Alfred Camilleri

From M3P
Revision as of 20:33, 26 March 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Alfred Camilleri)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search


Beda jistudja l-vuċi u l-interpretazzjoni ta’ eta` żgħira ġewwa l-iskola tal-mużika Johann Strauss mal-kontralt E. Thomas-Jones. Kompla jipperfezzjona mal-mezzosopran Marie-Therese Vassallo. Ta’ 19 -il sena kien ir-rebbieħ tat-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni Melita-Rossia (1995). Huwa kien il-mistieden speċjali tal-Konservatorju ta’ Moska fejn attenda għal xi lezzjonijiet ta’ perfezzjoni mas-sopran Lydia Abramova u ta żewġ kunċerti fil-pubbliku, wieħed minnhom fis-sala prestiġġjuża tal-Friendship House. Ħa sehem f’diversi kunċerti, kemm f’Malta, kif ukoll ‘il barra minn xtutna. F’Malta kanta xogħlijiet kbar bħalma huma l-PAWLU TA’ MALTA ta’ Charles Camilleri, DEMM FUQ IL-VERNA u FILIPPU T’AĠĠIRA ta’ Joseph Vella, SAN PAOLO EVANGELIZZA I MALTESI ta’ Carlo Diacono, APOSTOLO DELLE GENTI ta’ Marco Frisina, IL CUORE DI CROSTO ta’ John Galea, il-MALTA WARA REQUIEM ta’ Joseph Magri, RESPONSORI DEL GIOVEDI SANTO ta’ Anton Nani, il-MESSA ST. CECILE ta’ Charles Gounod, ir-REQUIEM ta’ Gabriel Faure, THE LAST SEVEN WORDS ta’ Theodore Dubois u MAGNIFICAT OSSECENSIS ta’ Antonio Vivaldi. Ħa sehem f’xejn inqas minn seba’ kunċerti annwali organizzati mill-Bank APS fejn kellu x-xorti jkanta xogħlijiet kbar sagri ta’ kompożituri Maltin. Kanta flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali (Malta), mar-Reverienland Fanfare Orchestra (Olanda) u mas- Sofia Collegium Symphony Orchestra (Bulgarija). Barra xtutna kanta fit-teatri ta’ Grosseto, Cecina u Terme di Chiancano, l-Italja (1999), fil-knisja ta’ Santa Maria della Misericordia dei Bianchi ġewwa Trecastagni, Sqallija (2001) u fil-Kwartieri tar-Radju Nazzjonali Bulgaru ġewwa Sofia (2005). Alfred huwa lecturer tal-Malti fil-Livell Avvanzat u Intermedju ġewwa l-Kulleġġ De La Salle