George Busuttil

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

George Busuttil

George Busuttil twieled L-Imqabba fit-30 ta’ Ottubru 1942 bin Anthony u Rita née Ciantar. Studja fl-Iskola Primarja tal-Imqabba u wara kompla fil-Liċeo u l-Kulleġġ tal-Għalliema. Ħadem bħala għalliem fl-iskejjel Primarji u Sekondarji u rtira bħala Assistent Surmast tal-Junior Lyceum. Iżżewweġ lil Mary née Mifsud u kellhom tlett itfal. Wara l-mewt ta’ martu Mary, iżżewweġ lil Lukky née Farrugia u mar joqgħod iż-Żurrieq.

Kien attiv fis-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba bħala membru tal-kumitat għal diversi snin fejn serva wkoll ta’ President bejn is-snin 1962 u 1966 kif ukoll bejn il-1977 u 1983.

Bħala passatemp ewlieni kellu l-attivitajiet sportivi fejn ikkwalifika wkoll bħala kowċ fl-1972. Ikkowċja diversi timijiet tal-football u fost l-unuri li rebaħ hemm, il-kampjonat tal-ogħla Diviżjoni tal-futbol Malti ma’ Hibernians FC fis-sena 1976 biex wara rebaħ l-istess titlu ma’ Valletta FC fl-1990.

George Busuttil offra wkoll l-għajnuna tiegħu ma’ Mqabba FC Youth Nursery b’riżq it-tfal Imqabbin. Għandu għal qalbu ħafna x-xogħol fil-Volontarjat. Fil-preżent jagħti sehem fl-organizzazjoni tal-purċissjoni tal-festa.