Lawrence Gatt

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Lawrence Gatt twieled ir-Rabat, Malta, fit-12 ta’ Mejju 1941. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa bħala perit fl-1967. Miżżewweġ lil Agnes née Sciberras u għandhom tlitt itfal – Louiselle, Etienne u Joseph.

Ikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba fl-1971 u ġie elett. Baqa’ jiġi elett fl-erba’ elezzjonijiet li ġew wara. Hekk għal ħamsa u għoxrin sena rrappreżenta l-kostitwenti tiegħu fil-Parlament.

Għal ħdax-il sena (1976–87) kien Shadow Minister tal-Agrikoltura u Sajd. Wara l-elezzjoni tal-1987 ġie maħtur Ministru tal-Iżvilupp tal-Produzzjoni (1987–90), Ministru tal-Agrikoltura u Sajd (1990–92) u Ministru tal-Ikel, Agrikoltura u Sajd (1992–94).

Għal tlieta minn erba’ laqgħat tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-Ewropa, organizzati mill-F.A.O. ġie appuntat viċi chairman u mexxa laqgħa fit-tlitt okkażjonijiet.

Kien il-moħħ wara l-introduzzjoni tal-Akkwakultura f’Malta, it-twaqqif tal-Istitut tal-Agrikoltura fl-Università ta’ Malta kif ukoll l-introduzzjoni tad-Drip Irrigation fuq skala nazzjonali. Ġiet stabbilita wkoll it-teknika moderna tal-micropropagation, u d-Dipartiment tal-Konsumatur li kien jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu.

Lawrence Gatt ingħata l-onorefiċenza Ġieħ il-Mosta mill-Kunsill Lokali tal-Mosta. Kien l-ewwel President tas-Sirens Football Club ta’ San Pawl il-Baħar u żamm din il-kariga għal tmienja u għoxrin sena. Huwa membru tal-Għaqda Poeti Maltin u tal-Akkademja tal-Malti.

Il-Pubblikazzjonijiet tiegħu huma: ktieb ta’ stejjer umoristiċi, Stejjer mill-Għorfa (1996), ġabra ta’ poeżiji Fejn Tħabbat il-Qalb, (1998), tliet rumanzi, Marlene – meta l-Qalb Tħobb (2000), Il-Ġurament tal-Ħatra (2013), Id-Dnub ma Jorqodx (2015), novelli Il-Qlugħ Aħmar u 31 Novella oħra (2016) u r-rumanz Rabtiet (2017).