Eusebio Buhagiar

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Eusebio Buhagiar

Eusebio Buhagiar twieled is-Siġġiewi nħar 30 ta’ Nejju, 1950, bin Emmanuel u Rożanna nee’ Micallef it-tnjen mis-Siġġiewi. Eusebio huwa s-sitt wild minn familja numeruza ta’ tnax aħwa, disa’ subien u tlett ibniet li kienu; Nick li jgħix l-Awstralja, Mro. Dion Buhagiar is-Surmast li għal bosta snin idderiġa il-banda tas-Siġġiewi Brass Band, Sr. Clementina, Angelo li miet fil-31 ta’ Jannar, 2020 f’ Sydney, l-Awstralja, Salvu, Ewsebio (il-fundatur tas-Siġġiewi Brass Band) Joe, Margaret, Nazzareno, Daniel Buhagiar għalliem u kummentaru Sportiv, u t-tewmin Paul Buhagiar li nafhu bħala kantant u Doris.

Eusebio studja fl-iskola Primarja tal-istess raħal. Kien abbati fil-knisja tar-raħal. Hu kien jattendi lezzjonijiet tad-duttrina fil-Museum tar-raħalu wara ssieħeb fl-Azzjoni Kattolika. Ta’ eta’ żgħira Eusebio kien beda jattendi l-klassijiet ta’ filgħaxija ta’ l-arti u skultura fejn tgħallem is-sengħa li tant kien iħobb.

Wara beda jaħdem ġo fabbrika tal-għamara fejn Eusebio kien jaħdem fl-iskultura.

Xi snin wara temm l-impieg tiegħu fil-fabbrika fil-fabbrika Eusebio beda jaħdem għal rasu fejn ħadem ħafna xogħol ta’ Skultura għal ħafna familji Maltin bħal settijiet tas-sodda, grand father clocks, monks bench, eċċ. Eusebio jibqa’ magħruf ma’ dawn il-familja għall-iskultura fonda u mirquma tiegħu. Maż-żmien Eusebio beda jagħti wkoll kontribut qawwi fil-parroċċa tar-raħal fejn ġadem l-iskultura kollha fis-Sagristija tal-Knisja Parrokkjali. Kien ħadem ukoll is-Siġġijiet tat-teatru tal-Azzjoni Kattolika jew aħjar kif inhi magħrufa mas-Siġġiwin iċ-Ċirklu. Hu kellu esperjenza wkoll fil-kor tal-Parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ dun Daniel Farrugia.

Eusebio jibqa’ magħruf għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni tal-kanzunetti organizzat mill-Azzjoni Kattolika. L-Ewwel darba li sar kien fl-Oratorju fejn Eusebio kien kanta il-kanzunetta ‘Non Sara un Avventura’ ta’ Lucio Battisti.

Kien akkanit ferm anki għall-futbol fejn kien involut fil-futbol lokali. Kien jieġu sehem wkoll fis-Summer Leagues. Eusebio kien ukoll fil-Kumitat tas-Siġġiewi Golden Arrows li kien jieħu sehem fil-logħob tal-MAFA. Eusebio kien partitarju kbir tal-Inter FC. L-influwenza tiegħu ħalliet effett fl-aħwa li ġew warajh għax kollha ħarġu partitarji kbar tal-Inter.

Eusebio ma kellux kwiet, dejjem attiv kull fejn kien tant li anki kien Segretraju fl-Għaqda Dilettanti tan-Nar fejn kirn jorganizzal-marċ ta’ l-aħħar biex dawk li kienu jkunu l-għalqa jaħarqu, jgawdu wkoll mill-Festa ta’ San Nikola.

Eusebio Buhagiar with Ray Sant the Secretary of Każin Banda San Nikola of Siġġiewi

Fl-1986 hu flimkien ma’ grupp ta’ nies oħrajn kien waqqaf is-Siġġiewi Band and Social Club, fejn bdew jorganizzaw diversi attivitajiet soċjali fil-lokal. Li bdew jinżlu tajjeb mas-Siġġiewin kollha, għax kienu ferm nieqsin minnhom., kif ukol bl-iskop u determinazzjoni li tibda tikber aktar il-Festa ta’ San Nikola. Tant kien determinat li jgħolli il-livell tal-festa li fi spazju ta’ ‘mien qasir Eusebio xtara Każin għall-Għaqda kif wkoll maħzen. Eusebio u ħuh Żarenu ħadmi bnejnithom il-planċier kif wkoll żewġ kolonni kbar waħda b’Ħames statwi li fuqha jitla San Nikola u l-oħra tirrapreżenta lir-raħal tas-Siġġiewi li kien sar Belta Citta’ Ferdinard. Sebju kif bosta kieu isejħulu kien irnexxielu jibni arkivju mużikali vast li fiħ ukoll marċi għall-Brass minn surmastrijiet kbat fosthom Mro. Anthony Chircop, Mro. Anthony Aquilina, Mro. Archibald Mizzi u oħrjan.

Fl-1998 Eusebio kien elett ukoll fil-Kunsill lokali bħala viċi-Sindku independenti f’isem il-Brass Band.

L-aħħar ħolma ta’ Eusebio u li seħħet qabel ħalla dan il-patrimonju kbir tar-raħal tas-Siġġiewi kien l-Irxoxt, Statwa maħduma minn Joseph Cutajar Zahra li daret mas-Siġġiewi b’marċ f’Ħadd il-Għid tas-sena 2017 li ntlaqgħet u ntogħġbot ferm mill-poplu tal-lokal.

Il-ħajja ta’ Eusebio kienet iddedikata kollha kemm hi għar-raħal twelidu. Il-Festa tas-Siġġiewi żżejnet u sbieħet aktar bil-wirt kbir li ħalla warajh. Eusebio ħalla soċjeta b’saħħitha minn kull alt. Ħajjet Eusebio fissret San Nikola u s-Siġġiewi.

Eusebio ħalla din id-dinja nħar it-28 ta’ Settembru, 2017 ġewwa l-isptar Mater Dei, wara problemikardioloġi. Il-Funeral tiegħu sar is-Sibt 30 ta’ Settembru, 2017 fejn twassal b’korteo ta’ marċi funebri mis-Siġġiewi Brass Band sal-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi, fostdawk li tawħ l-aħħar tislima, kien hemm il-familjari tiegħu, w hutu, sħabu membri tal-Bass Band, membri parlamentari, membri tal-kunsill Lokali, il-kleru, l-għaqdiet kollha tal-parroċċa u l-poplu kollu tas-Siġġiewi flimkien ma bosta qraba u ħbieb, Huwa indifejn fil-qabar tal-familja fiċ-ċimiterju tal-lokal.