In Viagrande - 2018

From M3P
Jump to navigation Jump to search

Il-Banda San Lawrenz tal-Birgu żaret Viagrande, Sqallija mis-Sibt 13 ta’ Jannar sat-Tlieta 16 ta’ Jannar 2018. Din iż-żjara kienet l-ewwel parti tal-iskambju mużikali mal-Associazione Culturale Musicale Bandistica Synphonica Citta` di Viagrande. Il-grupp, magħmul minn mużiċisti, membri tal-kumitat u partitarji, li kien jammonta għal madwar 54, telaq lejn Katanja kmieni s-Sibt 13 ta’ Jannar u wasal fil-Lukanda f’Acitrezza f’nofsinhar, wara żjara fuq l-Etna ftit wara l-wasla tagħha. Filgħaxija, il-grupp mill-Birgu attenda għall-ispettaklu tad-dawl u s-sinkronizzazzjoni tad-dwal u l-logħob tan-nar f’Viagrande għall-festa ta’ San Mauro, wara żjara qasira fiċ-ċentru tal-belt ta’ Katanja.

L-għada l-Ħadd 14 ta’ Jannar, il-Banda San Lawrenz, akkumpanjata mill-partitarji tagħha, daqqet għall-ewwel darba fil-festa ta’ San Mauro. L-ewwelnett sar marċ tal-festa kmieni wara nofsinhar u ftit wara akkumpanja l-purċissjoni bir-relikwa qaddisa ta’ San Mauro. Wie[ed jista’ fa/ilment jg[id li ]-zewg wirjiet kienu su//ess kbir, li jonoraw kemm il-Birgu kif ukoll lil Malta.

It-Tnejn 15 ta’ Jannar, il-wirjiet mużikali tal-Banda San Lawrenz laħqu l-qofol tagħhom hekk kif dan kien il-jum tal-festa ta’ San Mauro. L-ewwel rappreżentazzjoni li saret mill-banda kienet kmieni filgħodu fejn akkumpanjat lis-Sindku ta’ Viagrande mir-residenza tiegħu sal-knisja parrokkjali għall-quddiesa. Wara dan, għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Banda San Lawrenz għamlet kunċert taħt il-bakkata ta’ Mro Jonathan Abela fil-pjazza ewlenija ta’ Viagrande, u daqqet din il-mużika:

No Work Composer
* Mexicali Brass J. Cacavas
* Alba d’Amore Mro.Ġiovanni Giumarra
* Radetsky March J. Strauss
* Concerto D’Amore J. De Haan
* Luglio Arr. A. Calleja
* The Last Waltz Arr. C. Pisani
* You’ll be in My Heart Arr. J. Van Kraeydonck

Dan il-kunċert kien milqugħ tajjeb mill-pubbliku ġenerali. Waqt dan il-kunċert, wieħed irid jgħid li saru skambju ta' preżentazzjonijiet bejn uffiċjali mill-Każin tal-Banda San Lawrenz u l-Associazione Culturale Musicale Bandistica Synphonica Citta` di Viagrande. Wara tmiem dan il-kunċert, il-Banda San Lawrenz akkumpanjat l-istatwa ta’ San Mauro wara l-bidu trijonfali tal-purċissjoni sal-ewwel stadji tal-purċissjoni. Dan ġab fi tmiemha b’suċċess il-wirjiet mużikali tal-Banda San Lawrenz f’Viagrande.

It-Tlieta 16 ta’ Jannar, il-grupp żar il-belt pittoreska ta’ Taormina u filgħaxija rritorna lura Malta, sodisfatt bl-eżitu ta’ suċċess ta’ din iż-żjara mużikali.