Joseph Ghigo

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Joseph Ghigo

Is-Sur Gużepp Ghigo ilu midħla tal-każin sa mill-1935. Dik is-sena saret festa għad unur l-għeluq il-25 sena tar-Re Ġorġ V fuq it-tron tal-Ingilterra. Kienu saru festi kbar. Il-każin kien armat bil-bandalori mal-pilastri. Gużepp qatt qabel ma kien ra dawk l-affarijiet u allura kienu dawn li ressquh pass pass lejn il-każin, u l-impressjoni baqgħet f’moħħu.

Gużepp kien dilettant kbir tal-logħob tan-nar tal-art, u moħħu kien dejjem għaddej, jaħseb kif jista’ joħloq xi ħaġa ġdida, u li tkun l-ewwel ġol-Imqabba, u kif ukoll forsi ġo Malta. Kien xogħol li jirrikjedi ħafna ħsieb. Żewġ innovazzjonijiet li ħarġu mingħand Guzepp kien propju l-universal joint kif ukoll il-famuż arloġġ repplika ta’ dak tal-Knisja Parrokkjali li kien saħansitra jdoqq it-tokki. Il-ġibda għall-każin u għall-festa kienu l-kaġun li ta’ ruħu u saħħtu għal dak l-iskop. L-ewwel kien ġie elett bħala segretarju u saħansitra wara bħala President tas-Soċjetà bejn is-snin 1975 u 1977, għax il-partitarji kienu jaraw fih bniedem ħabrieki, onest u patrijott kbir lejn il-każin. Guzepp Ghigo flimkien ma’ ħutu Kola u l-mibki Dun Karm huma benefatturi tas-Soċjetà. Fis-snin tmenin għaddew biċċa art lis-Soċjetà fejn illum jinsab wieħed mill-imħażen.

Is-Sur Guzepp Ghigo jew aħjar kif dejjem kien magħruf ma’ kulħadd bħala ‘n-Naqxi’ ħalla dan il-wied tad-dmugħ nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar 2011. Il-funeral sar l-għada s-Sibt 12 ta’ Frar 2011 fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba ddedikata lill-Assunzjoni ta’ Marija li tagħha Gużepp kien tant devot.