Difference between revisions of "Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata"
(Arranged Page: Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata) |
|||
Line 11: | Line 11: | ||
Infatti, fl-1890 il-kappillan '''Dun Giovanni Sarreo''' li kien għadu kif laħaq, insista ħafna biex jibda l-invjar u l-iskultura tal-Parroċċa u hawn ħadmu kemm felħu l-membri ewlenin tas-Soċjeta’ tagħna li kienu dawn l-imgħallmin: '''Valent Falzon''', '''Valent Muscat''', '''Carmelo Sammut''', '''Pio Ebejer''', '''Valent Debono''', '''Giuseppe Sammut''' u '''Pawlu Muscat'''. Dawn l-imgħallmin kienu megħjunin minn żgħażagħ oħrajn. Dawn kienu jappartjienu fil-kumitat tas-Soċjeta’, mill-President, Segretarju u Kaxxier wieħed wara l-ieħor. | Infatti, fl-1890 il-kappillan '''Dun Giovanni Sarreo''' li kien għadu kif laħaq, insista ħafna biex jibda l-invjar u l-iskultura tal-Parroċċa u hawn ħadmu kemm felħu l-membri ewlenin tas-Soċjeta’ tagħna li kienu dawn l-imgħallmin: '''Valent Falzon''', '''Valent Muscat''', '''Carmelo Sammut''', '''Pio Ebejer''', '''Valent Debono''', '''Giuseppe Sammut''' u '''Pawlu Muscat'''. Dawn l-imgħallmin kienu megħjunin minn żgħażagħ oħrajn. Dawn kienu jappartjienu fil-kumitat tas-Soċjeta’, mill-President, Segretarju u Kaxxier wieħed wara l-ieħor. | ||
Fil-bidu tal-eżistenza tiegħu, il-Każin kellu President Onorarju lill-avukat Dr.[[Vincenzo Frendo Azzopardi]] u li wara kien ukoll maħtur bħala President tas-[[ | Fil-bidu tal-eżistenza tiegħu, il-Każin kellu President Onorarju lill-avukat Dr.[[Vincenzo Frendo Azzopardi]] u li wara kien ukoll maħtur bħala President tas-[[Società Filarmonica Nazionale La Valette]]. Dan is-Sinjur kien ta’ kull sena jistieden lil din il-Banda biex tagħmel programm għall-Festa tagħna u jispiċċa biex jitratta bi pranzu fis-sala tad-dar tiegħu. Wara dan is-Sinjur kellna Presidenti Onorarji lill-wisq nobbli s-Sur Konti Francesco Manduca, lill-Kappillan '''Dun Amabile Sisner''', lil Sir '''Michael Angelo Refalo''', President tal-Qorti, il-Maġistrat is-Sur '''William Soler''' LL.D., l-Onor. Prim Ministru, Chev. In-Nutar [[Ġorġ Borg Olivier]], LL.D. M.L.A., lill-benefattur tar-raħal tagħna l-wisq nobbli Konti '''Bernardinu Manduca Piscopo Macedonia Zammit''', lis-Sur '''Alber Fenech''' u lill-Onor. '''John Dalli''' fost l-oħrajn. | ||
Il-membri tagħna, peress li fl-1900 kien sejjer jiġi ċċelebrat iċ-Ċentinarju ta’ l-Inkarnazzjoni t’ Alla, ma’ kullimkien, u billi dan kien jaffettwa l-misteru tal-Parroċċa tagħna, kienet saret festa solenni barra għall-ewwel darba u baqgħet issir sal-lum. Ħasbu biex iżanżnu bandalora bl-isem tas-Soċjeta’ ta’ “'''''Circolo L’Annunziata Casal Balzan'''''”. | Il-membri tagħna, peress li fl-1900 kien sejjer jiġi ċċelebrat iċ-Ċentinarju ta’ l-Inkarnazzjoni t’ Alla, ma’ kullimkien, u billi dan kien jaffettwa l-misteru tal-Parroċċa tagħna, kienet saret festa solenni barra għall-ewwel darba u baqgħet issir sal-lum. Ħasbu biex iżanżnu bandalora bl-isem tas-Soċjeta’ ta’ “'''''Circolo L’Annunziata Casal Balzan'''''”. | ||
Line 17: | Line 17: | ||
Is-Soċjeta’ tagħna kellha tgħaddi minn diżgrazzja traġika sfortunata u storika li ġratilha nħar il-Ħamis fit-tmienja ta’ filgħaxija, fit-22 ta’ Ottubru 1903, meta f’daqqa waħda nstemgħat splużjoni qawwija li regħdet mhux biss lir-raħal tagħna, iżda lil pajjiżna wkoll. Ir-riżultat kien li l-każin waqa’ u miegħu waqgħu ż-żewġt idjar ta’ maġenb il-każin. Ir-raġuni ta’ dan kollu kien li żewġ membri li kienu dilettanti tan-nar, dak inhar ħalltu xi kuluri u allura telgħu fuq biex jgħarblu ftit u b’hekk ikkumnikat ruħha mat-tubu tal-lampa u minnufih sploda l-kartell mimli bil-kulur u allura tar kollox fl-ajru. | Is-Soċjeta’ tagħna kellha tgħaddi minn diżgrazzja traġika sfortunata u storika li ġratilha nħar il-Ħamis fit-tmienja ta’ filgħaxija, fit-22 ta’ Ottubru 1903, meta f’daqqa waħda nstemgħat splużjoni qawwija li regħdet mhux biss lir-raħal tagħna, iżda lil pajjiżna wkoll. Ir-riżultat kien li l-każin waqa’ u miegħu waqgħu ż-żewġt idjar ta’ maġenb il-każin. Ir-raġuni ta’ dan kollu kien li żewġ membri li kienu dilettanti tan-nar, dak inhar ħalltu xi kuluri u allura telgħu fuq biex jgħarblu ftit u b’hekk ikkumnikat ruħha mat-tubu tal-lampa u minnufih sploda l-kartell mimli bil-kulur u allura tar kollox fl-ajru. | ||
Dak iż-żmien il-każin kien bieb ma’ bieb mad-dar tal-kappillan tal-lum, li dak iż-żmien kien ir-Rev. Dun Amabile Sisner. F’din id-diżgrazzja kienu sfaw feruti 42 persuna, u minnhom mietu 6 li kienu dawn: '''Valent Debono''', '''Toni Falzon''', '''Paolo Muscat''', '''Pio Muscat''', '''Giuseppe Muscat''' u s-sinjorina '''Concetta Sisner''', oħt il-Kappilan, u ftit wara mietet bl-istess kaġun '''Lonza Muscat'''. Għal din it-traċedja, is- | Dak iż-żmien il-każin kien bieb ma’ bieb mad-dar tal-kappillan tal-lum, li dak iż-żmien kien ir-Rev. Dun Amabile Sisner. F’din id-diżgrazzja kienu sfaw feruti 42 persuna, u minnhom mietu 6 li kienu dawn: '''Valent Debono''', '''Toni Falzon''', '''Paolo Muscat''', '''Pio Muscat''', '''Giuseppe Muscat''' u s-sinjorina '''Concetta Sisner''', oħt il-Kappilan, u ftit wara mietet bl-istess kaġun '''Lonza Muscat'''. Għal din it-traċedja, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette, organizzat ġbir flimkien ma’ dik tar-raħal tagħna sabiex jgħinu lill-familji tal-vittmi u għall-funerali tagħhom stess. | ||
Is-Soċjeta’ tagħna reġgħet infetħet nhar l-ewwel tas-sena 1904 u propju hawn is-Socjeta’ bidlet isimha għas-“'''''Soċjeta’ Marija Annunzjata'''''” kif kien għadu sa’ l-1994. L-ewwel President wara din id-diżgrazzja kien is-Sur [[Edwardo Borg]] u l-ewwel Segretarju kien is-Sur [[Valentino Callus]]. | Is-Soċjeta’ tagħna reġgħet infetħet nhar l-ewwel tas-sena 1904 u propju hawn is-Socjeta’ bidlet isimha għas-“'''''Soċjeta’ Marija Annunzjata'''''” kif kien għadu sa’ l-1994. L-ewwel President wara din id-diżgrazzja kien is-Sur [[Edwardo Borg]] u l-ewwel Segretarju kien is-Sur [[Valentino Callus]]. |
Revision as of 08:35, 14 June 2023
Clean-up Needed
The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.
Lis-Storja tas-Soċjeta' Filarmonika Marija Annunzjata Ħal Balzan
Is-Soċjeta’ tagħna ffurmat ruħha fl-1890, taħt l-isem ta’ Circolo L’Annunziata'' u minn dak iż-żmien ‘l hawn hija għaddiet minn bosta ġrajjiet.
L-iskop ewlieni tas-Soċjeta’ dejjem kien il-Festa ta’ Marija Annunzjata, u l-membri tagħha dejjem kienu jħabirku sabiex din il-Festa tkun mill-aqwa kemm tista’ tkun f’dak li huwa nar, armar u baned.
Il-membri tas-Soċjeta’ kienu wkoll anzjużi ħafna sabiex dejjem ikabbru l-lokal u dejjem ifittxu biex ikunu fiċ-ċentru ta’ Ħal Balzan. Dawn biddlu l-postijiet biex ikunu aħjar minn fejn kienu sa l-1920, sa meta din is-Socjeta’ kienet unika f’Ħal Balzan, u l-iskop ta’ din is-Soċjeta’ kien sabiex jgħin fil-bżonnijiet materjali tal-Parroċċa u fil-Festa Esterna tat-Titular tagħna.
Infatti, fl-1890 il-kappillan Dun Giovanni Sarreo li kien għadu kif laħaq, insista ħafna biex jibda l-invjar u l-iskultura tal-Parroċċa u hawn ħadmu kemm felħu l-membri ewlenin tas-Soċjeta’ tagħna li kienu dawn l-imgħallmin: Valent Falzon, Valent Muscat, Carmelo Sammut, Pio Ebejer, Valent Debono, Giuseppe Sammut u Pawlu Muscat. Dawn l-imgħallmin kienu megħjunin minn żgħażagħ oħrajn. Dawn kienu jappartjienu fil-kumitat tas-Soċjeta’, mill-President, Segretarju u Kaxxier wieħed wara l-ieħor.
Fil-bidu tal-eżistenza tiegħu, il-Każin kellu President Onorarju lill-avukat Dr.Vincenzo Frendo Azzopardi u li wara kien ukoll maħtur bħala President tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Dan is-Sinjur kien ta’ kull sena jistieden lil din il-Banda biex tagħmel programm għall-Festa tagħna u jispiċċa biex jitratta bi pranzu fis-sala tad-dar tiegħu. Wara dan is-Sinjur kellna Presidenti Onorarji lill-wisq nobbli s-Sur Konti Francesco Manduca, lill-Kappillan Dun Amabile Sisner, lil Sir Michael Angelo Refalo, President tal-Qorti, il-Maġistrat is-Sur William Soler LL.D., l-Onor. Prim Ministru, Chev. In-Nutar Ġorġ Borg Olivier, LL.D. M.L.A., lill-benefattur tar-raħal tagħna l-wisq nobbli Konti Bernardinu Manduca Piscopo Macedonia Zammit, lis-Sur Alber Fenech u lill-Onor. John Dalli fost l-oħrajn.
Il-membri tagħna, peress li fl-1900 kien sejjer jiġi ċċelebrat iċ-Ċentinarju ta’ l-Inkarnazzjoni t’ Alla, ma’ kullimkien, u billi dan kien jaffettwa l-misteru tal-Parroċċa tagħna, kienet saret festa solenni barra għall-ewwel darba u baqgħet issir sal-lum. Ħasbu biex iżanżnu bandalora bl-isem tas-Soċjeta’ ta’ “Circolo L’Annunziata Casal Balzan”.
Is-Soċjeta’ tagħna kellha tgħaddi minn diżgrazzja traġika sfortunata u storika li ġratilha nħar il-Ħamis fit-tmienja ta’ filgħaxija, fit-22 ta’ Ottubru 1903, meta f’daqqa waħda nstemgħat splużjoni qawwija li regħdet mhux biss lir-raħal tagħna, iżda lil pajjiżna wkoll. Ir-riżultat kien li l-każin waqa’ u miegħu waqgħu ż-żewġt idjar ta’ maġenb il-każin. Ir-raġuni ta’ dan kollu kien li żewġ membri li kienu dilettanti tan-nar, dak inhar ħalltu xi kuluri u allura telgħu fuq biex jgħarblu ftit u b’hekk ikkumnikat ruħha mat-tubu tal-lampa u minnufih sploda l-kartell mimli bil-kulur u allura tar kollox fl-ajru.
Dak iż-żmien il-każin kien bieb ma’ bieb mad-dar tal-kappillan tal-lum, li dak iż-żmien kien ir-Rev. Dun Amabile Sisner. F’din id-diżgrazzja kienu sfaw feruti 42 persuna, u minnhom mietu 6 li kienu dawn: Valent Debono, Toni Falzon, Paolo Muscat, Pio Muscat, Giuseppe Muscat u s-sinjorina Concetta Sisner, oħt il-Kappilan, u ftit wara mietet bl-istess kaġun Lonza Muscat. Għal din it-traċedja, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette, organizzat ġbir flimkien ma’ dik tar-raħal tagħna sabiex jgħinu lill-familji tal-vittmi u għall-funerali tagħhom stess.
Is-Soċjeta’ tagħna reġgħet infetħet nhar l-ewwel tas-sena 1904 u propju hawn is-Socjeta’ bidlet isimha għas-“Soċjeta’ Marija Annunzjata” kif kien għadu sa’ l-1994. L-ewwel President wara din id-diżgrazzja kien is-Sur Edwardo Borg u l-ewwel Segretarju kien is-Sur Valentino Callus.
Il-membri tagħna dejjem bdew ifittxu post, u daru diversi djar, 225 il-Misraħ, 226 il-Misraħ, 75 Triq il-Kbira u 83 Triq il-Kbira, sakemm ingħazel il-post fejn naraw illum. Mill-ewwel is-Soċjeta’ bdiet taħseb biex tagħmel sett statwi ġodda biex jintramaw fil-Festa ta’ Marija Annunzjata u bit-tħabrik tal-president tagħha s-Sur Edwardo Borg l-ewwel ma sar kien il-Papa Leone XIII u mbagħad sar is-sett tal-profeti, li dan iż-żmien sar jintrama fin-naħa ta’ fuq tar-raħal mill-Każin ta’ San Gabriel. Wara x-xogħol ta’ L-istatwi, is-Soċjeta’ ħasbet biex tagħmel disinn għall-faċċata tal-knisja, u dan sar fl-1906 mis-Sur Joseph Gauci.
Fis-sena 1915 is-Soċjeta’ tagħna rregalat standard li jirraprezenta l-arma ta’ Ħal Balzan lill-banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette tal-għarfien tar-relazzjonijiet tajba li dejjem kienu jeżistu bejn iż-żewġ każini.
I}
Organisation
Surmastrijiet
No | Surmastrijiet | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Raymond Cremona | 1993 | 2022 |
02 | Christopher Tanti | 2023 |
Presidenti
No | Presidenti | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Valent Falzon | 1890 | 1897 |
02 | Piju Ebejer | 1898 | 1903 |
03 | Edwardo Borg | 1904 | 1916 |
04 | Carmelo Gambin | 1917 | 1918 |
05 | Ġiuseppi Vassallo | 1919 | 1923 |
06 | Salvatore Pisani | 1924 | |
07 | Carmelo Muscat | 1925 | 1936 |
08 | Salvatore Pisani | 1937 | 1946 |
09 | Valent Cardona | 1947 | |
10 | Mario Borg | 1948 | 1949 |
11 | Albert J.Fenech | 1950 | 1951 |
12 | Ġiuseppe Chetcuti | 1952 | 1953 |
13 | Carmelo Zarb | 1954 | |
14 | Valent Borg | 1954 | |
15 | Paul Pullicino | 1955 | 1956 |
16 | Carmelo Zarb | 1957 | |
17 | Paul Pullicino | 1957 | 1998 |
18 | Paul Grima | 1959 | 1999 |
19 | Joe Camilleri | 1998 | |
20 | John Bray | 1999 | |
21 | Daniel Muscat Caruana | 2019 |
Secretarji
No | Secretarji | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | Gabriel Muscat | 2019 |
Teżoriera
No | Teżoriera | Minn | Sa |
---|---|---|---|
01 | David Camilleri | 2019 |
Band Commissions
Band Activities Overseas
Historical Events in which the Band participated
Song Festivals, Events or Drama Activies
Annual Concerts
Annual Musical Activities
Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)
Cassettes
No | Name of Cassettes - Festives Marches | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (Vol. 01) (1994) | 1994 | * | |||
02 | Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (Vol. 02) (1996) | 1996 | * | |||
03 | Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (Vol. 03) (2000) | 2000 | * | |||
04 | Festive Marches - Marċi Brijużi - F'Għeluq l-Għaxar Snin Banda (1994-2004) Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (2004) | 2004 | * |
- Cassette 2004 also publish on Cd too.
CD's
No | Name of Cd's - Festives Marches | Year | Marches | Funeral Marches | Waltzes | Others |
01 | Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (2006) | 2006 | * | |||
01 | Festive Marches - Mis-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata (2009) | 2009 | * |
NB:- Cassette (2000) was published as Cd also.