Soċjetà Filarmonika Madonna ta' Fatima

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Storja

Storja tas-Soċjetà Filarmonika Madonna ta' Fatima Il-ħsieb u x-xewqa li fil-lokalità tal-Pietà tinħoloq banda kien ilu jberren f’bosta mħuħ imma qatt ma seħħet din ix-xewqa sakemm fl-2020 grupp ta’ ħbieb iddeċieda li akkost ta’ kollox din il-ħolma ta’ ħafna għandhom ikunu huma li jagħmluha realtà.

Twaqqif

Kien il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2020 meta grupp ta’ ħbieb li kollha b’xi mod jew ieħor kellhom xi relazzjoni ma’ Tal-Pietà, ftehmu li jiltaqgħu fil-klabb tal-futbol tal-Pietà Hotspurs. Madwar mejda fil-bar ta’ dan il-każin ġiet imwaqqfa l-banda f’Tal-Pieta. Dawk li kienu madwar il-mejda dakinħar kienu: Dennis Zammit, Damien Saliba, Robert Farrugia, Josef Saliba, Duncan Mifsud, Carl Mifsud, Matthew Zammit, Mark Azzopardi u Patri Reno Muscat. Dak il-jum kellu jitqies bħala t-twaqqif tas-soċjetà. Dawk ta’ madwar il-mejda kienu l-membri tal-Kumitat Fundatur. Kien deċiż li għalissa ma tinxteridx il-kelma dwar it-twaqqif ta’ din l-għaqda ġdida. Intużat prudenza kbira għax il-Kumitat Fundatur ried li ladarba jitħabar it-twaqqif ta’ din is-soċjetà ikollu saqajh fis-sod. Sa mit-tieni laqgħa inħass li hemm bżonn element femminili fil-kumitat Fundatur. Kienet issuġġerita Natasha Farrugia li min-naħa tagħha laqgħet bil-ħeġġa din in-nomina.

Baqgħu jisru laqgħat spiss sakemm ir-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-Covid-19 kienu jippermettu. Kien deċiż li l-isem uffiċċjali tal-għaqda jkun Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Fatima – Gwardamanġa Pietà. Beda jinbena statut tal-għaqda u meta ma setgħux isiru aktar laqgħat minħabba l-pandemija, ix-xogħol kompla permezz ta’ laqgħat online.

Sede

Il-membri tal-Kumitat Fundatur qabblu li l-għaqda għandha jkollha s-sede tagħha. Kollha qabblu li għandu jsir sfors biex il-post bin-numru 231 fi Triq id-Duluri jista’ jkun post ideali bħala sede tal-għaqda. Dan il-post kien ilu għal bosta snin mitluq u għalhekk ma kellhiex tkun problema biex jiġi akwistat. Beda l-proċess biex dan il-post jgħaddi f’idejn l-għaqda. Nhar id-9 ta’ Settembru 2021 sar il-ftehim u kien ġiet ffirmat il-kuntrat tal-kiri tal-post li kellu jservi bħala sede tas-Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Fatima.

Titħabbar is-Soċjetà

Issa li l-għaqda kellha d-dar tagħha il-membri tal-Kumitat Fundatur ħaseb li jiltaqa’ bla dewmien. Dakinhar li ħa ċ-ċwievet tal-post f’idejh iltaqa’ u kien deċiż li issa għandu jitħabbar it-twaqqif ta’ din il-banda. Dakinħar filgħaxija stess kienet varata il-paġna ta’ Facebook tas-Soċjetà. Fuq il-paġna tniżżel il-mission statment tas-soċjetà: Is-Soċjetà Filarmonika Madonna ta' Fatima - Gwardamanġa - Pietà twaqqfet bħala għaqda awtonoma u indipendenti minn kull għaqda jew entità oħra fil-lokalità. L-għan ewlieni tas-Soċjetà huwa li tinxtered il-kultura mużikali ġewwa raħalna kif ukoll tkun għaqda soċjali fejn isiru wkoll attivitajiet kulturali u sportivi. Is-Soċjetà Filarmonika Madonna ta' Fatima għandha tkun id-dar komuni tal-Pjetaniżi kollha. Dakinhar ukoll bdew jinġabru s-soċi. Kien Patri Reno Muscat l-ewwel persuna li ħallset il-menswalità. Il-membri l-oħra preżenti ħallsu l-menswalità tagħhom ukoll u nbdiet kampanja ta’ tesserement. Sal-għada filgħodu Tal-Pietà kollu kien qed jitkellem dwar il-banda l-ġdida fil-lokalità tagħhom. Bosta ssieħbu mal-għaqda anke permezz ta’ fomola online li saret apposta.

Arma u standard

Ġie kkuntattjat l-artist Silvio Pace biex jiddisinja l-arma tas-Soċjetà. Dan l-artist ħadem arma pulita li turi l-arpa u t-trombi li jirrapreżentaw il-mużika, ir-rand li jissibolizza l-glorja u ċ-ċentru ta’ kollox in-Nome di Maria bil-kuruna għaliex is-Soċjetà ġġib isem il-Patruna ta’ Tal-Pietà – Il-Madonna ta’ Fatima. Fil-parti ta’ isfel hemm faxxa bil-kliem: Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Fatima – Gwardamaġa Pietà. L-ispejjeż marbutin max-xogħol ta’ din l-arma tħallsu mill-membru tal-Kumitat Fundatur Dennis Zammit. Sar ukoll standard irrakkmar bin-Nome di Maria u bil-kliem Soċjetà Filarmonika Madonna ta’ Fatima – Gwardamaġa Pietà. Il-ħjata tiegħu saret minn Doris Hili u x-xogħol tal-metal minn Twanny Zammit. Damien Saliba, membru tal-Kumitat Fundatur ħareġ l-ispejjeż kollha għal dan l-istandard.

L-Ewwel Dehra

Is-soċjetà għamlet l-ewwel dehra tagħha fil-lokalità nhar il-Ħamis 14 ta’ Ottubru 2021. Dakinhar Patri Joseph Zahra OP ġie maħtur kappillan tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima – Gwardamanġa Pietà. Dakinhar fil-knisja parrokkjali kien hemm l-istandard tal-għaqda kif ukoll il-membri tal-Kumitat Fundatur Dennis Zammit, Josef Saliba u Mark Azzopardi bl-ingravata tas-soċjetà.

Laqgħa Ġenerali

Fl-14 ta’ Novembru 2021 saret l-ewwel laqgħa ġenerali biex fiha jiġi elett l-ewwel kumitat amministrattiv. Il-laqgħa nżammet ġewwa s-sala tal-konferenzi tal-Klabb ta’ Pietà Hotspurs u keinn hemm attendenza sabiha ħafna. F’din il-laqgħa sar diskors ta’ merħba minn Patri Reno Muscat OP u s-Sur Josef Saliba li sa mit-twaqqif tal-għaqda wettaq ix-xogħol ta’ segretarju, qara sintesi tal-istatut li kien approvat mill-membri preżenti b’mod unanimu. Minħabba li l-istatut tal-għaqda jgħid li l-Kumitat amministrattiv ma jistax ikun iffurmat minn aktar minn 15-il persuna, inqraw in-nomini u nstab li kienu 15, għalhekk ma kienx hemm għalfejn issir elezzjoni. Il-membri kollha tal-kumitat kienu approvati b’mod unanimu mill-membri preżenti.

Il-Kumitat Amministrattiv huwa dan:

  • Dr. Malcolm Mifsud President
  • Sur Charles J. Giuliano Segretarju
  • Sur Mark Azzopardi Kaxxier

Membri tal-kumitart huma s-Sinuri: Dennis Zammit, Damien Saliba, Fr. Reno Muscat, Josef Saliba, Robert Farrugia, Duncan Mifsud, Carl Mifsud, Matthew Zammit, Natasha Farrugia, Reginald Salnitro, Twanny Theuma u Charlie Mizzi.

Fil-laqgħa ġenerali kienu wkoll nominati u approvati is-sinjuri John Saliba, Mario Mallia u Perit. Lucien Stafrace bħala membri onorarji u s-Sur Keith Tanti bħala President Onorarju.

Il-Ġejjieni

Il-ħsieb tal-għaqda hu li fil-qrib issir l-għażla tas-surmat kif ukoll rinnovament tas-sede biex ikun jista’ jservi aħjar lill-għaqda u lill-banda.

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Mario Testa 2022

Presidents

No Presidents From Until
01 Dr.Malcom Mifsud 2021

Secretaries

No Secretaries From Until
01 Charles J. Giuliano 2021

Treasurers

No Treasurers From Until
01 Mark Azzopardi 2021

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Festive Marches Waltzes Others

Cd's

Programmes and Publications

Memorials

External links

[[1]]