magri f’Ħaż-Żabbar nhar is-7 ta’ Settembru 1884 u kellhom sitt itfal.

Billi hu kien l-uniku tifel fil-familja, minn età ġovanili ħa f’idejh in-negozju tal-artijiet tal-familja tant li jinsab imniżżel bħala benestante fiċ-ċertifikat taż-żwieġ tiegħu. L-istorja ta’ Francesco Saverio Briffa hija marbuta mat-twaqqif tal-ewwel banda Żabbarija fejn hu meqjus bħala l-fundatur tagħha flimkien mas-Surmast Ġiuseppe Micallef.

Huwa miet f’Ħaż-Żabbar fil-21 t’Ottubru 1935 fl-età ta’ 81 sena u ndifen fiċ-ċimiterju ta’ Ħaż-Żabbar. L-obitwarju tiegħu fil-gazzetti lokali jiddeskrivih bħala persuna tar-ruħ u eżemplari li sofra marda twila qabel il-mewt tiegħu b’rassenjazzjoni Nisranija.

Huwa kien Fundatur u l-ewwel President bejn 1883 u 1898 waqt reġa serva bħala President tas-Soċjeta bejn 1900 u 1916 waqt li bejn 1920 u 1935 kien maħtur President Onorarju tas-Soċjeta.

F’għeluq l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae twaħħlet lapida mad-dar fejn kien joqgħod is-Sur Saver, biex tfakkar lil dan il-fundatur filwaqt li eventwalment issemmiet triq għalih ħdejn iż-żona ta’ Bulebel iż-Żgħir f’Ħaż-Żabbar.