Leonard Spiteri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Leonard Spiteri

Mro Leonard Spiteri F.L.C.M. twieled L-Imqabba nħar it-18 ta’ Jannar 1930, iben Ġużeppi u Marija née Debattista. Attenda l-iskola Primarja tal-Gvern u l-Kulleġġ De La Salle. Daħal bħala apprentice joiner fit-Tarzna tal-armiraljat fl-1945.

Beda jitgħallem il-mużika u d-daqq tal-oboe fil-Każin Re Ġorġ V u ddebutta mal-Okestra Santa Marija. Bandist regolari tal-Banda Re Ġorġ V mit-twaqqif tagħha fl-1947.

Fl-1953 ħadem bradella u bankun għall-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba. Din l-opra ġiet iddisinjata minnu stess bi stil kompletament ġdid għal dak li soltu naraw. Fl-istess sena ddisinja u ħadem il-bieb ta’ barra tal-Każin tas-Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V Mqabba. Fl-1950 beda l-istudji tiegħu tal-armonija u l-kontrapont għand is-Surmast Carmelo Costa u kkwalifika għad-diploma A(Mus)LCM. fl-1953.

Sadattant Leonard Spiteri ġie maħtur Surmast Direttur tal-Banda tas-Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V Mqabba, kariga li okkupa bejn l-1953 u l-1956. Inkuraġġit mill-ewwel suċċessi fl-istudji mużikali, iddeċieda li japprofondixxi b’iktar serjetà. Fl-1956 mar Londra u rreġistra bħala student tal-London College of Music u l-Guild Hall of Music and Drama fejn kien jattendi bħala ‘evening classes student’. Fl-1957 ikkwalifika għad-diploma L(Mus)LCM. u ghal F.L.C.M. fl-1962. Sa fejn hu magħruf dan kien l-ewwel Malti li studja fil-London College of Music u mmerita dawn iż-żewġ diplomi.

B’rabta maċ-ċentinarju Pawlin fl-1960 ikkompona St. Paul’s Variations, mużika bbażata fuq l-għajdut antik Malti li nħar San Pawl it-temp jinbidel seba’ darbiet. Din il-kompożizzjoni tibda b’tema prinċipali li tissolvi f’seba’ varjazzjonijiet kollha bbażati fuq it-tema prinċipali jew l-istess armonija. ‘St. Paul’s Variations’ ixxandret għall-ewwel darba fuq il-BBC fi programm apposta fl-okkażjoni tal-festi ċentinarji ta’ San Pawl fl-1960 u ndaqqet mill-pjanista Frederic Stone.

Fl-1962 ġie intervistat fuq il-BBC Overseas u f’din l-okkażjoni reġgħet indaqqet is-‘St. Paul’s Variations’. Meta kien għadu Londra Maestro Spiteri kkompona ‘Roosevelt Scroll’, kantata għall-Orkestra, baritonu u kor. Bażata fuq il-messaġġ ta’ unur li dan il-President Amerikan ta’ lil Malta u li jinsab mal-faċċata tal-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta, din il-kompożizzjoni tlestiet nħar il-11 ta’ Novembru 1963; dak in-nħar stess li mietet Lady Roosevelt. F’Londra Mro Spiteri kien għal tul ta’ snin inkarigat minn funtana artistika mżejna bil-fjuri u dawl elettriku fuq sprays tal-ilma li kienet tintrama fir-Royal Albert Hall tul id-49 ‘promenade concert’ organizzati mill-BBC.

Lura f’Malta fl-1964 kiteb innu ‘Lil Marija Assunta’ għall-banda li tant kien ħadem għaliha – Is-Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V Mqabba. Dan ir-rigal kien l-ewwel innu għall-vuċi pwerili li kellha s-Soċjetà Santa Marija għall-festa tal-parroċċa. Mill-mod kif bena din il-kompożizzjoni u l-maestrija fl-armonija, nibdew nifhmu l-abiltà ta’ dan is-surmast kompożitur. Indaqq l-ewwel darba mill-Banda Re Ġorġ V minn fuq iz-zuntier fi ħruġ il-vara ta’ Santa Marija min-niċċa nħar il-Ħadd 9 ta’ Awwissu 1964, u kien kantat minn kor ta’ xebbiet tas-Soċjetà.

Fl-istess sena ħadem bankun fejn jitpoġġa s-salib u l-lanterni tal-fratellanza tar-Rużarju u fl-istess żmien ukoll irrinova l-bieb ta’ barra tal-każin. F’Novembru 1964 ġie mpjegat bħala full-time Visiting Master fil-mużika u l-craft mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fejn wara ġie stabbilit. Dam 27 sena f’dan l-impjieġ sa ma’ rtira bl-età.

Fl-1965 ħa sehem kbir fid-dekorazzjoni tas-sala tal-każin tas-Soċjetà Santa Marija. Fuq disinn tas-Sur Ġuzè Galea, mir-Rabat, għamel il-forom għall-iskultura kollha tas-saqaf u wara ffurmahom u waħħalhom f’posthom. Mhux possibbli nelenka l-kontribut tiegħu, madanakollu biżżejjed ngħid li kien moħħ prinċipali wara x-xogħol.

Bejn l-1984 u l-1986 Mro Spiteri ddisinja u ħadem in-niċċa għall-istatwa ta’ San Bastjan. Din hi l-akbar xogħol fid-daqs li ħarġet minn idejh. Fuq disinn tas-Sur Frans Galea ħadem ix-xogħol tal-injam tal-pedestall waqt li l-abbozzi tal-bronż saru mid-disinjatur. Ħadem ukoll il-bażi tan-niċċa għall-Madonna tad-Duluri, li qatt ma kienet kompluta. F’dan ix-xogħol ta’ min japprezza d-disinn, konstruzzjoni, il-kwalità u metodu tal-interzja li jeħodna lura għal mijiet ta’ snin, xogħol li ma tantx jidher fil-knejjes ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, fejn mar jgħix meta żżewweġ lil Josephine née Borg fl-1968.

Għad li għal dawn is-snin kollha għex barra minn raħal twelidu, Mro. Leonard Spiteri għadu jħobb u jinteressa ruħu fl-Imqabba u b’mod partikulari fis- Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V Mqabba