Joe Carr

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Joe Carr twieled il-Ħamrun fit-23 ta' Jannar, 1958 fil-familja ta’ tlett aħwa, Licienne,il-kbira, Theresa ż-żgħira u Joe f’nofshom.

Ħa l-edukażżjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Ħamrun u s-sekondarja fl-iskola tal-Marsa.

Ta' 7 snin kien diġa beda jkanta fil-kor ta' l-abbatini fil-kunvent ta' San Frangisk il-Ħamrun.

Ta' 13 'il-sena ħa sehem fl-ewwel kor tal-festival lokali Zecchino D'Oro li kien jigi organiżżat minn mis-Sinjura Carmen Degiorgio. Fl-istess sena kien beda jitgħallem bħala trumbunista mal-kazin ta' San Gejtanu l-Ħamrun taħt is-Surmast Nazzarenu Mifsud. Inaqagħdt ukoll bħala trumbunista ma l-Orkestra Malta Żagħżugħa għal sentejn taħt it-tmexxija tas-Surmast Carmelo Abela.

Hawn kien beda ukoll jieħu sehem f'festivals lokali bħala kantant solista mal-G.M.Productions fost l-oħrajn. Fl-1974 fetħet l-Iskola tal-mużika Johan Strauss u daħal jistudja l-perkussjoni taħt Charles “City” Gatt Fejn dan il-personaġġ bravu kien għaqqad grupp tal-perkussjonisti li kienu jistudjaw taħtu u wara kienu taw l-ewwel kunċert ġo waħda mis-swali ta' Dar il-Mediterran Sala Guze Ellul Mercer li kien suċċess kbir għal dak iż-żmien. Fl-1975, ingħaqad ma l-ewwel grupp folkloristiku Qoton fejn kienu taw diversi wirjiet u ħadu sehem f'bosta festivals lokali.

Kienu wkoll ħarġu l-kanzunetta popolari mal-grupp The X-Bones Filghodu Kmieni fejn kienu tleghlu sal-5 post tal-klassifika tal-bejgħ tad-diski Maltin ta' dak iż-żmien.

fl-1976 inagħqad ma'l-grupp mużikali The Melodic Sound fejn daqqew ma diversi postijiet madwar Malta w Għawdex. Xi snin wara inbidlu xi membri u anki spiċċaw wkoll bidlu l-isem għal Discovery.

Dam ma’ dan il-grupp mużilkali għall-13 il-sena. Imbagħad kellu jħalli dan il-grupp fl-1989 għax kien daħal jkanta bħala kantant solista ġo wieħed mill-akbar Nightclubs ta' Malta Eden Palladium ġewwa San Giljan fejn dam hemm ikanta mal-kwartett residenzjali għal sentejn.

Fis-snin tmenin ħa sehem ukoll bħala kantant solista fil-festival Internazzjonali tal-kanżunetta Maltija għal 3 snin konsekuttivi, 1985, '86, '87.

Lura fl-1978 kien ingħaqadt mal-grupp folkloristiku popolari ieħor Qawsalla fejn ukoll kienu jagħtu diversi wirjiet madwar Malta w Għawdex u anke f'diversi pajjizi barranin fejn kienu jigu mistiedna.

Pero l-aktar li dan il-grupp kien spikka, kien meta kienu ħadu sehem kemm bħala atturi kif ukoll bħala kor fir-Rock Opera monumentali Ġensna li kienet ittellgħat għal 40 darba ġewwa Dar il-Mediterran u f’Ħaġar Qim, kif ukoll Għawdex.

Dawn il-gruppi w muzicisti llum sfaxxaw kollha għax kif wieħed jista jissopponi, iż-żmien jinbidel u x-xoghol m'għadux li kien għax naqas ħafna.

Illum Joe għadu għaddej jkanta waħdu bħala solista għal dawn l-aħħar 18 il-sena u ħadem w għadu jaħdem f’diversi postijiet fejn jkun ordna fejn jaħdem bis-sistema ta' backing tracks.

Xi snin ilu Joe kien beda jaħdem fix-xena tal-films wkoll, bħala attur jew extra, fejn ħa sehem f'diversi sensieliet televisivi lokali u anke produżżjonijiet barranin, fosthom l-aħħar film barrani li kelli parti sekondarja kien tas-sensiela televisiva Ngliża Sinbad.

Sensieliet lokali, li ħa sehem fihom insemmgħu f'La Familglia, Żvintura 2,Dreams, Zafira apparti li kellu wkoll sehem f’film qasir ta’ 25 minuta li se jiehu sehem f'kompetiżżjoni tal- Festival Internażżjonali tal-Films qosra li se jintwera fuq TVM f'Ġunju jew Lulju tas-sena 2013, b’isem il-Knisja ta'l-Erwieh. Fejn ħadem l-parti ta'sagristan.

Discography

Albums

Singles

External Links