Carmen Deguara
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
This page is a stub
Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.
Carmen Deguara twieldet ir-Rabat, Malta fil 31 ta’ Marzu 1959 hija bnint Duminku Micallef u Antonia née Borg.
Ta’ erba’ snin bdiet titgħallem il-pjanu mas-Sinjura Stella Mifsud Maranci u sentejn wara, ta’ sitt snin daqqet l-ewwel darba fil-pubbliku waqt kunċert l-Istitut Kattoliku, l-Furjana. Hija kompliet l-istudji tagħħa mas- Sinjorina Clorinda Bonello u is-Sinjura Monica Micallef.
Minn hemmhekk, imbagħad, bdiet tipprepara għall-eżamijiet avvanzati mas-Sinjorina Tessie Portelli li pprepartha fl-eżekuzzjoni tal-pjanu, mas- Surmast Carmelo Pace li minn għandu ħadet it-tagħlim tal-armonija u mas-Sinjura Scicluna Bizazza li ppreparatha fl-istorja tal-mużika. B’hekk fl-1981 hija ġabet il-Liċenjat tat-Trinity College (LTCL) u fl-1982 ġabet il-liċenjat tar-Royal Schools of Music (LRSM). Hija wkoll marret kors qasir l-Ingilterra fejn iffukat iktar fuq l-interpretazzjoni tal-pjanu u improvizzazzjoni.
Fl-2005 iggradwat fil-Mużika Sagra mill-Universita ta’ Malta.
Carmen ilha għalliema tal-pjanu għal bosta snin. Sas-sena 2023 hija ukoll kienet għalliema tal-mużika fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, fejn, fost l-oħrajn, kienet tipprepara lill-istudenti biex itellgħu musical kull sena akkumpanjati live mill-orkestra magħmulha minn istudenti tal-istess kulleġġ, immexxija minnha. Matul is-snin tellgħu diversi operetti ta’ Gilbet & Sullivan, kif ukoll musicals popolari.
Carmen qatt ma daqqet ma’ baned fit-toroq waqt xi marċ tal-festa, minkejja dan kellha diversi okkazzjonijiet li waqt xi kunċert tkun fuq il-pjanċier jew f'i post ieħor armart apposta, idoqq il-keyboard, jew l-orgni fil-knisja waqt il-kunċert tal-Milied mal-Banda tal-Għaqda Mużikali L'Isle Adam. Carmen kitbet wkoll Innu lil San Ġużepp fuq versi ta' Dun Karm Psaila, imma dan sal-lum baqa' ma' kienx irrekordjat.
Carmen tgħid bdejt nikteb il-marċi għax kienu ħajruha biex tikteb wieħed, ħareġ tajjeb u kien milqugħ u minn hemm kompliet, hi tkompli Mhux bilfors tkun iddoqq malbanda biex tikteb marċ, l-Importanti li iżżomm il-forma tal-marċ u tkun taf toħroġ il-partijiet sew.
Matul il-karriera tagħha, Carmen ikkomponiet diversi marċi għall-baned, fosthom wieħed li ndaqq waqt kunċert imtellgħa mill-Bank of Valletta fil-Canada fl-2001. Kitbet ukoll xi Mużika Sagra.
Carmen hija miżżewġa lil Lawrence għandhom ħamest itfal: Ninette, soru Agostinjana, Karl, Katya, Matthew u Mark.
Xogħlijiet ta' Carmen Deguara
No | Marċi Brijużi | Sena | Baned: |
---|---|---|---|
01 | Ġilji Bojod | 1983 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
02 | Bin David | 1984 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
03 | Ninette MaMirie | 1985 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
04 | Karl Lawrence | 1986 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
05 | Merħba lis-Surmast il-Ġdid | 1987 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
06 | Katya Alexia | 1989 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
07 | Lil Ħija Mario | 1990 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
08 | Żarna l-Papa | 1991 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
09 | Lawrence Anthony | 1992 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
10 | Matthew | 1993 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
11 | Minn Ruma għar-Rabat | 1994 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
12 | Il-Patrun Universali tal-Knisja | 1995 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
13 | Mark | 1996 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
14 | Is-Simposju Ġużeppin | 1997 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
15 | Rubin ta' Mħabba | 1998 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
16 | Nina | 1999 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
17 | 2000 Sena maż San Ġużepp | 2000 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
18 | Ġerusalemm | 2001 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
19 | Ġużeppi Xempju tax-Xogħol | 2003 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
20 | Lir-Rettur tal-Arċikonfraternita | 2005 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
21 | Missier Putattiv | 2007 | Għaqda Mużikali L'Isle Adam |
Xogħlijiet ta' Carmen Deguara
No | Marċi Brijużi | Sena | Baned: |
---|---|---|---|
01 | Il-Bank of Valletta issellem lill-Kappillan il-Ġdid | 1983 | The Malta Band, tal-Kanada |