Salvu Giordimaina

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Salvu Giordimaina twieled ir-Rabat, Malta fl-1 ta' Frar tas-sena 1929.

Ommu u missieru kienu jħobbu u jaħdmu fl-agrikoltura, iżda l-mużika dejjem kienet preżenti fil-familja Giordimaina. Missieru Publius kien idoqq l-accordion u l-kastanjoli f'daqqa.

Din kienet in-novità ta' dak iż-żmien fl-okkażjonijiet speċjali tal-familja. Salvu qabad jistudja l-kornu f'età żgħira mal-banda tas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru, li tant kien iħobb u baqa' jħobb sal-aħħar.

Barra minn ma l- Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru, Salvu, tista' tgħid li daqq bħala freelancer mal-baned kollha ta' Malta u Għawdex. Kiteb diversi marċi brijużi bħal Warda Ħamra u ħafna baned daqqew ix-xogħlijiet tiegħu.

Siefer kemm-il darba jdoqq ma' baned barra minn Malta u l-aktar darba li kien isemmi kien meta mar l-Amerka mal-banda tas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru w nqabdu għal xi jiem hemm fil-famuża ġurnata meta sfaw attakkati t-Twin Towers - il-banda kollha kellha ssib fejn toqgħod ma' Maltin li joqogħdu hemmhekk sakemm l-ajruporti reġgħu fetħu.

Barra l-baned, Salvu għamel karriera twila jdoqq id-drums bil-banda tiegħu Salvu & his Melody Band f'tiġijiet u okkażjonijiet bħal dances tal-Ingliżi ma' ħafna mużiċisti popolari Maltin.

Għall-aħħar tal-karriera tiegħu, kien għaqqad Brass Band li kienet tmur iddoqq fi stabbilimenti u lukandi lokali. Salvu kien miżżewweġ lil Luċija u dawn kellhom tliet itfal: Ronald, David u l-pjanist, kompożitur, kantant Paul Giordimaina. Dan tal-aħħar jgħid li kien missieru Salvu li għaddielu l-imħabba kbira għall-arti tal-mużika, liema passjoni Salvu baqa' jsegwi sal-aħħar nifs ta' ħajtu.

Salvu Giordimaina ħalla din id-dinja fit-18 ta’ Settembru, 2018.