Filippo Ciappara

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Filippo Ciappara iben Ġużeppi u Carmela nee’ Vassallo twieled f’ Birkirkara fis-27 ta' Ottubru 1888 u ġie mgħammed mill-Prepostu Mikiel Fenech il-jum ta' wara. Ġie mogħti l-isemijiet ta' Filippu, Simeon, Alfonso, Mario, Tumas u Salvu. Flimkien ma' huh Mike u hutu bniet Esther u Vincenza, hu trabba fl-għożża tal-familja u fil-biza' t'Alla. Fl-eta żgħira tiegħu beda jistudja wkoll il-mużika għand is-Surmast Pawlu Debono bhala bandist tas-Sax Horn.

Fl-1905, Piju, kif kien magħruf, daħal bħala bandsman fil-R.M.A., dak iż-żmien taħt Bandmaster George Handren. Fil-25 ta' Novembru 1911, Piju żżewweġ Iill Katerina nee’ Borg u fl-1912 ermigra lejn il-Kanada. Wara sentejn ingħaqad mal-armata kanadiza. Bħala membru tal-Kontinġent Kanadiz hu ħa sehem fil-kumbattimenti li saru fi Franza u fil-Belġju matul l-ewwel gwerra dinjija. Naturalment hu ma naqasx li jieħu sehem bi-euphonium tal-Banda tar-Reġiment. Wara tmiem din il-gwerra dinjija hu rritorna Malta. Hu ġie mitlub li jdoqq mal-Duke of Connaught Own Band Club, li dak iż-żmien kienet taħt it-tmexxija għaqlija ta' Mro. Vincenzo Costa.

F'dan l-intervall Piju kellu ħin jistudja l-armonija, is-suġġett predilett tiegħu. Minħabba l-impenn u l-interess tiegħu kif ukoll minħabba l-kapaċita tiegħu fid-daqq tat-trumbun kantabile, Piju ġie mitlub li jdoqq ma' diversi baned ta' Malta fosthom mas-Soċjeta Filarmonika King's Own taħt Mro. Aurelio Doncich. Piju kien ukoll idoqq l-istrument fl-orkestra tat-Tejatru Rjal, mingħajr ma naqqas l-imħabba u l-interess lejn il-banda ta' art twelidu. Piju kien l-assistent ta' Vincenzo Costa u sar is-suċċessur tiegħu wara mewtu.

Kien dik il-habta meta kienet qed issir il-bidla tas-sede tas-Soċjeta għal Valley Road. Kemm Piju mexxa din il-Banda f’ diversi okkazjonijiet f’ Birkirkara kif ukoll barra Birkirkara, jixduh ir-records li hemm fil-każin u xi soċi anżjani. Dak iż-żmien il-festi esterni reliġjużi ġo Birkirkara kienu sospiżi hi 93 żvantaġġ għal aktar parteċipazzjoni attiva tal-banda f’okkalitajiet bħal dawn.

Iżdama ma naqsux opportunitajiet li fihom il-banda setgħet tieħu sehem bħal fil-kamival u festi oħra popolari. ll-kuntatti li kellu ma' diversi mużiċisti ta’ kalibru, l-imħabba u l-istudju ta' l-armonija, għenuh ħafna fil-kontribut mużikali tiegħu. Piju hu l-awtur tal-Preludju Mużikali kif ukoll ta' diversi marċi sinfoniċi, biex ma nsemmux id-diversi traskrizzjonijiet u xogħol ta' partituri u kupjar ta' mużika fi żmien meta kollox kien isir bl-idejn. Dan ix-xogħol kollu hu għaddih bħala donazzjoni lill-Arkivju tas-Soċieta (kif jirriżulta minn records datati 2 ta' Ġunju 1947).

Dan hu konservat b'tant għozza u jiġi konsultat skond il-ħtieġa. Meta kellu jirtira mill-kariga ta' Surmast, il-Kumitat b'rikonoxxenza ġentilment offrielu temporanjament għotja nominali fix-xahar (deċiżjoni meħuda fis-seduta tal-5 ta' Lulju 1947). Piju ddedika perijodu tassew twil minn ħajtu għall-mużika.

Kellu bħala assistent tiegħu u għalliem ta' allievi lil Mro. Carmelo Briffa. Bħala karattru, Piju kien ġentlom kbir, xejn kburi, bniedem reliġjuż, dħuli u jispira lejk fiduċja.

Piju ħalla din id-dinja mhux fil-kariga ta' Surmast, nħar il-Ġimgha 19 ta’ Frar 1960. Fil-funeral tiegħu, mill-Knisja ta' San Pawl għall-Bazilika, barra l ftit familjari tiegħu, ħa sehem ukoll ir-Rev. mu Kapitlu Elenjan.