Kenneth Mizzi

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Kenneth Mizzi twieled 20 t’ April 1970. Huwa id-Direttur Ġenerali tal-kumpanija televiżiva 4sight għal dawn l-aħħar 5 snin, huwa kien ukoll Direttur Ġernerali tal-kumpanija Horizons Communications għall-10 snin fejn huwa pproduċa diversi programmi fuq stazzjonijiet varji televiżivi.

Dawn il-produzzjonijiet wassluh biex rebaħ awards fosthom best reality Television program. Fost produzzjonijiet oħra Kenneth tella’ teledrammi varji fosthom: Leli ta’ Ħaż-Żgħir, Ħarsa ta’ Rużan, Mattia u Il-Gwerra l-Kbira.

Kenneth pproduċa ukoll diversi dokumentarji fosthom Kuluri tal-Awtiżmu, Kristu min Hu?, Pape, Dimentia , Kromozona u Tlett Ibliet. Fost programmi televiżi oħra, wieħed mill-aktar programmi għal qalb Kenneth huwa l-programm Lenti li ilu jipproduċih għal dawn l-aħħar 7 snin.

Barra minn hekk Kenneth pproduċa ukoll diversi programmi tar-radju fejn rebaħ diversi premijiet mill-Awtorita’ tax-Xandir. Bħala pubblikatur huwa ppubblika ‘il fuq minn 100 ktieb li wasluh sabiex jirabħ diversi Premjiet tal-Kotba Nazzjonali organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Kenneth huwa artist versatili, infatti l-arti jesprimiha ukoll permess tal-mużika hekk kif minn eta’ tenera huwa tgħallem idoqq it-trumbetta kif ukoll sassafonu mal-għaqda mużikali San Ġorġ Bormla u kompla jagħmel dan għal diversi snin lil hinn mill-Banda.

Kenneth flimkien ma Alfie Fabri u Noel Magri kienu uħud mill-fondatturi tal-Malta Music Awards.