Difference between revisions of "Ebejer, Francis and Damian: Oral History"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(page creation)
 
m
Line 6: Line 6:
17 ta’ Marzu 2016
17 ta’ Marzu 2016

JJF Damian, nixtieqek tfiehemna pass pass ir-ritratti li ħa nuruk. Fl-ewwel tnejn jidher tifel fuq tricycle u tifel bl-uniformi tal-iskola. Min huma dawn?
JJF: - Damian, nixtieqek tfiehemna pass pass ir-ritratti li ħa nuruk. Fl-ewwel tnejn jidher tifel fuq tricycle u tifel bl-uniformi tal-iskola. Min huma dawn?

DAMIAN It-tnejn Francis dawk.
DAMIAN: - It-tnejn Francis dawk.

JJF It-tnejn Francis. Fejn kien imur skola missierek?
JJF: - It-tnejn Francis. Fejn kien imur skola missierek?

DAMIAN Ħad-Dingli meta kien zgħir. Primary nimmaġina Ħad-Dingli. Wara l-gwerra imbagħad marru r-Rabat, qisu fil-45, 46...
DAMIAN: - Ħad-Dingli meta kien zgħir. Primary nimmaġina Ħad-Dingli. Wara l-gwerra imbagħad marru r-Rabat, qisu fil-45, 46...

JJF Imma tfulitu għaddiha Ħad-Dingli.
JJF: - Imma tfulitu għaddiha Ħad-Dingli.

DAMIAN Iva, Ħad-Dingli.
DAMIAN: - Iva, Ħad-Dingli.

JJF Ħad-Dingli nimmaġina ħafna differenti mil-lum, hux hekk?
JJF: - Ħad-Dingli nimmaġina ħafna differenti mil-lum, hux hekk?

DAMIAN Fil-fatt in-nanna kienet, ommu kienet…
DAMIAN: - Fil-fatt in-nanna kienet, ommu kienet…

JJF Bdiewa kienu?
JJF: - Bdiewa kienu?

DAMIAN No, kienu... missieru Ġużè kien surmast hemmhekk u ommu wkoll teacher kienet, one of the first
DAMIAN: - No, kienu... missieru Ġużè kien surmast hemmhekk u ommu wkoll teacher kienet, one of the first

JJF Imma jiġifieri, orrajt, in-nanniet tiegħu kellhom xi storja ta' bdiewa?
JJF: - Imma jiġifieri, orrajt, in-nanniet tiegħu kellhom xi storja ta' bdiewa?

DAMIAN L-ancestors bdiewa kienu jiġifieri, kellhom il-forn, kellhom il-ħanut tal-inbid, kellhom il-ħanut tat-tè...
DAMIAN: - L-ancestors bdiewa kienu jiġifieri, kellhom il-forn, kellhom il-ħanut tal-inbid, kellhom il-ħanut tat-tè...

JJF Nimmaġina kienu uniċi f'Ħad-Dingli.
JJF: - Nimmaġina kienu uniċi f'Ħad-Dingli.

DAMIAN Allura fil-gwerra kienu bgħatu n-nies min-naħa ta' Bormla u l-Belt u hekk..
DAMIAN: - Allura fil-gwerra kienu bgħatu n-nies min-naħa ta' Bormla u l-Belt u hekk..

JJF Refuġjati?
JJF: - Refuġjati?

DAMIAN   Refuġjati! U n-nanna kienet speċi tieħu ħsieb il-Victory Ktchen ta' Ħad-Dingli.
DAMIAN: -    Refuġjati! U n-nanna kienet speċi tieħu ħsieb il-Victory Ktchen ta' Ħad-Dingli.

JJF Tajjeb.
JJF: - Tajjeb.

DAMIAN Jiġifieri kien hemm dik l-atmosfera tar-Rabat.
DAMIAN: - Jiġifieri kien hemm dik l-atmosfera tar-Rabat.

JJF Xi jgħid fuq tfulitu? Kien imqareb? Kien kwiet?
JJF: - Xi jgħid fuq tfulitu? Kien imqareb? Kien kwiet?

DAMIAN Ifhimni... kwiet ma naħsibx li kien. Per eżempju z-ziju Kelinu, ħuh, niftakar dawk kienu joqgħodu jiġru bil-pram, per eżempju kien għadu żgħiru jiġru bil-pram. U dak biex titla' Ħad-Dingli hemm qisha daqsxejn ta' telgħa. Allura kienu joqgħodu, imorru sa fit-telgħa u jitilquh.
DAMIAN: - Ifhimni... kwiet ma naħsibx li kien. Per eżempju z-ziju Kelinu, ħuh, niftakar dawk kienu joqgħodu jiġru bil-pram, per eżempju kien għadu żgħiru jiġru bil-pram. U dak biex titla' Ħad-Dingli hemm qisha daqsxejn ta' telgħa. Allura kienu joqgħodu, imorru sa fit-telgħa u jitilquh.

JJF Lil Francis?
JJF: - Lil Francis?

DAMIAN Lil Kelinu, Francis kien jitilqu...
DAMIAN: - Lil Kelinu, Francis kien jitilqu...

JJF Francis kien il-kbir.
JJF: - Francis kien il-kbir.

DAMIAN Iżgur. Allura jiġifieri he used to get up to... praspar. Bħalissa offhand... issa jekk niftakar xi ħaġa, imma
DAMIAN: - Iżgur. Allura jiġifieri he used to get up to... praspar. Bħalissa offhand... issa jekk niftakar xi ħaġa, imma

JJF Nilħqu ngħaddu għal ritratti ieħor?
JJF: - Nilħqu ngħaddu għal ritratti ieħor?

DAMIAN Iva, iva... hawn hekk naħseb... ehe
DAMIAN: - Iva, iva... hawn hekk naħseb... ehe

JJF Hawnhekk qegħdin naraw lil Francis biċ-ċoff bejn żewġ studenti. Joey Ellul u Thomas Roberts. Thomas Roberts jidhirli li xi darba kien... ġieli smajt bih, jew kien xi kunsillier xi mkien... Għidilna minn fejn dak.
JJF: - Hawnhekk qegħdin naraw lil Francis biċ-ċoff bejn żewġ studenti. Joey Ellul u Thomas Roberts. Thomas Roberts jidhirli li xi darba kien... ġieli smajt bih, jew kien xi kunsillier xi mkien... Għidilna minn fejn dak.

DAMIAN Jien nimmaġina li hawnhekk jew is-Siġġiewi jew iż-Żurrieq,, imma naħseb...
DAMIAN: - Jien nimmaġina li hawnhekk jew is-Siġġiewi jew iż-Żurrieq,, imma naħseb...

JJF Meta kien surmast jiġifieri
JJF: - Meta kien surmast jiġifieri

DAMIAN Naħseb hawnhekk surmast qiegħed, iva.
DAMIAN: - Naħseb hawnhekk surmast qiegħed, iva.

JJF Diploma winners in international drawing competition, jiġifieri hemmhekk kienet diġa hemm xi ħaġa relatata...
JJF: - Diploma winners in international drawing competition, jiġifieri hemmhekk kienet diġa hemm xi ħaġa relatata...

DAMIAN Ħa ngħidlek, hu per eżempju qabel ma beda jikteb għar-radio u x'naf jien, ix-xewqa tiegħu hu li jkun pittur.
DAMIAN: - Ħa ngħidlek, hu per eżempju qabel ma beda jikteb għar-radio u x'naf jien, ix-xewqa tiegħu hu li jkun pittur.

JJF Qabel ma beda jikteb?
JJF: - Qabel ma beda jikteb?

DAMIAN Qabel ma beda jikteb bis-serjeta, almenu hu minn dejjem kien qisu jikteb u hekk, imma qabel kien iktar id-dream tiegħu, il-ħolma tiegħu kienet li jkun fl-arti viżiva, ħa ngħid hekk. Imbagħad ma nafx forsi dak iż-żminijiet ma nafx kienu l-affarijiet differenti
DAMIAN: - Qabel ma beda jikteb bis-serjeta, almenu hu minn dejjem kien qisu jikteb u hekk, imma qabel kien iktar id-dream tiegħu, il-ħolma tiegħu kienet li jkun fl-arti viżiva, ħa ngħid hekk. Imbagħad ma nafx forsi dak iż-żminijiet ma nafx kienu l-affarijiet differenti

JJF Lanqas bħala għalliem ma kienet l-ewwel ħajra tiegħu, hux hekk?
JJF: - Lanqas bħala għalliem ma kienet l-ewwel ħajra tiegħu, hux hekk?

DAMIAN Fil-fatt l-ewwel ma ried jagħmel kienet il-mediċina, għal tabib. Imbagħad għamel xi sena għandujkun, lanqas naf kemm eżatt u nduna li ma kienetx il-linja tiegħu, forsi ma kellux il-dan hawn...
DAMIAN: - Fil-fatt l-ewwel ma ried jagħmel kienet il-mediċina, għal tabib. Imbagħad għamel xi sena għandujkun, lanqas naf kemm eżatt u nduna li ma kienetx il-linja tiegħu, forsi ma kellux il-dan hawn...

JJF Imbagħad mill-mediċina spiċċa traduttur. Hux hekk? Fejn kien mar traduttur?
JJF: - Imbagħad mill-mediċina spiċċa traduttur. Hux hekk? Fejn kien mar traduttur?

DAMIAN Fil-gwerra kienu ħaduh mal-Ingliżi Tripoli l-Libja. Issa kien hemm xi ħadd dan l-aħħar qal li dak kien intilef fid-deżert, missieri, smajtha minn xi mkien din. Jien minix ċert. Qatt ma smajtu jgħidha. Naf li kien jgħid li jaqlu l-bajd fuq il-jeeps, fuq il-bonnet tal-jeep...
DAMIAN: - Fil-gwerra kienu ħaduh mal-Ingliżi Tripoli l-Libja. Issa kien hemm xi ħadd dan l-aħħar qal li dak kien intilef fid-deżert, missieri, smajtha minn xi mkien din. Jien minix ċert. Qatt ma smajtu jgħidha. Naf li kien jgħid li jaqlu l-bajd fuq il-jeeps, fuq il-bonnet tal-jeep...

JJF bis-sħana
JJF: - bis-sħana

DAMIAN Kien jgħid, per eżempju, l-Ingliżi ma kienux iħobbu l-laħam tal-ġemel għax kien ikun iebes, kien ikun xieref ħafna. Kien jgħidilhom "Ġibuh 'l hawn fil-platt tiegħi" u jiekol kemm jiflaħ. Iva jiekol kien! Fil-fatt jidher kemm kien jiekol. Pero kien għamel żmien hemm, x'jgħidulha dik? Tripoli interpreter għat-Taljani, għall-priġunieri Taljani. Kienu jaqbdu l-priġunieri Taljani s-suldati, jagħmlu l-interrogazzjoni u kien jagħmlilhom it-translation hu. Fil-fatt għandu ktieb l-ewwel kien semmieh The Interrogation imbagħad dawwarha u semmieha Requiem for a Malta Fascist. Dik oriġinarjament kienet The Interrogation
DAMIAN: - Kien jgħid, per eżempju, l-Ingliżi ma kienux iħobbu l-laħam tal-ġemel għax kien ikun iebes, kien ikun xieref ħafna. Kien jgħidilhom "Ġibuh 'l hawn fil-platt tiegħi" u jiekol kemm jiflaħ. Iva jiekol kien! Fil-fatt jidher kemm kien jiekol. Pero kien għamel żmien hemm, x'jgħidulha dik? Tripoli interpreter għat-Taljani, għall-priġunieri Taljani. Kienu jaqbdu l-priġunieri Taljani s-suldati, jagħmlu l-interrogazzjoni u kien jagħmlilhom it-translation hu. Fil-fatt għandu ktieb l-ewwel kien semmieh The Interrogation imbagħad dawwarha u semmieha Requiem for a Malta Fascist. Dik oriġinarjament kienet The Interrogation

JJF Xorta hemm it-Taljani mdaħħlin
JJF: - Xorta hemm it-Taljani mdaħħlin

DAMIAN Hemm il-faxxisti ta' Malta, l-Axis insomma
DAMIAN: - Hemm il-faxxisti ta' Malta, l-Axis insomma

JJF Ma nafux l-avventura tiegħu fid-deżert ħarġitx f'Sarid, il-Mediterranjetà imma nsomma nitkellmu fuq dik aktar tard.  Tridx ngħaddu għal ritratt ieħor?
JJF: - Ma nafux l-avventura tiegħu fid-deżert ħarġitx f'Sarid, il-Mediterranjetà imma nsomma nitkellmu fuq dik aktar tard.  Tridx ngħaddu għal ritratt ieħor?

DAMIAN Hawnhekk naħseb qiegħed... l-istudjo tat-televixin. Hekk jidher. Naħseb hawnhekk kellu xi 45, għax dik il-qmis niftakarha. Dik kienet sewda. Naħseb hawn kellu xi 45 jew 50 ... jew anki iżgħar. Jista' jkun iżgħar.
DAMIAN: - Hawnhekk naħseb qiegħed... l-istudjo tat-televixin. Hekk jidher. Naħseb hawnhekk kellu xi 45, għax dik il-qmis niftakarha. Dik kienet sewda. Naħseb hawn kellu xi 45 jew 50 ... jew anki iżgħar. Jista' jkun iżgħar.

JJF Ngħaddu għal ieħor? Hawnhekk qegħdin narawh mal-istess persuna, żewġ ritratti
JJF: - Ngħaddu għal ieħor? Hawnhekk qegħdin narawh mal-istess persuna, żewġ ritratti

DAMIAN Ma' Mario Philip Azzopardi
DAMIAN: - Ma' Mario Philip Azzopardi

JJF Ma' Mario Philip ħadem biss televixin? għax f'ritratt minnhom qed narawh ma' kamera, kamera li llum lanqas għadek issib bħalha.
JJF: - Ma' Mario Philip ħadem biss televixin? għax f'ritratt minnhom qed narawh ma' kamera, kamera li llum lanqas għadek issib bħalha.

DAMIAN Dak televixin naħseb żgur, hux hekk?
DAMIAN: - Dak televixin naħseb żgur, hux hekk?

JJF Ġieli ħadem teatru miegħu?
JJF: - Ġieli ħadem teatru miegħu?

DAMIAN M'inix ċert ngħidlek offhand... li qed ninnota l-bell bottoms. Dan niftakar kien blu dal-qalziet, niftakru...
DAMIAN: - M'inix ċert ngħidlek offhand... li qed ninnota l-bell bottoms. Dan niftakar kien blu dal-qalziet, niftakru...

JJF Ngħaddu għal ritratt ieħor?
JJF: - Ngħaddu għal ritratt ieħor?

DAMIAN Hawnhekk qisu l-Imtaħleb, iva... x'nistgħu ngħidu?
DAMIAN: - Hawnhekk qisu l-Imtaħleb, iva... x'nistgħu ngħidu?

JJF Kien gustuż missierek...
JJF: - Kien gustuż missierek...

DAMIAN Hekk naħseb jiena wkoll, mhux jienh biss naħseb. Baqgħu jgħiduli n-nies, jiġifieri, speċjalment... kulħadd insomma
DAMIAN: - Hekk naħseb jiena wkoll, mhux jienh biss naħseb. Baqgħu jgħiduli n-nies, jiġifieri, speċjalment... kulħadd insomma

JJF Naħseb għal żmienu, għan-nies tat-teatru kien...
JJF: - Naħseb għal żmienu, għan-nies tat-teatru kien...

DAMIAN Kellu ċertu image. Hu kien jieħu ħsiebu l-image tiegħu.
DAMIAN: - Kellu ċertu image. Hu kien jieħu ħsiebu l-image tiegħu.

JJF Kien vanituż?
JJF: - Kien vanituż?

DAMIAN Mhux tipo vanituż...
DAMIAN: - Mhux tipo vanituż...

JJF Ismagħni, inti s'issa f'dil-intervista, l-unika ħaġa li għidthieli għal darba darbtejn hu x'kulur kien il-qalziet u l-kulur kienet il-qmis, jiġifieri naħseb anki inti kienet xi ħaġa li kont tinnota
JJF: - Ismagħni, inti s'issa f'dil-intervista, l-unika ħaġa li għidthieli għal darba darbtejn hu x'kulur kien il-qalziet u l-kulur kienet il-qmis, jiġifieri naħseb anki inti kienet xi ħaġa li kont tinnota

DAMIAN Le, tinnota hux! Ma naħsibx li... iktar qisu ried joħloq ċertu image... Kif naqbad ngħid? Qisu apparti minn kulħadd, qisu differenti...
DAMIAN: - Le, tinnota hux! Ma naħsibx li... iktar qisu ried joħloq ċertu image... Kif naqbad ngħid? Qisu apparti minn kulħadd, qisu differenti...

JJF He was the person to look up to
JJF: - He was the person to look up to

DAMIAN Jien naħseb, għax hu qabel ma laħaq Head Teacher kien mar xi sitt xhur? Ma nafx kemm eżatt, l-Amerika, Maryland...
DAMIAN: - Jien naħseb, għax hu qabel ma laħaq Head Teacher kien mar xi sitt xhur? Ma nafx kemm eżatt, l-Amerika, Maryland...

JJF Tal-Fulbright?
JJF: - Tal-Fulbright?

DAMIAN Tal-Fulbright. U naħseb hemmhekk kien hemm xi esperjenzi li naħseb imbagħad, għal dawk iż-żminijiet speċi... jien sibtlu karta milli għandu hemmhekk, kien għamel nota "Shall I take DAMIAN and Pat to America, and leave Malta? Din miktuba qiegħda xi mkien.
DAMIAN: - Tal-Fulbright. U naħseb hemmhekk kien hemm xi esperjenzi li naħseb imbagħad, għal dawk iż-żminijiet speċi... jien sibtlu karta milli għandu hemmhekk, kien għamel nota "Shall I take DAMIAN: -  and Pat to America, and leave Malta? Din miktuba qiegħda xi mkien.

JJF U qiegħda għandek?
JJF: - U qiegħda għandek?

DAMIAN Xi mkien hemm. Issa fejn qiegħda ezatt ma nafx...
DAMIAN: - Xi mkien hemm. Issa fejn qiegħda ezatt ma nafx...

JJF Jiġifieri kellu ħsieb illi jerġa' jibda ħajja ġdida...
JJF: - Jiġifieri kellu ħsieb illi jerġa' jibda ħajja ġdida...

DAMIAN U dak kiteb hekk, kien early 1960's, bilfors għax jien 1961 twelidt, jiġifieri... u ommi mietet fis-63, jiġifieri between those dates kien il-ħsieb li jitlaq minn Malta u jmur l-Amerika.
DAMIAN: - U dak kiteb hekk, kien early 1960's, bilfors għax jien 1961 twelidt, jiġifieri... u ommi mietet fis-63, jiġifieri between those dates kien il-ħsieb li jitlaq minn Malta u jmur l-Amerika.

JJF Ommok kien jisimha Pat...
JJF: - Ommok kien jisimha Pat...

DAMIAN Patricia...
DAMIAN: - Patricia...

JJF Ma tiftakar xejn minnha...
JJF: - Ma tiftakar xejn minnha...

DAMIAN Le, le xejn.
DAMIAN: - Le, le xejn.

JJF Kien isemmiha Francis?
JJF: - Kien isemmiha Francis?

DAMIAN Iva. Hu kien jgħid li kienet l-unika mara li qatt ħabb. Hekk kien jgħid
DAMIAN: - Iva. Hu kien jgħid li kienet l-unika mara li qatt ħabb. Hekk kien jgħid

JJF Kunjomha?
JJF: - Kunjomha?

DAMIAN Johnson. Imbagħad kellha tmur l-Ingilterra...
DAMIAN: - Johnson. Imbagħad kellha tmur l-Ingilterra...

JJF Jiġifieri meta kienu flimkien, kienu hawn Malta?
JJF: - Jiġifieri meta kienu flimkien, kienu hawn Malta?

DAMIAN Hawn Malta! Għax hi kienet very talented ommi. Kienet concert pianist. Kienet fil-lifeguards ta' Weston-super-Mare għax hemmhekk tiġi mill-kosta opposite Wales.
DAMIAN: - Hawn Malta! Għax hi kienet very talented ommi. Kienet concert pianist. Kienet fil-lifeguards ta' Weston-super-Mare għax hemmhekk tiġi mill-kosta opposite Wales.

JJF F'liema belt? qed ngħidu?
JJF: - F'liema belt? qed ngħidu?

DAMIAN Weston-super-Mare, Somerset. Le, kienet talented u kellha problemi b'daharha imbagħad u kellha daqsxejn ażma u t-tobba kienu qalulha biex isibu xi mkien warm and dry u ommha u missierha ġabuha hawn Malta.  
DAMIAN: - Weston-super-Mare, Somerset. Le, kienet talented u kellha problemi b'daharha imbagħad u kellha daqsxejn ażma u t-tobba kienu qalulha biex isibu xi mkien warm and dry u ommha u missierha ġabuha hawn Malta.  

JJF Kien għadha ma tafx lil Francis.
JJF: - Kien għadha ma tafx lil Francis.

DAMIAN Le. Dan iż-żmien kien colony tal-Ingliżi jiġifieri l-Ingliżżi kienu jiġu hawn ħafna. Imbagħad iltaqgħet miegħu hawn hekk jew viċi versa. U jidhirli li l-ewwel darba li ratu, hekk kien qalli, kien hemm xi wirja ta' xi pittura, ma nafx ta' min kienu, kien mar hu u kienu marru huma u ratu hemm l-ewwel darba. Hemmhekk iltaqgħu l-ewwel darba, ġo wirja tal-pittura.
DAMIAN: - Le. Dan iż-żmien kien colony tal-Ingliżi jiġifieri l-Ingliżżi kienu jiġu hawn ħafna. Imbagħad iltaqgħet miegħu hawn hekk jew viċi versa. U jidhirli li l-ewwel darba li ratu, hekk kien qalli, kien hemm xi wirja ta' xi pittura, ma nafx ta' min kienu, kien mar hu u kienu marru huma u ratu hemm l-ewwel darba. Hemmhekk iltaqgħu l-ewwel darba, ġo wirja tal-pittura.

JJF Dejjem kien hemm il-pittura fin-nofs.
JJF: - Dejjem kien hemm il-pittura fin-nofs.

DAMIAN Istra tiskanta. Taf li issa ġietni f'moħħi din? Tiskanta veru! Anyway imbagħad kellha terġa' tmur l-Ingilterra imma hu... hawn Malta dak iż-żmien kien daqsxejn differenti. Dik per eżempju darba kien, mhux hu qalli... ommha... għax in-nanna baqgħet ħajja sakemm kellha xi 95, in-nanna Aidlene, ommha. Qaltli "Anywhere in Malta, qaltli, waqafna xi mkien is-Siġġiewi, morna kien hemm wieħed qed ibiegħ il-bajtar tax-xewk u xi larinġ u lumi, waqafna biex nixtru u ħarġet omm biex tixtri u kellha speċi summer dress, biċ-ċingi tas-sajf. Ħarġu n-nies mid-dar bix-xalla u marru jgħattuha. Ara naqra jiġifieri, aħna qed nitkellmu mhux xi mijiet ta' snin ilu! fis-60's, early 60's. U marru jgħattulha daharha, is-Siġġiewi. Allura kienet diffiċli għalihom...
DAMIAN: - Istra tiskanta. Taf li issa ġietni f'moħħi din? Tiskanta veru! Anyway imbagħad kellha terġa' tmur l-Ingilterra imma hu... hawn Malta dak iż-żmien kien daqsxejn differenti. Dik per eżempju darba kien, mhux hu qalli... ommha... għax in-nanna baqgħet ħajja sakemm kellha xi 95, in-nanna Aidlene, ommha. Qaltli "Anywhere in Malta, qaltli, waqafna xi mkien is-Siġġiewi, morna kien hemm wieħed qed ibiegħ il-bajtar tax-xewk u xi larinġ u lumi, waqafna biex nixtru u ħarġet omm biex tixtri u kellha speċi summer dress, biċ-ċingi tas-sajf. Ħarġu n-nies mid-dar bix-xalla u marru jgħattuha. Ara naqra jiġifieri, aħna qed nitkellmu mhux xi mijiet ta' snin ilu! fis-60's, early 60's. U marru jgħattulha daharha, is-Siġġiewi. Allura kienet diffiċli għalihom...

JJF Jiġifieri int ma tiftakarha xejn lil ommok għax kellek sentejn.
JJF: - Jiġifieri int ma tiftakarha xejn lil ommok għax kellek sentejn.

DAMIAN Le, le. Xejn.
DAMIAN: - Le, le. Xejn.

JJF Imma x'inhi l-konnessjoni tiegħek mal-Ingilterra, apparti ommok?
JJF: - Imma x'inhi l-konnessjoni tiegħek mal-Ingilterra, apparti ommok?

DAMIAN Għax imbagħad hemm ħutha, kien hemm ħutha, z-zija Paula, z-zija Briney...
DAMIAN: - Għax imbagħad hemm ħutha, kien hemm ħutha, z-zija Paula, z-zija Briney...

JJF Huma ltaqgħu Malta. Meta twelidt inti, kont l-Ingilterra...
JJF: - Huma ltaqgħu Malta. Meta twelidt inti, kont l-Ingilterra...

DAMIAN Jien twelidt l-Ingilterra, ehe.  
DAMIAN: - Jien twelidt l-Ingilterra, ehe.  

JJF U għext l-Ingilterra l-ewwel snin.
JJF: - U għext l-Ingilterra l-ewwel snin.

DAMIAN L-ewwel 4 snin. Imbagħad għamilt sena l-Awstralja imma li ġara, ommi bdiet tħossha mhux tajjeb, wara li twelidt jien, u meta qisu kelli sena u nofs, kien hemm oħt missieri jgħixu Leeds, kiemet iżżewġet raġel Ingliż, Peter Baiuley, u Nina, oħtu, kienu joqgħodu Leeds. U ftehmu, bejn maħseb kuntatt ma' missieri, għax missieri kien tela' jaraha. Fil-fatt qagħad għandhom, għand il-ġenituri tagħhom. Ftehmujew għax sjhe couldn't handle... għax kienet għadha żgħira. Kemm kellha 24? 23, 24? U ftehmu li niġi adopted miz-zija... u ġara hekk , mort ngħix maz-zija, kien hemm tfal tagħhom żewġ kuġini... wieħed Mark u Godfrey, jgħixu hawn Malta. Anyway u sadattant, wara ftit kienet mietet ommi u wara ftit emigraw... Peter Bailey u Nina emigraw L-awstralja. Dak iż-żmien kien hemm ħafna Ingliżi fis-60's.  
DAMIAN: - L-ewwel 4 snin. Imbagħad għamilt sena l-Awstralja imma li ġara, ommi bdiet tħossha mhux tajjeb, wara li twelidt jien, u meta qisu kelli sena u nofs, kien hemm oħt missieri jgħixu Leeds, kiemet iżżewġet raġel Ingliż, Peter Baiuley, u Nina, oħtu, kienu joqgħodu Leeds. U ftehmu, bejn maħseb kuntatt ma' missieri, għax missieri kien tela' jaraha. Fil-fatt qagħad għandhom, għand il-ġenituri tagħhom. Ftehmujew għax sjhe couldn't handle... għax kienet għadha żgħira. Kemm kellha 24? 23, 24? U ftehmu li niġi adopted miz-zija... u ġara hekk , mort ngħix maz-zija, kien hemm tfal tagħhom żewġ kuġini... wieħed Mark u Godfrey, jgħixu hawn Malta. Anyway u sadattant, wara ftit kienet mietet ommi u wara ftit emigraw... Peter Bailey u Nina emigraw L-awstralja. Dak iż-żmien kien hemm ħafna Ingliżi fis-60's.  

JJF Jiġifieri Peter kien Ingliż u Nina, bla dubju, Maltija... oħt Francis
JJF: - Jiġifieri Peter kien Ingliż u Nina, bla dubju, Maltija... oħt Francis

DAMIAN Iva, u ppruvaw jagħmlu ħajja l-Awstralja, Sydney... għandi memorji fleeting... per eżempju tal-ferry qed naqsmu l-harbour ta' Sydney... dik niftakarha. Affarijiet hekk... il-flat... pero Nina ma setgħetx tistikkja hemm u minn hawn u minn hemm wara sena telqu minn hemm u ġejna Malta... u ġejna Malta bil-vapur, jiġifieri... domna ġejjin.
DAMIAN: - Iva, u ppruvaw jagħmlu ħajja l-Awstralja, Sydney... għandi memorji fleeting... per eżempju tal-ferry qed naqsmu l-harbour ta' Sydney... dik niftakarha. Affarijiet hekk... il-flat... pero Nina ma setgħetx tistikkja hemm u minn hawn u minn hemm wara sena telqu minn hemm u ġejna Malta... u ġejna Malta bil-vapur, jiġifieri... domna ġejjin.

JJF Ejja nkomplu bir-ritratti imbagħad inkomplu din l-istorja wara... Hawnhekk qegħdin naraw lil Francis fi 3 istanti differenti jiġi ppremjat.
JJF: - Ejja nkomplu bir-ritratti imbagħad inkomplu din l-istorja wara... Hawnhekk qegħdin naraw lil Francis fi 3 istanti differenti jiġi ppremjat.

DAMIAN Dan la naf ic-Cheyney Award... u dan Best producer x'kien?
DAMIAN: - Dan la naf ic-Cheyney Award... u dan Best producer x'kien?

JJF Dak tal-Manoel Theatre... u dak ta' Avignon hux... kien rebaħ La Medaille d'Honeur tal-belt ta' Avignon...
JJF: - Dak tal-Manoel Theatre... u dak ta' Avignon hux... kien rebaħ La Medaille d'Honeur tal-belt ta' Avignon...

DAMIAN Iva, u dik is-sindku, il-mara, u r-raġel huwa Profs Georges Barthouil. Kien akkademiku u għamel studju fuq ix-xogħol ta' Francis, imbagħad kien għamillu translation ta' Summer Holidays, Vaganzi tas-Sajf u saru jafu ħafna lil xulxin, kienu ħbieb ħafna sew u kien ipinġi dak ukoll, fil-fatt għandi portrait tiegħu qisu tipo grottesk il-portrait li kien jagħmel. Għadu għandi dak...
DAMIAN: - Iva, u dik is-sindku, il-mara, u r-raġel huwa Profs Georges Barthouil. Kien akkademiku u għamel studju fuq ix-xogħol ta' Francis, imbagħad kien għamillu translation ta' Summer Holidays, Vaganzi tas-Sajf u saru jafu ħafna lil xulxin, kienu ħbieb ħafna sew u kien ipinġi dak ukoll, fil-fatt għandi portrait tiegħu qisu tipo grottesk il-portrait li kien jagħmel. Għadu għandi dak...

JJF Immorru għal ritratt ieħor? Dan ritratt interessanti, qed naraw lil Francis bid-daqna qed tibjad, ma nafx hux make-up jew vera...
JJF: - Immorru għal ritratt ieħor? Dan ritratt interessanti, qed naraw lil Francis bid-daqna qed tibjad, ma nafx hux make-up jew vera...

DAMIAN Le, make-up...
DAMIAN: - Le, make-up...

JJF ... u medaljun kbir... Għidilna...
JJF: - ... u medaljun kbir... Għidilna...

DAMIAN Dak meta ħadem il-parti ta' Sarid, fis-Sejħa ta' Sarid għat-televixin...
DAMIAN: - Dak meta ħadem il-parti ta' Sarid, fis-Sejħa ta' Sarid għat-televixin...

JJF Play li kiteb hu stess...
JJF: - Play li kiteb hu stess...

DAMIAN Teledramm... u kif qed ngħidu, dik il-medalja ġibniha hawn biex nuruha naqra... Niftakar meta kienu għamlulu l-make up hekk, bid-daqna, kien tela' r-Rabat, għax jien hemm kont noqgħod, għand in-nanna, u kien baqa' bih u ġie hemm bid-daqna... dħakna naqra rajnieh hekk. Pero ħa ngħidlek, il-medalja, il-ġiżirana bil-medallion, kien baqa' jilbisha xorta. Jiġifieri mhux... dik baqa' jilbisha xorta, imma taħt il-qmis, mhux speċi quddiem il-qmis jew hekk...
DAMIAN: - Teledramm... u kif qed ngħidu, dik il-medalja ġibniha hawn biex nuruha naqra... Niftakar meta kienu għamlulu l-make up hekk, bid-daqna, kien tela' r-Rabat, għax jien hemm kont noqgħod, għand in-nanna, u kien baqa' bih u ġie hemm bid-daqna... dħakna naqra rajnieh hekk. Pero ħa ngħidlek, il-medalja, il-ġiżirana bil-medallion, kien baqa' jilbisha xorta. Jiġifieri mhux... dik baqa' jilbisha xorta, imma taħt il-qmis, mhux speċi quddiem il-qmis jew hekk...

JJF Kienet xi ħaġa sentimentali għalih jew ġiet għandu għax riedha għall-play?
JJF: - Kienet xi ħaġa sentimentali għalih jew ġiet għandu għax riedha għall-play?

DAMIAN Ma nafx, jien naħseb jew tagħtulu xi ħadd, għax ma nistax qisni nimmaġinah imur jixtri hekk...
DAMIAN: - Ma nafx, jien naħseb jew tagħtulu xi ħadd, għax ma nistax qisni nimmaġinah imur jixtri hekk...

JJF Għax m'għandha x'taqsam xejn mal-play, hux hekk.
JJF: - Għax m'għandha x'taqsam xejn mal-play, hux hekk.

DAMIAN Le, m'għandhiex x'taqsam mal-play as such, just, mhux prop, imma part of the costume tal-play
DAMIAN: - Le, m'għandhiex x'taqsam mal-play as such, just, mhux prop, imma part of the costume tal-play

JJF Immorru għal ritratt ieħor?
JJF: - Immorru għal ritratt ieħor?

DAMIAN Hawnhekk kien l-uffiċċju, l-Allies Bar, Tas-Sliema x-Xatt. Hawnhekk, per eżempju, għall-ħabta ta' nofsinhar, jekk trid tkellem lil Francis, toqgħod hemm tieħu kafe...
DAMIAN: - Hawnhekk kien l-uffiċċju, l-Allies Bar, Tas-Sliema x-Xatt. Hawnhekk, per eżempju, għall-ħabta ta' nofsinhar, jekk trid tkellem lil Francis, toqgħod hemm tieħu kafe...

JJF Hu kien joqgħod Tas-Sliema?
JJF: - Hu kien joqgħod Tas-Sliema?

DAMIAN Le, kien joqgħod is-Swieqi, mis-70's 'l hemm. Allura hemmhekk kien jinżel daqsxejn hemm, jipparkja quddiemu ġeneralment u l-Allies Bar, tal-ħanut, kien jismu Frans ukoll. Niftakru. Dak kellu inċident veru ikrah, tal-ħanut. Dak kien daħallu wieħed kien għadu ħiereġ mill-asylum, u ħabar għalih bis-sikkina u għamillu farrett ġo wiċċu, niftakru...
DAMIAN: - Le, kien joqgħod is-Swieqi, mis-70's 'l hemm. Allura hemmhekk kien jinżel daqsxejn hemm, jipparkja quddiemu ġeneralment u l-Allies Bar, tal-ħanut, kien jismu Frans ukoll. Niftakru. Dak kellu inċident veru ikrah, tal-ħanut. Dak kien daħallu wieħed kien għadu ħiereġ mill-asylum, u ħabar għalih bis-sikkina u għamillu farrett ġo wiċċu, niftakru...

JJF Meta nitkellmu fuq Francis Ebejer u l-Allies Bar niftakru f'personaġġ ieħor importanti. Ma' min kien iħobb jiltaqa' hemmhekk?
JJF: - Meta nitkellmu fuq Francis Ebejer u l-Allies Bar niftakru f'personaġġ ieħor importanti. Ma' min kien iħobb jiltaqa' hemmhekk?

DAMIAN Ma' Maurice Tanti Burlò.
DAMIAN: - Ma' Maurice Tanti Burlò.

JJF X'kien ifisser għalih f'ħajtu?
JJF: - X'kien ifisser għalih f'ħajtu?

DAMIAN Kienu ħadmu flimkien u kienu ħafna close. Naħseb kien jiftaħ ħafna qalbu ma' Maurice. Jien lil Maurice ftit nafu għax bħala bniedem kien kwiet, quite reserved, narah jien, niftakru. Kellhom rispett kbir lejn xulxin...
DAMIAN: - Kienu ħadmu flimkien u kienu ħafna close. Naħseb kien jiftaħ ħafna qalbu ma' Maurice. Jien lil Maurice ftit nafu għax bħala bniedem kien kwiet, quite reserved, narah jien, niftakru. Kellhom rispett kbir lejn xulxin...

JJF Missierek ma kienx riservat?
JJF: - Missierek ma kienx riservat?

DAMIAN Ma tantx, ifhimni, ma kienx storbjuż, I mean, ġieli forsi morna nieklu xi mkien imbagħad... għax hu conversation kien iħobbha. Rari imur ġo xi mkien u ma jitkellem ma' ħadd. Kien great conversationalist, jiġifieri, ma kienx storbjuż lanqas, imma Maurice kien tipo, anki leħnu speċi baxx... sort of low tone. Francis kien iktar flamboyant
DAMIAN: - Ma tantx, ifhimni, ma kienx storbjuż, I mean, ġieli forsi morna nieklu xi mkien imbagħad... għax hu conversation kien iħobbha. Rari imur ġo xi mkien u ma jitkellem ma' ħadd. Kien great conversationalist, jiġifieri, ma kienx storbjuż lanqas, imma Maurice kien tipo, anki leħnu speċi baxx... sort of low tone. Francis kien iktar flamboyant

JJF Qed ninnota f'dar-ritratt u meta nimmaġinah f'xi konversazzjoni li qed issemmi inti... is-sigarru f'idu.
JJF: - Qed ninnota f'dar-ritratt u meta nimmaġinah f'xi konversazzjoni li qed issemmi inti... is-sigarru f'idu.

DAMIAN Iva, dak iċ-ċurkett, dak kien qisu ċappa fidda, ma nafx min kien għamilulu, mingħalija xi jeweller Svediża, kien qalli. Ċappa dan u ġiet qisha forma ta' skull. U kienet għal qalbu ħafna.
DAMIAN: - Iva, dak iċ-ċurkett, dak kien qisu ċappa fidda, ma nafx min kien għamilulu, mingħalija xi jeweller Svediża, kien qalli. Ċappa dan u ġiet qisha forma ta' skull. U kienet għal qalbu ħafna.

JJF U s-sigarru?
JJF: - U s-sigarru?

DAMIAN Is-sigarru, l-aqwa present li tista' tagħtih, jiġifieri Christmas, birthday...
DAMIAN: - Is-sigarru, l-aqwa present li tista' tagħtih, jiġifieri Christmas, birthday...

JJF Waqt konversazzjoni kien iridu s-sigarru?
JJF: - Waqt konversazzjoni kien iridu s-sigarru?

DAMIAN Iva mela! Jien ma anfx x'kien jagħmel illum kieku...
DAMIAN: - Iva mela! Jien ma anfx x'kien jagħmel illum kieku...

JJF Kien qisu parti mill-personalita tiegħu, mhux biss x'jilbes...
JJF: - Kien qisu parti mill-personalita tiegħu, mhux biss x'jilbes...

DAMIAN Ifhimni, hu kien ipejjep is-sigaretti qabel, kien ipejjep is-sigaretti, qalli kien ipejjep anki sa 60 kuljum... sigarett, imbagħad waqaf ħesrem, cold turkey, u għamel 7 years...  u joqgħod jgħidli li jekk tagħmel 7 years ma tpejjipx, il-pulmuni jerġgħu jiġu kif kienu fil-bidu./ Issa jien ma nafx...
DAMIAN: - Ifhimni, hu kien ipejjep is-sigaretti qabel, kien ipejjep is-sigaretti, qalli kien ipejjep anki sa 60 kuljum... sigarett, imbagħad waqaf ħesrem, cold turkey, u għamel 7 years...  u joqgħod jgħidli li jekk tagħmel 7 years ma tpejjipx, il-pulmuni jerġgħu jiġu kif kienu fil-bidu./ Issa jien ma nafx...

JJF Allura ħalla 7 snin imbagħad reġa' beda?
JJF: - Allura ħalla 7 snin imbagħad reġa' beda?

DAMIAN Imbagħad, l-ewwel qabad b' tal-fareftt, minn dawn tal-kaxxa ta' malta, dawk li jintnu. Imbagħad naqra naqra beda jirfina hux... Ħeqq xi rigal ta' Kuba hux...
DAMIAN: - Imbagħad, l-ewwel qabad b' tal-fareftt, minn dawn tal-kaxxa ta' malta, dawk li jintnu. Imbagħad naqra naqra beda jirfina hux... Ħeqq xi rigal ta' Kuba hux...

JJF Immorru għal ritratt ieħor? Hawn qed naraw 3 pożizzjonijiet differenti ta'  Francis. Ifakkruh f'xi ħaġa minnhom? L-iżgħar wieħed tan-nofs, hux hekk?
JJF: - Immorru għal ritratt ieħor? Hawn qed naraw 3 pożizzjonijiet differenti ta'  Francis. Ifakkruh f'xi ħaġa minnhom? L-iżgħar wieħed tan-nofs, hux hekk?

DAMIAN Iva dak l-iżgħar wieħed. Dak latest one, tal-kulur. Dan naħseb, id-dar tiegħu dawn it-tnejn, għax hemm it-tpinġija warajh u dawk ma kienux ikunu 'l hawn u 'l hemm, kienu jkunu għandu biss. U hawnhekk dik l-arkata qed nagħrafha. Dik hemm skultura ta' Gabriel ċeramika...
DAMIAN: - Iva dak l-iżgħar wieħed. Dak latest one, tal-kulur. Dan naħseb, id-dar tiegħu dawn it-tnejn, għax hemm it-tpinġija warajh u dawk ma kienux ikunu 'l hawn u 'l hemm, kienu jkunu għandu biss. U hawnhekk dik l-arkata qed nagħrafha. Dik hemm skultura ta' Gabriel ċeramika...

JJF Li hemm fuq rasu?
JJF: - Li hemm fuq rasu?

DAMIAN Le, 'l hawnhekk... Dik kienet waqgħet u nkisret. Kienet iżżomm b'firdiferruwa u ma nafx x'ġara, waqgħet. Kien iddispjaċih... Hawn naħseb late 80's dan. u hawn nimmaġina late 50's dan.  
DAMIAN: - Le, 'l hawnhekk... Dik kienet waqgħet u nkisret. Kienet iżżomm b'firdiferruwa u ma nafx x'ġara, waqgħet. Kien iddispjaċih... Hawn naħseb late 80's dan. u hawn nimmaġina late 50's dan.  

JJF Dak tan-nofs?
JJF: - Dak tan-nofs?

DAMIAN Iva... Naħseb hawn kien għadu miżżewweġ mal-ewwel mara.  
DAMIAN: - Iva... Naħseb hawn kien għadu miżżewweġ mal-ewwel mara.  

JJF Ngħaddu għal ieħor? Anne Wilson??
JJF: - Ngħaddu għal ieħor? Anne Wilson??

DAMIAN Ma nafx, ma nafx, ħabiba tiegħu nimmaġina hux, għamlet sketch, portrait... mhux ħażin anzi... Dak qiegħed għand it-tifel tiegħi dak il-portait.
DAMIAN: - Ma nafx, ma nafx, ħabiba tiegħu nimmaġina hux, għamlet sketch, portrait... mhux ħażin anzi... Dak qiegħed għand it-tifel tiegħi dak il-portait.

JJF 1980, kemm kellu żmien dak iż-żmien? Kellu xi 55?
JJF: - 1980, kemm kellu żmien dak iż-żmien? Kellu xi 55?

DAMIAN Xi 55...
DAMIAN: - Xi 55...

JJF Ngħaddu għal ieħor? Francis jippoża...
JJF: - Ngħaddu għal ieħor? Francis jippoża...

DAMIAN Dan kien għamel xi photoshoot. Naħseb dan meta kien ħareġ A Leap of Malta Dolphins, l-Amerika, naħseb biex jagħmluh fil-fly page tal-ktieb. Ma nafx min ħadhomlu imma fl-80's ukoll dan jidhirli.
DAMIAN: - Dan kien għamel xi photoshoot. Naħseb dan meta kien ħareġ A Leap of Malta Dolphins, l-Amerika, naħseb biex jagħmluh fil-fly page tal-ktieb. Ma nafx min ħadhomlu imma fl-80's ukoll dan jidhirli.

JJF Ninnutaw il-moda, dawk l-għenuq kbar..
JJF: - Ninnutaw il-moda, dawk l-għenuq kbar..

DAMIAN Ehe... din kienet one of his favourite jackets. Dak t'hemmhekk dak jgħidulu  sear sucker jacket... ma nafx għalfejn jgħidulu hekk, imma... u dna ukoll kien iħobbu dan...
DAMIAN: - Ehe... din kienet one of his favourite jackets. Dak t'hemmhekk dak jgħidulu  sear sucker jacket... ma nafx għalfejn jgħidulu hekk, imma... u dna ukoll kien iħobbu dan...

JJF Ieħor? Meta morna tal-Mellieħa... hemmhekk qed naraw anki atturi li llum m'għadhomx magħna... Karmenu Gruppetta...
JJF: - Ieħor? Meta morna tal-Mellieħa... hemmhekk qed naraw anki atturi li llum m'għadhomx magħna... Karmenu Gruppetta...

DAMIAN Jien ma nagħrafhomx, ħa ngħid hekk...
DAMIAN: - Jien ma nagħrafhomx, ħa ngħid hekk...

JJF Qed naraw żgur lil John Suda...
JJF: - Qed naraw żgur lil John Suda...

DAMIAN Gruppetta hemm wara qiegħed, John Suda... din għandi idea min hi, imma isimha le...
DAMIAN: - Gruppetta hemm wara qiegħed, John Suda... din għandi idea min hi, imma isimha le...

JJF U dik kienet ħallietna wkoll tal-lemin. Miriam Grech, għandu jkun? Ngħaddu għal ieħor? Golden Tut... Jiġifieri dan qed naraw hawnhekk, fuq wara ta' ritratt kemm kien iħobb jorganizzahom...
JJF: - U dik kienet ħallietna wkoll tal-lemin. Miriam Grech, għandu jkun? Ngħaddu għal ieħor? Golden Tut... Jiġifieri dan qed naraw hawnhekk, fuq wara ta' ritratt kemm kien iħobb jorganizzahom...

DAMIAN Iva kien iħobb jagħmel hekk...
DAMIAN: - Iva kien iħobb jagħmel hekk...

JJF Jiġifieri hemm għandek anki left to right mhux just qabad u kiteb l-ismijiet...
JJF: - Jiġifieri hemm għandek anki left to right mhux just qabad u kiteb l-ismijiet...

DAMIAN U fil-fatt, fejn kien joqgħod fl-aħħar, kien għamel kamra minnhom. L-ispare bedrrom kien għamel kollox xkaffi u kien qagħad jagħmilhom sena sena l-affarijiet bħal cuttings, jew x'kiteb hu fil-gazzetti. Kellu files 1981, 1982, 1983... dawk kollha  qegħdin għandi. U hemm cutings ta jiġifieri... u fl-aħħar beda jikteb it-Talking Heads hux, dik is-sensiela Sunday Times u hemm miżibilju materjal tal-gazzetti, media u hekk...  
DAMIAN: - U fil-fatt, fejn kien joqgħod fl-aħħar, kien għamel kamra minnhom. L-ispare bedrrom kien għamel kollox xkaffi u kien qagħad jagħmilhom sena sena l-affarijiet bħal cuttings, jew x'kiteb hu fil-gazzetti. Kellu files 1981, 1982, 1983... dawk kollha  qegħdin għandi. U hemm cutings ta jiġifieri... u fl-aħħar beda jikteb it-Talking Heads hux, dik is-sensiela Sunday Times u hemm miżibilju materjal tal-gazzetti, media u hekk...  

JJF Ieħor?
JJF: - Ieħor?

DAMIAN Hemmhekk veru nidher fuq iż-żiemel u nidher qed nieħu pjaċir, imma ma kontx qed nieħu ojaċir... u għadni niftakar. Hemm għandu jkun Għawdex konna ma' xi ħbieb tiegħu morna.  
DAMIAN: - Hemmhekk veru nidher fuq iż-żiemel u nidher qed nieħu pjaċir, imma ma kontx qed nieħu ojaċir... u għadni niftakar. Hemm għandu jkun Għawdex konna ma' xi ħbieb tiegħu morna.  

JJF Għidli din... int ma ridtx titla' fuq iż-żiemel, imma li jgħid Francis kien jiġri?
JJF: - Għidli din... int ma ridtx titla' fuq iż-żiemel, imma li jgħid Francis kien jiġri?

DAMIAN Ifhimni... good question. Mhux ma ridtx. Xtaqt nitla' fuqu għax dak ma nafx fejn morna eżatt, imma ltaqa' ma' xi nies...
DAMIAN: - Ifhimni... good question. Mhux ma ridtx. Xtaqt nitla' fuqu għax dak ma nafx fejn morna eżatt, imma ltaqa' ma' xi nies...

JJF Imma insa' dak l-inċident, missierek iridek taghmel xi haga u int reluctant, ta' min tghaddi?
JJF: - Imma insa' dak l-inċident, missierek iridek taghmel xi haga u int reluctant, ta' min tghaddi?

DAMIAN Jiddependi kemm tkun importanti. Dik ma kienetx importanti. Kieku għidtlu le, ma kontx nitla'. Qisni ridt nitla' imma once li tlajt ħassejtni mhux komdu.
DAMIAN: - Jiddependi kemm tkun importanti. Dik ma kienetx importanti. Kieku għidtlu le, ma kontx nitla'. Qisni ridt nitla' imma once li tlajt ħassejtni mhux komdu.

JJF L-ieħor id-dar tiegħu?
JJF: - L-ieħor id-dar tiegħu?

DAMIAN Hemm Ħad-Dingli għand ħabiba tagħna, Susan Grinling. Għadha tgħix Londra. Ġieli konna mmorru nieħdu lunch għandha, naħseb 1985/86 hemm
DAMIAN: - Hemm Ħad-Dingli għand ħabiba tagħna, Susan Grinling. Għadha tgħix Londra. Ġieli konna mmorru nieħdu lunch għandha, naħseb 1985/86 hemm

JJF Ieħor?
JJF: - Ieħor?

DAMIAN Ara l-qorq! Hawn konna ma ħabiba oħra tiegħu Dingli Cliffs, photographer. Imbagħad morna l-Imdina u qalli taparsi, qed taħrab minn xi ħadd ġo sqaq l-Imdina. Jien niġri u nidħak. Imma qalli żomm mal-ħajt taparsi tant qed tiġri bil-biża'. It didn't work. Hi xorta ħadet ritratti.
DAMIAN: - Ara l-qorq! Hawn konna ma ħabiba oħra tiegħu Dingli Cliffs, photographer. Imbagħad morna l-Imdina u qalli taparsi, qed taħrab minn xi ħadd ġo sqaq l-Imdina. Jien niġri u nidħak. Imma qalli żomm mal-ħajt taparsi tant qed tiġri bil-biża'. It didn't work. Hi xorta ħadet ritratti.

JJF Int ġieli kont attur?
JJF: - Int ġieli kont attur?

DAMIAN Tefgħuni f'ħofra. Naħseb kienet ta' Venezja. Qalli ejja miegħi u ħadni l-Għadira. Għamlu ħofra fir-ramel. Qalli inża' għarwien u inżel fil-ħofra. Kelli xi 7 jew 8. Imbagħad ġew ħafna nisa bl-għonnella suwed, iduru miegħi. Naf li kien xi film, imbagaħad taqarsi ħarġuni mill-ħofra. S'hemm niftakar. Imbagħad mort ngħum.
DAMIAN: - Tefgħuni f'ħofra. Naħseb kienet ta' Venezja. Qalli ejja miegħi u ħadni l-Għadira. Għamlu ħofra fir-ramel. Qalli inża' għarwien u inżel fil-ħofra. Kelli xi 7 jew 8. Imbagħad ġew ħafna nisa bl-għonnella suwed, iduru miegħi. Naf li kien xi film, imbagaħad taqarsi ħarġuni mill-ħofra. S'hemm niftakar. Imbagħad mort ngħum.

JJF Ritratt ieħor?
JJF: - Ritratt ieħor?

DAMIAN Hawn qed inpinġi u npejjep. Naħseb it-tipjip jgħinni. Imma qgħadt naħseb, anki minn kwadru għall-ieħor, inpejjep sigarett. Qisu vizzju. Issa qed nipprova ma npejjipx.  
DAMIAN: - Hawn qed inpinġi u npejjep. Naħseb it-tipjip jgħinni. Imma qgħadt naħseb, anki minn kwadru għall-ieħor, inpejjep sigarett. Qisu vizzju. Issa qed nipprova ma npejjipx.  

JJF Ieħor?
JJF: - Ieħor?

DAMIAN Dan retrospective, irranġajtha ta' malajr, Villa Madama kienet għadha miftuħa u għamilt wirja hemm... Hawn  meta bdejt l-ewwel astratti.  Dawn Ġużeppi Theuma, ċeramist u pittur, dik Zella Osborne. U dik iz-zija Nina li rabbietni, liebsa l-aħdar. Ta' ħdejha Sue Mifsud, ċeramosta wkoll u lil hawn relative tat-tifel ta' Nina, Carmen dik! Dawk il-pitturi The Enigmatic Journey tal-ħħuta. Dan fit-2007 meta għamilt l-ewwel astratti.
DAMIAN: - Dan retrospective, irranġajtha ta' malajr, Villa Madama kienet għadha miftuħa u għamilt wirja hemm... Hawn  meta bdejt l-ewwel astratti.  Dawn Ġużeppi Theuma, ċeramist u pittur, dik Zella Osborne. U dik iz-zija Nina li rabbietni, liebsa l-aħdar. Ta' ħdejha Sue Mifsud, ċeramosta wkoll u lil hawn relative tat-tifel ta' Nina, Carmen dik! Dawk il-pitturi The Enigmatic Journey tal-ħħuta. Dan fit-2007 meta għamilt l-ewwel astratti.

JJF Din l-exhibition li qalbitlek il-karriera għal kollox... Ieħor
JJF: - Din l-exhibition li qalbitlek il-karriera għal kollox... Ieħor

DAMIAN Dan riċenti, l-Imdina il-Carmelite Priory kelli wirja Novembru 2013. Kont immur hemm kuljum jiġi xi ħadd inkellmu. Kont inġib il-karti u noqgħod inpinġi. Ftit minnhom kienu tgerfix u ftit forsi le.
DAMIAN: - Dan riċenti, l-Imdina il-Carmelite Priory kelli wirja Novembru 2013. Kont immur hemm kuljum jiġi xi ħadd inkellmu. Kont inġib il-karti u noqgħod inpinġi. Ftit minnhom kienu tgerfix u ftit forsi le.

JJF Ieħor...
JJF: - Ieħor...

DAMIAN Hawn meta ftaħt il-wirja tal-Imdina, qaluli 2 kelmiet...  
DAMIAN: - Hawn meta ftaħt il-wirja tal-Imdina, qaluli 2 kelmiet...  

JJF Ieħor?
JJF: - Ieħor?

DAMIAN Feature ta' Pete Farrugia fuq Sunday Times. U din taf x'kienet? Ara xagħri! Is-Society of Arts. Konna għamilna collaboration exercise u jmorru għal-karita. Konna 8 artisti u 8 canvases. Idea li kulħadd jibda' canvas u wara kwarta naqbdu ta' ħaddieħor. Imma meta jkun hemm 8, it was too much. Wara reġgħu għamluha b'4 u naħseb anki b'4 ħafna. Ftit minnhom spiċċaw just a blob. They lost all definition ta' kollox. Lanqas naf inbiegħux.
DAMIAN: - Feature ta' Pete Farrugia fuq Sunday Times. U din taf x'kienet? Ara xagħri! Is-Society of Arts. Konna għamilna collaboration exercise u jmorru għal-karita. Konna 8 artisti u 8 canvases. Idea li kulħadd jibda' canvas u wara kwarta naqbdu ta' ħaddieħor. Imma meta jkun hemm 8, it was too much. Wara reġgħu għamluha b'4 u naħseb anki b'4 ħafna. Ftit minnhom spiċċaw just a blob. They lost all definition ta' kollox. Lanqas naf inbiegħux.

JJF Hawn qed narawk tpitter fuq il-ġebla.
JJF: - Hawn qed narawk tpitter fuq il-ġebla.

DAMIAN Dak Palazzo Depiro l-Imdina, fejn kien hemm Dorothy Convent, Għamilt 2 soqfa hemm bl-arkati kbar u kelli nagħmel platform. Kien hemm traces, u veru traces kważi imbagħad l-imagination trid tara kif tkompli. U dan qed nagħmel il-ħmar tal-paċi. Hemm kelli xi nkwiet. Dak is-saqaf, qed tarah ir-roża? Dak jiġu periti u hekk, għax ftehmna x'kuluri u hekk. X'ħin żarmajt il-platform u bdejt il-kamra l-oħra m'għoġobhomx il-kulur. Rieduha griża. Kienet roża imma mbagħad lestejt is-saqaf l-ieħor u rġajt armajt il-platform hemm. Imma weħilt fuqha dik.
DAMIAN: - Dak Palazzo Depiro l-Imdina, fejn kien hemm Dorothy Convent, Għamilt 2 soqfa hemm bl-arkati kbar u kelli nagħmel platform. Kien hemm traces, u veru traces kważi imbagħad l-imagination trid tara kif tkompli. U dan qed nagħmel il-ħmar tal-paċi. Hemm kelli xi nkwiet. Dak is-saqaf, qed tarah ir-roża? Dak jiġu periti u hekk, għax ftehmna x'kuluri u hekk. X'ħin żarmajt il-platform u bdejt il-kamra l-oħra m'għoġobhomx il-kulur. Rieduha griża. Kienet roża imma mbagħad lestejt is-saqaf l-ieħor u rġajt armajt il-platform hemm. Imma weħilt fuqha dik.

JJF Ieħor
JJF: - Ieħor

DAMIAN Dak poster Never Mind the Dust bħalma diġà rajna. Hemm l-Imdina. Kont ħadt dak is-self portrait. Kienu jidħlu t-turisti u jien kont inkun hemm nieħu kafe jew naqra ktieb. Jibdew iħarsu lejn il-pittura u lejja. Ikun hemm dik il-connection u tibda tparla magħhom. It was a good idea. Kelli ħafna xogħol hemm, ta' 15-il sena qabel... kelli 3 kurituri xogħol hemm. Kienet naqra qisha bazaar.
DAMIAN: - Dak poster Never Mind the Dust bħalma diġà rajna. Hemm l-Imdina. Kont ħadt dak is-self portrait. Kienu jidħlu t-turisti u jien kont inkun hemm nieħu kafe jew naqra ktieb. Jibdew iħarsu lejn il-pittura u lejja. Ikun hemm dik il-connection u tibda tparla magħhom. It was a good idea. Kelli ħafna xogħol hemm, ta' 15-il sena qabel... kelli 3 kurituri xogħol hemm. Kienet naqra qisha bazaar.

JJF Hawn qed naraw l-għodda tiegħek...
JJF: - Hawn qed naraw l-għodda tiegħek...

DAMIAN Hemm riċenti... il-working table...
DAMIAN: - Hemm riċenti... il-working table...

JJF Int l-uniku raġel li naf li kellu aktar minn kunjom wieħed...
JJF: - Int l-uniku raġel li naf li kellu aktar minn kunjom wieħed...

DAMIAN Iva. Jien twelidt u għammduni Johnson, Weston-super-Mare, l-Ingilterra. Minħabba ċ-ċirkostanti taż-żminijiet u kif kienet ommi u l-ġenituri u hekk. Il-ġenituri tiegħi ma kienux miżżewġin, biex ma nidhirx qisni single mother etc... iżżewġet wieħed li kien Mormon. Dawn jiżżewġu u jkunu just għall-isem. Jiġifieri mbagħad minn Johnson ġejt Cosham, għax ir-raġel kien Cosham. Imbagħad meta addottatni z-zija Nina, li kienet toqgħod Leeds, ġejt Bailey, għax miżżewġa Ingliż, Peter Bailey. Imbagħad meta ġejna Malta, wara li żżewwiġt, missieri qalli "mhux aħjar tiġi Ebejer int?"
DAMIAN: - Iva. Jien twelidt u għammduni Johnson, Weston-super-Mare, l-Ingilterra. Minħabba ċ-ċirkostanti taż-żminijiet u kif kienet ommi u l-ġenituri u hekk. Il-ġenituri tiegħi ma kienux miżżewġin, biex ma nidhirx qisni single mother etc... iżżewġet wieħed li kien Mormon. Dawn jiżżewġu u jkunu just għall-isem. Jiġifieri mbagħad minn Johnson ġejt Cosham, għax ir-raġel kien Cosham. Imbagħad meta addottatni z-zija Nina, li kienet toqgħod Leeds, ġejt Bailey, għax miżżewġa Ingliż, Peter Bailey. Imbagħad meta ġejna Malta, wara li żżewwiġt, missieri qalli "mhux aħjar tiġi Ebejer int?"

JJF Jiġifieri Malta l-ewwel ID card li kellek kienet Bailey?
JJF: - Jiġifieri Malta l-ewwel ID card li kellek kienet Bailey?

DAMIAN Iva, anki skola Bailey. Ebejer ir-4 kunjom tiegħi.
DAMIAN: - Iva, anki skola Bailey. Ebejer ir-4 kunjom tiegħi.

JJF Int rajt l-ewwel darba lil missierek minn fuq vapur...
JJF: - Int rajt l-ewwel darba lil missierek minn fuq vapur...

DAMIAN Iva meta ġejna mill-Awstralja bil-vapur. Rajtu u ma kontx naf li hu missieri. Kont inħossni komdu miegħu. Imma kien hemm in-nanna wkoll u n-nannu. In-nannu ma kienx jiffissa fuqna daqshekk. Iktar in-nanna.  
DAMIAN: - Iva meta ġejna mill-Awstralja bil-vapur. Rajtu u ma kontx naf li hu missieri. Kont inħossni komdu miegħu. Imma kien hemm in-nanna wkoll u n-nannu. In-nannu ma kienx jiffissa fuqna daqshekk. Iktar in-nanna.  

JJF Kien ta' dixxiplina Francis?
JJF: - Kien ta' dixxiplina Francis?

DAMIAN Naħseb kien. Iltqajt ma' nies jafuh l-iskola jgħidu li kien ta' dixxiplina, pero kien fair. Miegħi nimmaġina pprova jdaħħal sens ta' dixxiplina...
DAMIAN: - Naħseb kien. Iltqajt ma' nies jafuh l-iskola jgħidu li kien ta' dixxiplina, pero kien fair. Miegħi nimmaġina pprova jdaħħal sens ta' dixxiplina...

JJF Ġieli għamiltlu xi praspura meta kont żgħir?
JJF: - Ġieli għamiltlu xi praspura meta kont żgħir?

DAMIAN Tgħid le? Meta kont żgħir l-uniku darba li qabbiżtielu... kelli 7 snin, tkun id-dar, in-nanna tgħidli ma noħroġx. U darba ħriġt, kien qisu dalam u nżilt Busketto Road, mort is-Saqqajja u rġajt tlajt u kont ferħan għax mort waħdi. Niftakar tljt fuq u missieri kien qed jitkellem maz-ziju Peter, u bdejt nindaħallu fin-nofs "Taf fejn mort jien" u jwaqqafni. U bqajt nagħmillu hekk. F'daqqa waħda taqbiżlu u totalment it-tempra tilifha, neħħa ċ-ċintorin u tgħidx kemm ġera warajja mad-dar kollha jaqlagħli. Għax kont qisni n-nibxa, ma nħallihx jitkellem. Għax mort il-bogħod waħdi iktar in-nanna bdiet tgħajjat. Naħseb kellu xi conversation heavy maz-ziju Peter... insomma, pero ma kienx isawwatni...
DAMIAN: - Tgħid le? Meta kont żgħir l-uniku darba li qabbiżtielu... kelli 7 snin, tkun id-dar, in-nanna tgħidli ma noħroġx. U darba ħriġt, kien qisu dalam u nżilt Busketto Road, mort is-Saqqajja u rġajt tlajt u kont ferħan għax mort waħdi. Niftakar tljt fuq u missieri kien qed jitkellem maz-ziju Peter, u bdejt nindaħallu fin-nofs "Taf fejn mort jien" u jwaqqafni. U bqajt nagħmillu hekk. F'daqqa waħda taqbiżlu u totalment it-tempra tilifha, neħħa ċ-ċintorin u tgħidx kemm ġera warajja mad-dar kollha jaqlagħli. Għax kont qisni n-nibxa, ma nħallihx jitkellem. Għax mort il-bogħod waħdi iktar in-nanna bdiet tgħajjat. Naħseb kellu xi conversation heavy maz-ziju Peter... insomma, pero ma kienx isawwatni...

JJF Ta' 14-il sena x'għamilt?
JJF: - Ta' 14-il sena x'għamilt?

DAMIAN Kienu keċċewni mill-iskola, kont immur De La Salle. Kont daqsxejn ribelluż l-iskola u konna lezzjoni tar-reliġjon, Form IV, bdejt qisni nitkessaħ, u lil dal-brother staqsejtu xi ħaġa fuq iż-żwieġ u daqshekk. Ġie vampa, aħmar nar, u bgħatni għand Bro Martin u qalli "this is the last straw" għax kont ili nagħmel, jien u l-klikka tiegħi... u keċċieni. Għidt issa mur għidlu lil missieri! Hemm inkwetajt. Imbagħad mort id-dar, kont qed nitkellem ma' kuġin Godfrey, għidtlu "Ma nafx x'se nagħmel." Qalli "Għidlu". Għidtlu "Mela ma ngħidlux!" Min jaf kif kien jirvilla kieku, u daħħaltha f'moħħi li mmur l-Ingilterra għand in-nanniet. Trid il-flus biex tmur. Kelli xi Lm60 il-bank tal-Gvern, għidt issa nġib dawk u nitlaq. L-Ingilterra kelli z-zijiet tan-naħa t'ommi. Niftakar mort il-bank għall-flus u bil-kju. U min ikun hemm? Missieri kien il-bank, quddiem nett. Bdejt naħsibha nitlaqx, imma laħaq rani. Qalli "Mela mintix skola?" Ġibtlu skuża, kemm emminni ma nafx. Qalli "X'ġejt tagħmel?" Għidtlu "irċevejt ċekk tal-Christmas mingħand in-nanna, ħa nagħmlu l-bank". Qalli "Issa nistennik" Allura ma stajtx nissogra mmur bil-flus fuqi miegħu. Daħħalt iċ-ċekk il-bank u wassalni d-dar. Ħa kafe u telaq. Imbagħad kien għadu xi l-10am. U rġajt mort il-bank gas down, u qgħadt fil-kju u nzertajt l-istess mara. Għidtilha "Rrid niġbed il-flus." Qaltli l-flus taċ-ċekk ma tistax għax għadek iddaħħalhom. U tatni l-oħrajn, xi Lm62. Imbagħad mort b'tal-linja għall-belt, dak iż-żmien kien hemm l-AirMalta taħt l-arkati. Għidtilhom "One way ticket għall-Ingiltgerra." Baqgħu iħarsu lejja. Veru kelli 14 imma kont twil. Kelli British Passport. U tawni t-ticket. Naħseb xi LM50, ma baqagħlix ħafna flus. Kien għall-għada biex immur f'xi 2pm għal Heathrow. L-għada mort...
DAMIAN: - Kienu keċċewni mill-iskola, kont immur De La Salle. Kont daqsxejn ribelluż l-iskola u konna lezzjoni tar-reliġjon, Form IV, bdejt qisni nitkessaħ, u lil dal-brother staqsejtu xi ħaġa fuq iż-żwieġ u daqshekk. Ġie vampa, aħmar nar, u bgħatni għand Bro Martin u qalli "this is the last straw" għax kont ili nagħmel, jien u l-klikka tiegħi... u keċċieni. Għidt issa mur għidlu lil missieri! Hemm inkwetajt. Imbagħad mort id-dar, kont qed nitkellem ma' kuġin Godfrey, għidtlu "Ma nafx x'se nagħmel." Qalli "Għidlu". Għidtlu "Mela ma ngħidlux!" Min jaf kif kien jirvilla kieku, u daħħaltha f'moħħi li mmur l-Ingilterra għand in-nanniet. Trid il-flus biex tmur. Kelli xi Lm60 il-bank tal-Gvern, għidt issa nġib dawk u nitlaq. L-Ingilterra kelli z-zijiet tan-naħa t'ommi. Niftakar mort il-bank għall-flus u bil-kju. U min ikun hemm? Missieri kien il-bank, quddiem nett. Bdejt naħsibha nitlaqx, imma laħaq rani. Qalli "Mela mintix skola?" Ġibtlu skuża, kemm emminni ma nafx. Qalli "X'ġejt tagħmel?" Għidtlu "irċevejt ċekk tal-Christmas mingħand in-nanna, ħa nagħmlu l-bank". Qalli "Issa nistennik" Allura ma stajtx nissogra mmur bil-flus fuqi miegħu. Daħħalt iċ-ċekk il-bank u wassalni d-dar. Ħa kafe u telaq. Imbagħad kien għadu xi l-10am. U rġajt mort il-bank gas down, u qgħadt fil-kju u nzertajt l-istess mara. Għidtilha "Rrid niġbed il-flus." Qaltli l-flus taċ-ċekk ma tistax għax għadek iddaħħalhom. U tatni l-oħrajn, xi Lm62. Imbagħad mort b'tal-linja għall-belt, dak iż-żmien kien hemm l-AirMalta taħt l-arkati. Għidtilhom "One way ticket għall-Ingiltgerra." Baqgħu iħarsu lejja. Veru kelli 14 imma kont twil. Kelli British Passport. U tawni t-ticket. Naħseb xi LM50, ma baqagħlix ħafna flus. Kien għall-għada biex immur f'xi 2pm għal Heathrow. L-għada mort...

JJF Tkellimt ma' xi ħadd hawn Malta?
JJF: - Tkellimt ma' xi ħadd hawn Malta?

DAMIAN Iva mal-kuġin għax konna ngħixu flimkien. Għidtlu ara ma tgħid xejn. Stenna li nitlaq, u fil-kas għidlu. Mort l-airport kmieni, xi 3 siegħat l-ħin kollu nittawwal il-bieb, nimmaġinah ġej lix-xiħ. Imwerwer kont, mhux għax nibża' minnu. Niddejjaq narah jirrabja. Insomma ma ġiex u tlajna. Kulma ħadt biċċa zip-bag żgħira. U wasalt Heathrow... u nies geġwiġija. Għidt, jien kif se mmur Weston-super-Mare? għax hemm il-bogħod! U staqsejt u qaluli rrid naqbad tal-linja sa Reading, ferrovija sa Bristol u ferrovija sa Weston-super-Mare. Qaltli xi 60 pounds, u ma kellix biżżejjed. Jew tħassritni jew ma nafx kif u tatni l-biljett. Illum ma jagħtukx żgur. Qbadt il-bus, fittixt it-train u għaddej il-ħin u niftakar (wara sirt naf) bqadt l-aħħar train għal Weston-super-Mare minn Bristol. Kieku ridt nistenna sa filgħodu. Kienu xil-11.30pm, kważi nofsillejl. Għidt issa norqod fuq xi bank u mmur filgħodu għand in-nanna. Imma kif inżilt insib in-nannu jistennieni.  
DAMIAN: - Iva mal-kuġin għax konna ngħixu flimkien. Għidtlu ara ma tgħid xejn. Stenna li nitlaq, u fil-kas għidlu. Mort l-airport kmieni, xi 3 siegħat l-ħin kollu nittawwal il-bieb, nimmaġinah ġej lix-xiħ. Imwerwer kont, mhux għax nibża' minnu. Niddejjaq narah jirrabja. Insomma ma ġiex u tlajna. Kulma ħadt biċċa zip-bag żgħira. U wasalt Heathrow... u nies geġwiġija. Għidt, jien kif se mmur Weston-super-Mare? għax hemm il-bogħod! U staqsejt u qaluli rrid naqbad tal-linja sa Reading, ferrovija sa Bristol u ferrovija sa Weston-super-Mare. Qaltli xi 60 pounds, u ma kellix biżżejjed. Jew tħassritni jew ma nafx kif u tatni l-biljett. Illum ma jagħtukx żgur. Qbadt il-bus, fittixt it-train u għaddej il-ħin u niftakar (wara sirt naf) bqadt l-aħħar train għal Weston-super-Mare minn Bristol. Kieku ridt nistenna sa filgħodu. Kienu xil-11.30pm, kważi nofsillejl. Għidt issa norqod fuq xi bank u mmur filgħodu għand in-nanna. Imma kif inżilt insib in-nannu jistennieni.  

JJF Allura Malta x'ġara?
JJF: - Allura Malta x'ġara?

DAMIAN Sadattant in-nanna ċemplet lil missieri għax ma mortx id-dar. Kienu xi s-6pm. Dak tela' u jistaqsu 'l hemm u 'l hawn u għandikun lil Godfrey ssuspetta li jaf xi ħaġa. Kien jaf li niftiehmu ħafna. U mid-dehra heżżu tnejn u dak qisu nduna li issa tajjeb biex jgħidlu, u qallu. Allura ċemplu l-Ingilterra u ġew jistennewni. Pero mbagħad xalata. Għamilt 3 ġimgħat qisni l-king. Sadattant missieri, kif smajt wara, mar għand Bro Martin u kellhom argument kbir għax qalilhom "Intom min ikun differenti m'għandkomx post għalih". Imbagħad aċċetta li nerġa' mmur day student, mhux border. Qabel kont border, ġimgħa hemm u l-weekend immur id-dar, imma konna qażżiżna lil kulħadd.
DAMIAN: - Sadattant in-nanna ċemplet lil missieri għax ma mortx id-dar. Kienu xi s-6pm. Dak tela' u jistaqsu 'l hemm u 'l hawn u għandikun lil Godfrey ssuspetta li jaf xi ħaġa. Kien jaf li niftiehmu ħafna. U mid-dehra heżżu tnejn u dak qisu nduna li issa tajjeb biex jgħidlu, u qallu. Allura ċemplu l-Ingilterra u ġew jistennewni. Pero mbagħad xalata. Għamilt 3 ġimgħat qisni l-king. Sadattant missieri, kif smajt wara, mar għand Bro Martin u kellhom argument kbir għax qalilhom "Intom min ikun differenti m'għandkomx post għalih". Imbagħad aċċetta li nerġa' mmur day student, mhux border. Qabel kont border, ġimgħa hemm u l-weekend immur id-dar, imma konna qażżiżna lil kulħadd.

JJF Meta sirt taf li Francis missierek?
JJF: - Meta sirt taf li Francis missierek?

DAMIAN Kelli xi 9 jew 10, kien ġie z-ziju Kelinu mill-Brażil, kien għadu ma laħaqx isqof. Dak kull 5 snin kien jiġi jara l-Papa u jiġi Malta. Kien Sunday lunch, kulħadd mal-mejda u z-ziju beda jaqbad miegħi. "Aqbad il-furketta sew, oqgġod sew". Missieri qallu "Ħallih". Qabbiżhieli, sabbatt il-platt u tlaqt fil-ġnien. Smajthom jargumentaw u mietet. Imbagħad missieri qalli ejja dawra bil-karozza, u morna fil-kampanja. Qalli "taf li ommok mietet. Fuq missierek x'taħseb?" Għidtlu "Ħadd ma jaf min hu". Qalli "jien missierek". Kien diġa jiffavorini, mal-kuġini kont qisni aħwa, imma lili kien close miegħi ħafna, joħroġ lil, kien hemm diġà d-differenza. Wara ħafna żmien konna qed nitkellmu u qalli li meta tani l-aħbar għalija qisu xejn m'hu xejn. Ħasibni li se nirreaġixxi. Riedni ngħannqu?  
DAMIAN: - Kelli xi 9 jew 10, kien ġie z-ziju Kelinu mill-Brażil, kien għadu ma laħaqx isqof. Dak kull 5 snin kien jiġi jara l-Papa u jiġi Malta. Kien Sunday lunch, kulħadd mal-mejda u z-ziju beda jaqbad miegħi. "Aqbad il-furketta sew, oqgġod sew". Missieri qallu "Ħallih". Qabbiżhieli, sabbatt il-platt u tlaqt fil-ġnien. Smajthom jargumentaw u mietet. Imbagħad missieri qalli ejja dawra bil-karozza, u morna fil-kampanja. Qalli "taf li ommok mietet. Fuq missierek x'taħseb?" Għidtlu "Ħadd ma jaf min hu". Qalli "jien missierek". Kien diġa jiffavorini, mal-kuġini kont qisni aħwa, imma lili kien close miegħi ħafna, joħroġ lil, kien hemm diġà d-differenza. Wara ħafna żmien konna qed nitkellmu u qalli li meta tani l-aħbar għalija qisu xejn m'hu xejn. Ħasibni li se nirreaġixxi. Riedni ngħannqu?  

JJF Kont fissud tiegħu?
JJF: - Kont fissud tiegħu?

DAMIAN Naħseb kont. Il-Ħadd kien iġibli xi kotba, jew colouring book. Kien joħodni l-Manoel, jaħbini fuq nett avolja kont under age. Kulħadd kien jaf imma kien jaħbini f'box fuq nett, fejn ikun hemm id-dwal. Kont nibqa' hemm imbagħad jiġi għalija u mmorru nieħdu xi ħaġa. Kien jgħidli "Għoġbok?" Dejjem iva kont ngħidlu!!! Niftakar meta Karmen Azzopardi werżqet waqt Il-Ħadd fuq il-Bejt. Kienet tagħtni qatgħa! Qabbżitni dakinhar! Ma tkunx qed tistennieha.
DAMIAN: - Naħseb kont. Il-Ħadd kien iġibli xi kotba, jew colouring book. Kien joħodni l-Manoel, jaħbini fuq nett avolja kont under age. Kulħadd kien jaf imma kien jaħbini f'box fuq nett, fejn ikun hemm id-dwal. Kont nibqa' hemm imbagħad jiġi għalija u mmorru nieħdu xi ħaġa. Kien jgħidli "Għoġbok?" Dejjem iva kont ngħidlu!!! Niftakar meta Karmen Azzopardi werżqet waqt Il-Ħadd fuq il-Bejt. Kienet tagħtni qatgħa! Qabbżitni dakinhar! Ma tkunx qed tistennieha.

JJF X'ġara sakemm bdejt l-arti?
JJF: - X'ġara sakemm bdejt l-arti?

DAMIAN Dejjem kont interessat. Meta konna żgħar konna mmorru nisirqu t-tafal "slip" mingħand Peter the Potter tar-Rabat. Kien ikollu tafal żejjed, immorru b'barmil żgħir, noħduh id-dar u konna nagħmlu xi figorin... Per eżempju l-iskola De la Salle fuq hekk biss naħseb kienu żammewni. L-Art Prize dejjem ħadtu jien. Kotba kienu jagħtuni. u fl-Open Day dejjem kienu jagħmlu x-xogħol tiegħi fl-intrata. L-arti dejjem  hemm kienet. Imbagħad qisni ta' 12/13 qlibt fuq mużika u poeżija aktar milli tpinġija. Jien u sħabi konna niktbu l-lyrics. Konna 4 ħbieb, niltaqgħu, nirrekordjaw bir-recorders antiki, dawk li trid tagħfas 2 buttuni, insomma. Hemm induna li kont qed nikteb. Kien jidħol, jara l-karti u kont narah jaqrahom.  
DAMIAN: - Dejjem kont interessat. Meta konna żgħar konna mmorru nisirqu t-tafal "slip" mingħand Peter the Potter tar-Rabat. Kien ikollu tafal żejjed, immorru b'barmil żgħir, noħduh id-dar u konna nagħmlu xi figorin... Per eżempju l-iskola De la Salle fuq hekk biss naħseb kienu żammewni. L-Art Prize dejjem ħadtu jien. Kotba kienu jagħtuni. u fl-Open Day dejjem kienu jagħmlu x-xogħol tiegħi fl-intrata. L-arti dejjem  hemm kienet. Imbagħad qisni ta' 12/13 qlibt fuq mużika u poeżija aktar milli tpinġija. Jien u sħabi konna niktbu l-lyrics. Konna 4 ħbieb, niltaqgħu, nirrekordjaw bir-recorders antiki, dawk li trid tagħfas 2 buttuni, insomma. Hemm induna li kont qed nikteb. Kien jidħol, jara l-karti u kont narah jaqrahom.  

JJF Kien jikkoreġik?
JJF: - Kien jikkoreġik?

DAMIAN Le, ma kienx. Darba minnhom ħadhomli, għażel xi 20, u ħareġ ktieb bihom. Kien hemm interess. Mhux għax kien jgħidli nikteb hu. Li kont naf li kien ikollu xi kotba ta' xi museums, kollha colour plates. Kont indum noqgħod narahom, l-hena tiegħi niċċasssa lejhom, Botticelli, Michelangelo... Imbagħad waqaft għax tlaqt minn Malta ta' xi 16, mort naħdem l-Ingilterra għax għamilt l-"O" levels, dawk għamilthom għax għamilthom, lanqas stennejthom ir-riżultati. Bdejt naħdem l-Ingilterra u għamilt 4 snin hemm. Dak iż-żmien kont nikteb xi poeżija, u Bristol xtrajt kitarra. Kont nikteb bl-Ingliż. Bil-Malti għandi xi ħaġa...
DAMIAN: - Le, ma kienx. Darba minnhom ħadhomli, għażel xi 20, u ħareġ ktieb bihom. Kien hemm interess. Mhux għax kien jgħidli nikteb hu. Li kont naf li kien ikollu xi kotba ta' xi museums, kollha colour plates. Kont indum noqgħod narahom, l-hena tiegħi niċċasssa lejhom, Botticelli, Michelangelo... Imbagħad waqaft għax tlaqt minn Malta ta' xi 16, mort naħdem l-Ingilterra għax għamilt l-"O" levels, dawk għamilthom għax għamilthom, lanqas stennejthom ir-riżultati. Bdejt naħdem l-Ingilterra u għamilt 4 snin hemm. Dak iż-żmien kont nikteb xi poeżija, u Bristol xtrajt kitarra. Kont nikteb bl-Ingliż. Bil-Malti għandi xi ħaġa...

JJF Meta l-ewwel darba li smajt il-lingwa Maltija?
JJF: - Meta l-ewwel darba li smajt il-lingwa Maltija?

DAMIAN My first language Ingliż kien. Imbagħad Malti smajtu kelli xi 6 snin. U tisimgħu trid il-Primary, għax jew you swim or you sink!
DAMIAN: - My first language Ingliż kien. Imbagħad Malti smajtu kelli xi 6 snin. U tisimgħu trid il-Primary, għax jew you swim or you sink!

JJF Iz-zija Nina ma kienetx titkellem bil-Malti?
JJF: - Iz-zija Nina ma kienetx titkellem bil-Malti?

DAMIAN Magħna le, l-Ingilterra, imma meta ġiet Malta, mod ieħor. Smajt il-lingwa hawn Malta.
DAMIAN: - Magħna le, l-Ingilterra, imma meta ġiet Malta, mod ieħor. Smajt il-lingwa hawn Malta.

JJF Bħala mużika, missierek x'kien iħobb?
JJF: - Bħala mużika, missierek x'kien iħobb?

DAMIAN Jew pop jew classic. Bħala pop dejjem il-Beatles, jien fuq Rolling Stones kont. Beatles kont narahom għan-nerds. Min kien mal-Beatles lanqas konna nkellmuh. Konna żgħar. Aħna mal-Istones. Imma kien iħobb, kellu cartridges tal-karozza, 4 tracks, u dejjem idoqq mużika qisha Spanjola, Flamenco...
DAMIAN: - Jew pop jew classic. Bħala pop dejjem il-Beatles, jien fuq Rolling Stones kont. Beatles kont narahom għan-nerds. Min kien mal-Beatles lanqas konna nkellmuh. Konna żgħar. Aħna mal-Istones. Imma kien iħobb, kellu cartridges tal-karozza, 4 tracks, u dejjem idoqq mużika qisha Spanjola, Flamenco...

JJF Kellu xi statwetta ta' xi Ġappuniża? Kien iqabbilha ma' Yoko?
JJF: - Kellu xi statwetta ta' xi Ġappuniża? Kien iqabbilha ma' Yoko?

DAMIAN Naf li kellu statwetta ta' Ġappuniża, imma ma nafx li kien iqabbilha ma' Yoko. Ma smajthiex din. Bilħaqq... imbagħad pittura veru kont tlaqtha, ara poeżija bqajt għaddej nikteb, anki meta żżewwiġt. Imbagħad qbadt nerġa' npinġi, kienu l-1990's. U mort pubbliku l-ewwel darba meta kelli 33 jew 34.  
DAMIAN: - Naf li kellu statwetta ta' Ġappuniża, imma ma nafx li kien iqabbilha ma' Yoko. Ma smajthiex din. Bilħaqq... imbagħad pittura veru kont tlaqtha, ara poeżija bqajt għaddej nikteb, anki meta żżewwiġt. Imbagħad qbadt nerġa' npinġi, kienu l-1990's. U mort pubbliku l-ewwel darba meta kelli 33 jew 34.  

JJF X'kien jgħid missierek meta kien jarak tpinġi?
JJF: - X'kien jgħid missierek meta kien jarak tpinġi?

DAMIAN Kien jieħu pjaċir. Kien jgħidli : aħjar inqas milli iktar. Bħala dettall qalli, per eżempju meta pinġejt tieqa, qalli toqgħodx tpinġi shutters u dettalji.  
DAMIAN: - Kien jieħu pjaċir. Kien jgħidli : aħjar inqas milli iktar. Bħala dettall qalli, per eżempju meta pinġejt tieqa, qalli toqgħodx tpinġi shutters u dettalji.  

JJF Tara similarita bejn il-kitbiet tiegħu li fihom ma kienx jagħti kollox (biex iġegħlek timmaġina), mat-tpinġija tiegħek li fiha, l-istess, ma kienx iridek tpinġi kollox biex dak li jkun jimmaġina hu?
JJF: - Tara similarita bejn il-kitbiet tiegħu li fihom ma kienx jagħti kollox (biex iġegħlek timmaġina), mat-tpinġija tiegħek li fiha, l-istess, ma kienx iridek tpinġi kollox biex dak li jkun jimmaġina hu?

DAMIAN Għax hu, l-idea kienet li mad-daqqa t'għajn il-bniedem ikun jaf x'inhu, ried jgħid. Ġieli qalli "M'ghandekx għalfejn dawk id-dettalji kollha, għax daqqa t'għajn biżżejjed".
DAMIAN: - Għax hu, l-idea kienet li mad-daqqa t'għajn il-bniedem ikun jaf x'inhu, ried jgħid. Ġieli qalli "M'ghandekx għalfejn dawk id-dettalji kollha, għax daqqa t'għajn biżżejjed".

JJF           Jiġifieri ma kienx jinsisti fuq il-perfezzjoni?
JJF: -            Jiġifieri ma kienx jinsisti fuq il-perfezzjoni?

DAMIAN Le. L-artisti kollha jgħiduha li perfection ma tistax tilħaqha. Anki Salvador Dalì hekk kien jgħid.  
DAMIAN: - Le. L-artisti kollha jgħiduha li perfection ma tistax tilħaqha. Anki Salvador Dalì hekk kien jgħid.  

JJF Kellu dispjaċiri fil-kitba tiegħu?
JJF: - Kellu dispjaċiri fil-kitba tiegħu?

DAMIAN Naħseb id-dispjaċiri li kellu għax ċerti kotba ma kienux jaċċettawhomlu barra minn malta. Naħseb dik kienet tweġġgħu ħafna. Fil-fatt Maurice Tanti Burlo kien semmieha darba, wara li miet Francis, li hu kien dejjem ma jaċċettax li hu a literary figure għax barra ma kienux jappoġġjawh il-publishing hiouses daqs kemm xtaq hu. Imma għalih (Maurice) he WAS an international literary figure.  
DAMIAN: - Naħseb id-dispjaċiri li kellu għax ċerti kotba ma kienux jaċċettawhomlu barra minn malta. Naħseb dik kienet tweġġgħu ħafna. Fil-fatt Maurice Tanti Burlo kien semmieha darba, wara li miet Francis, li hu kien dejjem ma jaċċettax li hu a literary figure għax barra ma kienux jappoġġjawh il-publishing hiouses daqs kemm xtaq hu. Imma għalih (Maurice) he WAS an international literary figure.  

JJF Jiġifieri l-għan tiegħu kien barra?
JJF: - Jiġifieri l-għan tiegħu kien barra?

DAMIAN Hekk hu. U naħseb kien hemm dispjaċir biha dik. Speċjalment late 50's nimmaġina kien hemm. Għax għandi kwantita kbira ta' ittri li kiteb u publishers. Dak iż-żmien mhux bħal-lum, emails u tibgħat l-iskript... Dak iż-żmien trid tiktbu, issib min jittajpja, kien ikollhom sheets tax-xemgħa u ħafna xogħol u postage...
DAMIAN: - Hekk hu. U naħseb kien hemm dispjaċir biha dik. Speċjalment late 50's nimmaġina kien hemm. Għax għandi kwantita kbira ta' ittri li kiteb u publishers. Dak iż-żmien mhux bħal-lum, emails u tibgħat l-iskript... Dak iż-żmien trid tiktbu, issib min jittajpja, kien ikollhom sheets tax-xemgħa u ħafna xogħol u postage...

JJF Premju ta' Venezja... Heffen Plus Zero
JJF: - Premju ta' Venezja... Heffen Plus Zero

DAMIAN Kien dispjaċir ieħor. Li naf hu li kienet l-uniku sena li l-ġurija ma setgħetx tagħżel. Kienet bejnu u xogħol ta' Samuel Becket. Ġew head to head għall-ewwel premju, u ma setgħux jiddeċiedu. It was the only year li ma tawx il-premju.  
DAMIAN: - Kien dispjaċir ieħor. Li naf hu li kienet l-uniku sena li l-ġurija ma setgħetx tagħżel. Kienet bejnu u xogħol ta' Samuel Becket. Ġew head to head għall-ewwel premju, u ma setgħux jiddeċiedu. It was the only year li ma tawx il-premju.  

JJF Imma l-akbar dispjaċir...
JJF: - Imma l-akbar dispjaċir...

DAMIAN Kienet Sunday afternnon. Kulħadd jieħu siesta minbarra aħna li konna noqgħodu nilgħabu. Ċempel it-telefon u weġibtu jien. Kienet l-eks-mara tiegħu. Riedet lil Francis. Kien meta miet it-tifel tiegħu. X'ħin qata' t-telefon, reġa' mar fejn kien jimtedd, fi spare bedroom isfel. Mort nittawwal u sibtu wiċċu 'l hemm. Għidtlu "Min ċempel?" Qalli Ħadd. Ma darx biex ikellimni. Imbagħad niftakar tela' ħdejn ommu u missieru u nisma'  storbju u gwardarobbi u storbju kbir.  
DAMIAN: - Kienet Sunday afternnon. Kulħadd jieħu siesta minbarra aħna li konna noqgħodu nilgħabu. Ċempel it-telefon u weġibtu jien. Kienet l-eks-mara tiegħu. Riedet lil Francis. Kien meta miet it-tifel tiegħu. X'ħin qata' t-telefon, reġa' mar fejn kien jimtedd, fi spare bedroom isfel. Mort nittawwal u sibtu wiċċu 'l hemm. Għidtlu "Min ċempel?" Qalli Ħadd. Ma darx biex ikellimni. Imbagħad niftakar tela' ħdejn ommu u missieru u nisma'  storbju u gwardarobbi u storbju kbir.  

JJF Kien miet it-tifel tiegħu Frank f'inċident tat-traffiku, hux hekk?
JJF: - Kien miet it-tifel tiegħu Frank f'inċident tat-traffiku, hux hekk?

DAMIAN Iva. Kien żgħir, kellu xi 23.  
DAMIAN: - Iva. Kien żgħir, kellu xi 23.  

JJF Ġieli ltqajt miegħu?
JJF: - Ġieli ltqajt miegħu?

DAMIAN Iva darbtejn. Konna tfal, għadna żgħar. Barra lili, Francis kellu lil Frank u lil Mary Jane miż-żwieġ. Imbagħad smajt li wara, dakinhar, mar għand Oliver Friggieri mir-Rabat, niżel hemm... u ma nafx x'ġara, paniku kbir. U għamel xi ġurnata għandu. Nimmaġina kienu ħbieb ħafna għax ħin ta' kriżi, għażel lilu. Għalfejn u kif ma nafx, imma għandu mar. Baqa' sa bil-lejl. Naħseb raqad hemm ukoll.  
DAMIAN: - Iva darbtejn. Konna tfal, għadna żgħar. Barra lili, Francis kellu lil Frank u lil Mary Jane miż-żwieġ. Imbagħad smajt li wara, dakinhar, mar għand Oliver Friggieri mir-Rabat, niżel hemm... u ma nafx x'ġara, paniku kbir. U għamel xi ġurnata għandu. Nimmaġina kienu ħbieb ħafna għax ħin ta' kriżi, għażel lilu. Għalfejn u kif ma nafx, imma għandu mar. Baqa' sa bil-lejl. Naħseb raqad hemm ukoll.  

JJF Kienu close Oliver u Francis?
JJF: - Kienu close Oliver u Francis?

DAMIAN   Naħseb, nimmaġina. Anki kiteb ħafna fuqu Oliver. Kellhom relazzjoni tajba. Francis kien bestman fit-tieġ ta' Oliver. Kien hemm a good friendship, naħseb jien.
DAMIAN: -    Naħseb, nimmaġina. Anki kiteb ħafna fuqu Oliver. Kellhom relazzjoni tajba. Francis kien bestman fit-tieġ ta' Oliver. Kien hemm a good friendship, naħseb jien.

JJF         Wara li miet Frank, kien kiteb Vum Barala Żungarè. Kienet xi protesta għal dak li ġara?
JJF: -          Wara li miet Frank, kien kiteb Vum Barala Żungarè. Kienet xi protesta għal dak li ġara?

DAMIAN   Kienet... naħseb mhux Francis biss, imma ħafna artisti, din li jekk temminx jew le... Taħt kappa wiesgħa ħafna, jekk insemmu reliġjon, naħseb minn dejjem kien up and down fuq dawn l-affarijiet missieri. Imbagħad dik tat-tifel qisha tefgħatu cynical.  
DAMIAN: -    Kienet... naħseb mhux Francis biss, imma ħafna artisti, din li jekk temminx jew le... Taħt kappa wiesgħa ħafna, jekk insemmu reliġjon, naħseb minn dejjem kien up and down fuq dawn l-affarijiet missieri. Imbagħad dik tat-tifel qisha tefgħatu cynical.  

JJF Qatt ma ammetta li tilef il-fidi...
JJF: - Qatt ma ammetta li tilef il-fidi...

DAMIAN Le qatt ma ammetta. Għax hu veru kien a very public figure imma kien private ħafna.  
DAMIAN: - Le qatt ma ammetta. Għax hu veru kien a very public figure imma kien private ħafna.  

JJF Jiġifieri ma kienx imur jiġri fl-ewwel bank tal-knisja...
JJF: - Jiġifieri ma kienx imur jiġri fl-ewwel bank tal-knisja...

DAMIAN Jien ma nafx kemm kien imur knisja.. I mean tiġijiet u magħmudijiet kien imur... Naħseb kien hemm diżgwid bejn kif trabba' u x'attwalment kien jemmen hu. L-outlook tiegħu tal-ħajja kienet differenti.  
DAMIAN: - Jien ma nafx kemm kien imur knisja.. I mean tiġijiet u magħmudijiet kien imur... Naħseb kien hemm diżgwid bejn kif trabba' u x'attwalment kien jemmen hu. L-outlook tiegħu tal-ħajja kienet differenti.  

JJF Imma donnu kien hemm bidla meta mar għand ħuh il-Brażil.
JJF: - Imma donnu kien hemm bidla meta mar għand ħuh il-Brażil.

DAMIAN Dik ġieli smajthom isemmuha. Dik, u meta ġie ħuh hawn Malta u ma nafx kemm damu jitkellmu, u kiteb xi mkien Kelinu li qisu ħeġġeġ lil missieri biex jerġa' jsib il-fidi...
DAMIAN: - Dik ġieli smajthom isemmuha. Dik, u meta ġie ħuh hawn Malta u ma nafx kemm damu jitkellmu, u kiteb xi mkien Kelinu li qisu ħeġġeġ lil missieri biex jerġa' jsib il-fidi...

JJF U f'daqqa waħda beda jikteb fuq it-Times dwar ix-Shroud ta' Turin...
JJF: - U f'daqqa waħda beda jikteb fuq it-Times dwar ix-Shroud ta' Turin...

DAMIAN Iva, imbagħad qabad fuq ix-Shroud of Turin...
DAMIAN: - Iva, imbagħad qabad fuq ix-Shroud of Turin...

JJF Sar kważi ferventi imbagħad...
JJF: - Sar kważi ferventi imbagħad...

DAMIAN Kumplikata ħafna, għax, kif qed ngħid... bħala raġel kien qisu jaħseb mod, imma mbagħad bħala artist kien mod ieħor. Qisha maqsuma kienet.  
DAMIAN: - Kumplikata ħafna, għax, kif qed ngħid... bħala raġel kien qisu jaħseb mod, imma mbagħad bħala artist kien mod ieħor. Qisha maqsuma kienet.  

JJF Kien jipprova jeżerċita xi influenza fuqek kemm meta kien bogħod mill-fidi u kemm meta sar ferventi, dwar ir-reliġjon?
JJF: - Kien jipprova jeżerċita xi influenza fuqek kemm meta kien bogħod mill-fidi u kemm meta sar ferventi, dwar ir-reliġjon?

DAMIAN Mhux direttament... I mean... jien għandi l-ħsibijiet tiegħi ukoll, imma... kont diġa kbirt... li konna naqblu ħafna li iktar nemmnu li jekk se tagħmel tajjeb kważi qed titlob...
DAMIAN: - Mhux direttament... I mean... jien għandi l-ħsibijiet tiegħi ukoll, imma... kont diġa kbirt... li konna naqblu ħafna li iktar nemmnu li jekk se tagħmel tajjeb kważi qed titlob...

JJF Jiġifieri ma kienx jimponi fuqek...
JJF: - Jiġifieri ma kienx jimponi fuqek...

DAMIAN Le, mhux eżattament... Imma d-dagħa kien idejqu ħafna. Jien ġieli meta kont iżgħar infaqqa' xi tnejn, kien jiddejjaq ħafna. Ħalliha li once in a blue moon kien joħroġ b'xi ħaġa hu... imma as a rule kien idejqu.
DAMIAN: - Le, mhux eżattament... Imma d-dagħa kien idejqu ħafna. Jien ġieli meta kont iżgħar infaqqa' xi tnejn, kien jiddejjaq ħafna. Ħalliha li once in a blue moon kien joħroġ b'xi ħaġa hu... imma as a rule kien idejqu.

JJF Vum barala Żungarè kienet satirika. Ġieli kiteb kummiedja missierek?
JJF: - Vum barala Żungarè kienet satirika. Ġieli kiteb kummiedja missierek?

DAMIAN Kien iħobb jagħmel kummiedja u fl-istess ħin ma tkunx kummiedja. Li kiteb humorous hemm short stories bl-Ingliż, per eżempju For Rosina husband, taparsi nutar f'raħal li qatt ma żżewweġ u riedu jqabbdulu waħda u krew waħda taħdem seftura għandu u minn hawn u minn hemm iżewġuh. Kien hemm stejjer humorous. Per eżempju għamel tal-Vella family, dawk ukoll humorous.
DAMIAN: - Kien iħobb jagħmel kummiedja u fl-istess ħin ma tkunx kummiedja. Li kiteb humorous hemm short stories bl-Ingliż, per eżempju For Rosina husband, taparsi nutar f'raħal li qatt ma żżewweġ u riedu jqabbdulu waħda u krew waħda taħdem seftura għandu u minn hawn u minn hemm iżewġuh. Kien hemm stejjer humorous. Per eżempju għamel tal-Vella family, dawk ukoll humorous.

JJF         Darba pprova jesperimenta b'xi ktieb porn?
JJF: -          Darba pprova jesperimenta b'xi ktieb porn?

DAMIAN Iva, darba konna qed nitkellmu u naħseb kien hemm anki Maurice u xi 2 oħra. Qalilna "Ktibtha darba, biex nara hekk, jekk hux faċli jew le". Staqsewh fejn hu l-ktieb u wieġeb li ħarqu. Naħseb taf x'kienet: Beda jinduna li ċertu xogħol qed jiġi aċċettat barra u ċertu xogħol serju mhux jaċċettawh u naħseb għamel exercise biex jara jekk jikteb xi ħaġa ħafifa u ftit porn ġo fih u steamy scenes, forsi aktar kellu ċans li jaċċettawh barra. Din bħall-pittura. Jien il-pittura tiegħi, ħafna nies, anki sal-bieraħ, qed nitkellem mal-curator li se jkolli Għawdex, qalli l-ħbieb tiegħi jogħġobhom imma ma jifhmuhx ix-xogħol tiegħek. Ġieli ngħid ħa nagħmel 2 landscapes, imma qisha tug of war psychologically din!
DAMIAN: - Iva, darba konna qed nitkellmu u naħseb kien hemm anki Maurice u xi 2 oħra. Qalilna "Ktibtha darba, biex nara hekk, jekk hux faċli jew le". Staqsewh fejn hu l-ktieb u wieġeb li ħarqu. Naħseb taf x'kienet: Beda jinduna li ċertu xogħol qed jiġi aċċettat barra u ċertu xogħol serju mhux jaċċettawh u naħseb għamel exercise biex jara jekk jikteb xi ħaġa ħafifa u ftit porn ġo fih u steamy scenes, forsi aktar kellu ċans li jaċċettawh barra. Din bħall-pittura. Jien il-pittura tiegħi, ħafna nies, anki sal-bieraħ, qed nitkellem mal-curator li se jkolli Għawdex, qalli l-ħbieb tiegħi jogħġobhom imma ma jifhmuhx ix-xogħol tiegħek. Ġieli ngħid ħa nagħmel 2 landscapes, imma qisha tug of war psychologically din!

JJF Fir-relazzjoni bejnek u missierek kien hemm ħbieb komuni?... Per eżempju Maurice u Oliver?
JJF: - Fir-relazzjoni bejnek u missierek kien hemm ħbieb komuni?... Per eżempju Maurice u Oliver?

DAMIAN Ikellmuni, imma mhux intimi. U viċi versa.
DAMIAN: - Ikellmuni, imma mhux intimi. U viċi versa.

JJF U kien hemm nies inqas minn ħbieb għat-tnejn li intom b'mod komuni?
JJF: - U kien hemm nies inqas minn ħbieb għat-tnejn li intom b'mod komuni?

DAMIAN Nimmaġina kien hemm... imma at the end of the day mhux kulħadd kien iħobbu. Kien hemm min jgħir għalih. Kien hemm min forsi għamillu ħsara bla ma kien jaf. It's life, everyday life. Veru kien joħroġ il-plays u l-kotba imma in between irid imur jixtri l-kafè, jixtri ħobża, it's a normal life bħalma jgħixu l-artisti kollha.
DAMIAN: - Nimmaġina kien hemm... imma at the end of the day mhux kulħadd kien iħobbu. Kien hemm min jgħir għalih. Kien hemm min forsi għamillu ħsara bla ma kien jaf. It's life, everyday life. Veru kien joħroġ il-plays u l-kotba imma in between irid imur jixtri l-kafè, jixtri ħobża, it's a normal life bħalma jgħixu l-artisti kollha.

JJF L-atturi żgur kienu ħbieb tiegħu. Ġieli għamlulu xi ċajta?
JJF: - L-atturi żgur kienu ħbieb tiegħu. Ġieli għamlulu xi ċajta?

DAMIAN Iva, kienu waqt rehearsal, qaluli din ma rajthiex jien lanqas hu ma qalli, u ftiehmu minn qabel li jagħmlu ħafna żbalji għax hu kien perfezzjonist. Jekk ikun kiteb hekk, hekk iridu. Kif inhi! Fuq hekk kien hemm ċerta dixxiplina in perfection, avolja ma tkunx perfection imma tkun the way he wants it. Imma xorta  that's the way he wants it. U dawn ftiehmu li: min jidħol tard, min joħroġ kmieni, żbalji fil-kliem... u mistagħġbin x'xenata għamel, qalilhom "Daqshekk, I'm going to disown you. Daqshekk rajtuni 'l hawn" u telaq 'il barra.
DAMIAN: - Iva, kienu waqt rehearsal, qaluli din ma rajthiex jien lanqas hu ma qalli, u ftiehmu minn qabel li jagħmlu ħafna żbalji għax hu kien perfezzjonist. Jekk ikun kiteb hekk, hekk iridu. Kif inhi! Fuq hekk kien hemm ċerta dixxiplina in perfection, avolja ma tkunx perfection imma tkun the way he wants it. Imma xorta  that's the way he wants it. U dawn ftiehmu li: min jidħol tard, min joħroġ kmieni, żbalji fil-kliem... u mistagħġbin x'xenata għamel, qalilhom "Daqshekk, I'm going to disown you. Daqshekk rajtuni 'l hawn" u telaq 'il barra.

JJF Kien perfezzjonist anki magħkom? Per eżempju meta kien jixxandar Id-Dar tas-Soru? Kien ritwal?
JJF: - Kien perfezzjonist anki magħkom? Per eżempju meta kien jixxandar Id-Dar tas-Soru? Kien ritwal?

DAMIAN Iva veru, imma jien nifhmu għax anki jien, jiġu t-tfal għadi u jkolli xi ħaġa għal qalbi għadni għaddej fuqha, tieħu pjaċir turihielhom. issa jogħġobhomx jew le ħaġa oħra. Francis hekk kien, nhar ta' Ħadd kien ikun hemm ir-repetition tad-Dar tas-Soru u kien jagħlaq il-purtieri u jissettja kollox, iġib is-siġġijiet u kulħadd hemm biz-Ziju Peter b'kollox...dak ma jifhimx fil-Malti u jrid joqgħod jara d-Dar tas-Soru bilfors.  
DAMIAN: - Iva veru, imma jien nifhmu għax anki jien, jiġu t-tfal għadi u jkolli xi ħaġa għal qalbi għadni għaddej fuqha, tieħu pjaċir turihielhom. issa jogħġobhomx jew le ħaġa oħra. Francis hekk kien, nhar ta' Ħadd kien ikun hemm ir-repetition tad-Dar tas-Soru u kien jagħlaq il-purtieri u jissettja kollox, iġib is-siġġijiet u kulħadd hemm biz-Ziju Peter b'kollox...dak ma jifhimx fil-Malti u jrid joqgħod jara d-Dar tas-Soru bilfors.  

JJF Darba attur qalli li missierek jekk ikun jaħdem bil-lejl u jibdel xi kliem...
JJF: - Darba attur qalli li missierek jekk ikun jaħdem bil-lejl u jibdel xi kliem...

DAMIAN Kien iċempillu dak il-ħin...
DAMIAN: - Kien iċempillu dak il-ħin...

JJF Anki jekk ikunu l-4am?
JJF: - Anki jekk ikunu l-4am?

DAMIAN Iva. Ġieli nismagħha jien. Għax meta taħdem xi ħaġa kreattiva, id-dinja ma tibqax qisha tagħmel sens ħafna. Kulma tagħmel sens x'qed tagħmel int u xi trid. Dakinhar jien ċempilt lill-kuratur tal-Meridien fejn għandi xi xoghol. Ċempiltlu xi 6am. Qalli "Mela qed tiġġennen?" Għidtlu "Mela s-6am? Qed nara d-dawl!"  Jiġifieri veru tinqata'. I'm not surprised li kien jagħmel hekk.
DAMIAN: - Iva. Ġieli nismagħha jien. Għax meta taħdem xi ħaġa kreattiva, id-dinja ma tibqax qisha tagħmel sens ħafna. Kulma tagħmel sens x'qed tagħmel int u xi trid. Dakinhar jien ċempilt lill-kuratur tal-Meridien fejn għandi xi xoghol. Ċempiltlu xi 6am. Qalli "Mela qed tiġġennen?" Għidtlu "Mela s-6am? Qed nara d-dawl!"  Jiġifieri veru tinqata'. I'm not surprised li kien jagħmel hekk.

JJF Kien jaċċetta kritika?
JJF: - Kien jaċċetta kritika?

DAMIAN Naħseb kien touchy naqra. Mhux jieħu għalih, imma qisu... ma naħsibx kien ikun komdu jisma' ċerta kritika. Hekk kelli l-feel tiegħu. Għax hawn ħafna artisti jgħidulek "Jekk hi kritika kostruttiva, ma jimpurtax, imbasta nitgħallem xi ħaġa minnha." Imma mhux veru għax l-artist ma jinteressahx at the end of the day.
DAMIAN: - Naħseb kien touchy naqra. Mhux jieħu għalih, imma qisu... ma naħsibx kien ikun komdu jisma' ċerta kritika. Hekk kelli l-feel tiegħu. Għax hawn ħafna artisti jgħidulek "Jekk hi kritika kostruttiva, ma jimpurtax, imbasta nitgħallem xi ħaġa minnha." Imma mhux veru għax l-artist ma jinteressahx at the end of the day.

JJF         Ġieli ppruvajt tikkritikah meta jagħtik xi ktieb tiegħu f'idejk?
JJF: -          Ġieli ppruvajt tikkritikah meta jagħtik xi ktieb tiegħu f'idejk?

DAMIAN Bħala kontenut kien jgħidli "Għoġbok?" Għalija In the Eye of the Sun huwa t-top, imbagħad hemm Requiem for a Malta Fascist... Leap of Malta Dolphins tal-ambjent...
DAMIAN: - Bħala kontenut kien jgħidli "Għoġbok?" Għalija In the Eye of the Sun huwa t-top, imbagħad hemm Requiem for a Malta Fascist... Leap of Malta Dolphins tal-ambjent...

JJF Imma kont tarahom meta jkun ippubblikat u lest?
JJF: - Imma kont tarahom meta jkun ippubblikat u lest?

DAMIAN Mela mhux qabel!!! No way! Dan bħal meta tagħmel inkwatru d-dar, jiġi xi ħadd u jgħidlek "X'qed tagħmel?" u ddawru biex jarawh meta jkun lest. Jew fuq il-cover ġieli tħadditna, per eżempju fuq Requiem for a Malta Fascist. Hu kien iġib magazines Taljani bħal Oggi u Gente u għandujkun għall-cover kien sab reklam u għamluha black and white għall-cover. Kien sabha u jien naqtagħhomlu bl-imqass, mar għand il-printer hux...
DAMIAN: - Mela mhux qabel!!! No way! Dan bħal meta tagħmel inkwatru d-dar, jiġi xi ħadd u jgħidlek "X'qed tagħmel?" u ddawru biex jarawh meta jkun lest. Jew fuq il-cover ġieli tħadditna, per eżempju fuq Requiem for a Malta Fascist. Hu kien iġib magazines Taljani bħal Oggi u Gente u għandujkun għall-cover kien sab reklam u għamluha black and white għall-cover. Kien sabha u jien naqtagħhomlu bl-imqass, mar għand il-printer hux...

JJF Lejn l-aħħar kien joqgħod is-Swieqi waħda...
JJF: - Lejn l-aħħar kien joqgħod is-Swieqi waħda...

DAMIAN Le, kien għamel xi 20 years is-Swieqi...
DAMIAN: - Le, kien għamel xi 20 years is-Swieqi...

JJF U fl-aħħar, kif smajt int? X'ġara?
JJF: - U fl-aħħar, kif smajt int? X'ġara?

DAMIAN Jien sibtu... Dak kien jitla' jarana darba fil-ġimgħa, normalment jgħaddi għat-tfal l-iskola u jiġi magħna għal-lunch. Dik il-ġimgħa ma ġiex u għidt, jew forsi siefer, għax hu ġieli siefer u jgħidilna wara. Ġieli għamilha dik. Kien imur Ruma jew Como, jista' jkun stednuh, imbagħad jgħidilna wara, jgħidilna "Ġibtilkom dawn għat-tfal". U ma ġiex, u ċemplitli persuna, qaltli "Dak smajt..?" Għidtilha "Ma nafx" u qabdt u mort għandu jien. U jien diġa kelli feelings għax per eżempju l-karozza kienet fil-garage u l-letterbox mimlija, u nħabbat u għalxejn. Għidt ħa ninżel l-Allies għax kienu xi nofsinhar... kien hemm Maurice niftakar. Staqsejtu u qalli li ilu xi 3 ijiem ma jarah. Għidtlu "Siefer?" qalli le għax kieku  jgħidli. Jiġifieri lil Maurice kien jgħidlu . Kien close ħafna. Imbagħad mort u ppruvajt il-bieb... u dik kienet naqra stramba, imma nsomma... għax hu meta kien ikun ġewwa, anki matul il-ġurnata kien jagħmel double lock u tinduna jekk ikun double lock, il-bieb tkun soda u meta speċi missejt... meta mort it-tieni darba, kienet  fuq il-dik biss. . Imbagħad minn hawn u minn hemm, imbuttajt ta' ġewwa u dan... insomma... ħeqq sibtu hemm... Imbagħad bilkemm naf x'ġara, inżilna għand in-neighbours u ċempilna minn hemm. Naf li ħriġt għal xi ħadd ta' Xandir Malta, kienu ġew jiffilmjaw barra l-appartamenti u ħriġt għalihom, ma nafx għalfejn, imma nsomma... dak il-ħin hekk tani u ċempilt lil Joe Dimech filgħaxija u għidtlu "Ġġib xejn fl-aħbarijiet fuq hekk, dawn il-filmati", qalli Orrajt. Kienet ġurnata... qed ngħidlek... tal-waħx...
DAMIAN: - Jien sibtu... Dak kien jitla' jarana darba fil-ġimgħa, normalment jgħaddi għat-tfal l-iskola u jiġi magħna għal-lunch. Dik il-ġimgħa ma ġiex u għidt, jew forsi siefer, għax hu ġieli siefer u jgħidilna wara. Ġieli għamilha dik. Kien imur Ruma jew Como, jista' jkun stednuh, imbagħad jgħidilna wara, jgħidilna "Ġibtilkom dawn għat-tfal". U ma ġiex, u ċemplitli persuna, qaltli "Dak smajt..?" Għidtilha "Ma nafx" u qabdt u mort għandu jien. U jien diġa kelli feelings għax per eżempju l-karozza kienet fil-garage u l-letterbox mimlija, u nħabbat u għalxejn. Għidt ħa ninżel l-Allies għax kienu xi nofsinhar... kien hemm Maurice niftakar. Staqsejtu u qalli li ilu xi 3 ijiem ma jarah. Għidtlu "Siefer?" qalli le għax kieku  jgħidli. Jiġifieri lil Maurice kien jgħidlu . Kien close ħafna. Imbagħad mort u ppruvajt il-bieb... u dik kienet naqra stramba, imma nsomma... għax hu meta kien ikun ġewwa, anki matul il-ġurnata kien jagħmel double lock u tinduna jekk ikun double lock, il-bieb tkun soda u meta speċi missejt... meta mort it-tieni darba, kienet  fuq il-dik biss. . Imbagħad minn hawn u minn hemm, imbuttajt ta' ġewwa u dan... insomma... ħeqq sibtu hemm... Imbagħad bilkemm naf x'ġara, inżilna għand in-neighbours u ċempilna minn hemm. Naf li ħriġt għal xi ħadd ta' Xandir Malta, kienu ġew jiffilmjaw barra l-appartamenti u ħriġt għalihom, ma nafx għalfejn, imma nsomma... dak il-ħin hekk tani u ċempilt lil Joe Dimech filgħaxija u għidtlu "Ġġib xejn fl-aħbarijiet fuq hekk, dawn il-filmati", qalli Orrajt. Kienet ġurnata... qed ngħidlek... tal-waħx...

JJF Illum tixtiequ qiegħed hawn Francis biex jikkritikalek ix-xogħol?
JJF: - Illum tixtiequ qiegħed hawn Francis biex jikkritikalek ix-xogħol?

DAMIAN Iva, dik ġieli ħsibtha, għax kif għidt l-ewwel, meta rġajt qbadt inpinġi, l-ewwel għamilt tfuliti dejjem nivvinta u nikkrea u hu kien jieħu pjaċir, pero qatt ma qalli "Oqgħod pinġi, ġibtlek dawn." Jekk iġib xi ħaġa kien jitlaqhom hemm imbagħad nagħmel jien. Allura kien hemm dik il-pawża min-naħa tiegħi ta' meta żżewwiġt imbagħad tmur taħdem u hekk. Imbagħad meta bdejt naħdem late 80's, bdejt nerġa' npinġi, kont iktar fuq landscapes, kont moħħi fuq Cézanne, Van Gogh... dawk kienu l-idoli tiegħi dak iż-żmien. Hu kien jidher qed jieħu pjaċir imma ma kienx jgħid "Kemm ġie tajjeb dan", fhimt? Allura jien kont għadni ma ħdimtx biżżejjed biex veru nibdew noħduha bis-serjeta.  Per eżempju l-ewwel exhibition li kelli jien għall-pubbliku kienet fin-94, jiġifieri sena wara li miet. Hu ma laħaqx ra ċertu xogħol li għamilt...
DAMIAN: - Iva, dik ġieli ħsibtha, għax kif għidt l-ewwel, meta rġajt qbadt inpinġi, l-ewwel għamilt tfuliti dejjem nivvinta u nikkrea u hu kien jieħu pjaċir, pero qatt ma qalli "Oqgħod pinġi, ġibtlek dawn." Jekk iġib xi ħaġa kien jitlaqhom hemm imbagħad nagħmel jien. Allura kien hemm dik il-pawża min-naħa tiegħi ta' meta żżewwiġt imbagħad tmur taħdem u hekk. Imbagħad meta bdejt naħdem late 80's, bdejt nerġa' npinġi, kont iktar fuq landscapes, kont moħħi fuq Cézanne, Van Gogh... dawk kienu l-idoli tiegħi dak iż-żmien. Hu kien jidher qed jieħu pjaċir imma ma kienx jgħid "Kemm ġie tajjeb dan", fhimt? Allura jien kont għadni ma ħdimtx biżżejjed biex veru nibdew noħduha bis-serjeta.  Per eżempju l-ewwel exhibition li kelli jien għall-pubbliku kienet fin-94, jiġifieri sena wara li miet. Hu ma laħaqx ra ċertu xogħol li għamilt...

JJF Illum tħoss in-nuqqas tiegħu fl-arti tiegħek? Jeffettwak il-fatt li missierek m'għadux miegħek?
JJF: - Illum tħoss in-nuqqas tiegħu fl-arti tiegħek? Jeffettwak il-fatt li missierek m'għadux miegħek?

DAMIAN Jien dejjem kieku nippreferi kieku għadu hawn u jara x'qed nagħmel. Naħseb pero għandna l-istess ġibda lejn ċertu affarijiet. Hu per eżempjku d-drama għax kitbu u jien id-drama forsi nipprova nagħmilha b'ċertu mod u anticipation fl-inkwatri. Jien għalhekk nagħtihom ċerti titles lix-xogħol tiegħi, u dik ġieli ddiskutejniha. Għax hawn min jgħidlek "Ma nagħtix titles" biex dak li jkun jara hu. Imma jien għalija, bħal meta tikteb ktieb. Kieku nikteb ktieb nagħtih title, ma nagħmilx ktieb bla title. Abbli jagħmluha dik imma that's me. U apposta, għax jien meta nagħmel inkwatru, not just a visual thing, għalija tkun li qed nipprova ngħid xi ħaġa, qisni bil-kuluri stess inġiegħel ċertu... Per eżempju għandi waħda qiegħda just plain colour imma it's a conflict. L-aħmar is conflicting with everything, tifhimni? Per eżempju hawnhekk hawn Out of Nothing, l-istess who is taking over? L-oskuri? jew iċ-ċari? Min ħa jirbaħ hawn? Minn fejn ġejjin?  
DAMIAN: - Jien dejjem kieku nippreferi kieku għadu hawn u jara x'qed nagħmel. Naħseb pero għandna l-istess ġibda lejn ċertu affarijiet. Hu per eżempjku d-drama għax kitbu u jien id-drama forsi nipprova nagħmilha b'ċertu mod u anticipation fl-inkwatri. Jien għalhekk nagħtihom ċerti titles lix-xogħol tiegħi, u dik ġieli ddiskutejniha. Għax hawn min jgħidlek "Ma nagħtix titles" biex dak li jkun jara hu. Imma jien għalija, bħal meta tikteb ktieb. Kieku nikteb ktieb nagħtih title, ma nagħmilx ktieb bla title. Abbli jagħmluha dik imma that's me. U apposta, għax jien meta nagħmel inkwatru, not just a visual thing, għalija tkun li qed nipprova ngħid xi ħaġa, qisni bil-kuluri stess inġiegħel ċertu... Per eżempju għandi waħda qiegħda just plain colour imma it's a conflict. L-aħmar is conflicting with everything, tifhimni? Per eżempju hawnhekk hawn Out of Nothing, l-istess who is taking over? L-oskuri? jew iċ-ċari? Min ħa jirbaħ hawn? Minn fejn ġejjin?  

JJF Żbaljat jekk ngħid li missierek beda bit-tpinġija imma iktar sar popolari bil-kitba u int bdejt bil-kitba u iktar sirt popolari bit-tpinġija?  
JJF: - Żbaljat jekk ngħid li missierek beda bit-tpinġija imma iktar sar popolari bil-kitba u int bdejt bil-kitba u iktar sirt popolari bit-tpinġija?  

DAMIAN Hekk qisu veru. Toqgħod tara daqsxejn hekk hu... Jien ma nafx kemm jienj popolari imma that's what I do. Hekk qisu għax hu fil-fatt, kif għidt fil-bidu, naħseb hu hekk ried jagħmel, bħala pittur. Jien looking back kieku bqajt indoqq il-kitarra kieku naħseb illum qiegħed iktar kuntent milli qiegħed, mhux għax minix kuntent, għax b'li nagħmel, you know... it's part of my life  , imma l-kitarra baqgħet hemm. Fil-fatt id-dar ġieli nieqaf ġurnata ngħid "Illum kitarra". Imma rari saru issa dawk iż-żminijiet u nixtieq, per eżempju issa ppjanajt wara l-exhibition, wara Mejju ngħid, "Ħa nerġa' naqbad from sctrach trid tibda imbagħad: scales u blue scales... whatever...
DAMIAN: - Hekk qisu veru. Toqgħod tara daqsxejn hekk hu... Jien ma nafx kemm jienj popolari imma that's what I do. Hekk qisu għax hu fil-fatt, kif għidt fil-bidu, naħseb hu hekk ried jagħmel, bħala pittur. Jien looking back kieku bqajt indoqq il-kitarra kieku naħseb illum qiegħed iktar kuntent milli qiegħed, mhux għax minix kuntent, għax b'li nagħmel, you know... it's part of my life  , imma l-kitarra baqgħet hemm. Fil-fatt id-dar ġieli nieqaf ġurnata ngħid "Illum kitarra". Imma rari saru issa dawk iż-żminijiet u nixtieq, per eżempju issa ppjanajt wara l-exhibition, wara Mejju ngħid, "Ħa nerġa' naqbad from sctrach trid tibda imbagħad: scales u blue scales... whatever...

JJF         Ok?
JJF: -    Ok?

DAMIAN:  Iva, grazzi!
DAMIAN: - Iva, grazzi!

Revision as of 02:37, 25 April 2016

Damian Ebejer was interviewed by Joe Julian Farrugia for M3P on the 17 March 2016 at the St James Cavalier Centre for Creativity. This was part of Spazju Kreattiv's programme: Ebejer, Francis and Damian: A Research Project.

Following is the interview's transcript: