St Julian's Band Club
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Storja
Il-fundatur ta’ din il-banda tista’ tgħid kien Dun Pawl Galea, qassis Għawdxi minn Nadur, li meta ġie lura mill-Algiers fetaħ ċentru għat-tagħlim tad-duttrina, imsejjaħ dak iż-żmien bħala id-Domus. Dal-post żgħir li fih kien jilqa ż-żgħażagh Ġiljanizi, kien fit-Telgħa ta’ Birkirkara, Nu. 86 San Ġiljan.Mit-tagħlim tad-duttrina iż-żgħażagħ li bdew jattendu bdew jitghallmu l-mużika għand Ganni Micallef u aktar tard għand Mro. Anglu Pullicino li ġie maħtur l-ewwel surmast tal-Banda San Ġiljan.
Il-Banda tad-Domus, taħt is-surmast Anglu Pullicino, issaħħet b’xi bandisti minn Birkirkara, u n-nies bdiet tirreferi għaliha bħala l-Banda ta’ San Ġiljan. Fl-1 tas-sena 1927, il-Kumitat tac-Circolo San Giuliano, li sa dak iż-żmien kien każin soċjali biss, stieden dil-banda biex ittella’ programm mużikali ħdejn il-Każin u b’hekk bdiet ir-rabta bejn il-Każin u l-Banda tad-Domus.
Il-Kappillan Bonanno kien ħadem ħafna biex il-Banda u ċ-Circolo San Giuliano jingħaqdu.
Kien ukoll is-Sur Ġuzeppi Cassar, il-Promotur tac-Circolo San Giuliano, li rsista ħafna biex tissejjaħ Laqgħa Ġenerali taċ-Circolo ħalli din l-għaqda tkun tista’ sseħħ. L-Avukat Gaetano Borg Olivier, li kien il-President tac-Circolo, sejjaħ dil-Laqgħa Ġenerali li għaliha kienu attendew 76 membru u b’vot unanimu l-Circolo San Giuliano u l-Banda, uffiċjalment, ingħaqdu flimkien taħt saqaf wieħed b’isem Circolo Filarmonica San Giuliano.
F’dawn is-snin tad-deheb il-Banda San Ġiljan, Anġlu Pullicino ikkompona l-Innu tal-Banda San Ġiljan, fuq versi ta’ Carmelo Galea kif ukoll l-Innu popolari ta’ San Ġiljan fuq versi ta’ Silvio Frendo. Fost il-marċi popolari li Anġlu Pullicino kiteb f’dak iż-żmien insibu l-marċi “St.Julian” (1935) u l-“Knisja ta’ Lapsi” (1938).
Is-Surmast Anġlu Pullicino irtira fl-1970, wara 43 sena servizz lill-Banda San Giljan. Floku kien inħatar surmast Alfred Dimech, li kien wieħed mill-aljevi ta’ Pullicino u li kien ilu jdoqq mal-Banda sa mill-1947.
Mro Dimech irtira minn dil-kariga fl-1978, u l-għażla għal surmast ġdid waqgħet fuq Mro. Raymond Cutajar li baqa’ jokkupa dil-kariga sa 2007. Illum il-Banda hija mmexxija minn Mro. Manoel Pirotta li prezentament imexxi wkoll l-Orkestra tal-Junior College.
Fl-1977 il-Każin kellu wkoll President ġdid, is-Sur Ralph Arrigo. Is-Sur Gaetano Borg Olivier kien irtira minħabba saħħtu wara li kien ilu President sa mill-bidu nett mit-twaqqif tal-Każin.
Fl-1993 il-President tal-Każin, is-Sur Ralph Arrigo, li kien benefattur kbir tal-Każin, ħalla din id-dinja u floku ġie elett is-Sur Michael Farrugia, bħala l-President il-ġdid li ghadu jokkupa l-kariga sa llum.
Organisation
Band Masters
No | Bandmasters | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Angelo Pullicino | 1927 | 1970 |
02 | Alfred Dimech | 1970 | 1977 |
03 | Raymond Cutajar | 1977 | 2007 |
04 | Manoel Pirotta | 2007 | 2013 |
Presidents
No | Presidents | From | Until |
---|---|---|---|
01 | Dr. Gaetano Borg Olivier LL.D | 1927 | 1976 |
02 | Ralph Arrigo | 1976 | 1992 |
03 | Michael Farrugia | 1992 |