Banda tal-Forzi Armati ta' Malta

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Il Banda ta R.M.A. ġiet imwaqfa fl-1890, bħala Banda, fl-1800 ġa kienet teżisti banda iffurmata bil Fifes and Drums li kienet tagħmel parti mill Malta Light Infantry Regiment.

Matul it-tieni gwerra il-banda ġiet sospiza biex il-membri tagħha jagħmlu xogħol ieħor. Fl-1943 il-banda raġgħet ġiet iffumata.

Fl-1961 il-banda ħadet sehem, flimkien mal core of drums tal-Junior Leaders (Boys) ta’ R.M.A, Il Junior Leaders kienet magħmula min ġuvintur ta’ bejn 14 il sena u 18 il sena. Meta tagħlaq it 18 issir Gunner, u tmur f’ xi unit li inti tkun tixtieq tmur.

L-ewwel safra barra minn Malta, kienet fl-1961 meta marret mawra ġewwa Ċipru, u is-sena ta’ wara reġgħet marret Ġipru, taħt is-Surmast J. Magri.

Fl-1964 ħadet sehem massed band ma’ tlett baned Ingliżi fiċ-ċerimonja ta’ l-Indipendenza fix-xagħra tal-Floriana.

Fl-1966 il banda marret il-Germanja, fejn dak iż-żmien ir-Reġiment kien stażżjonat ġewwa Mulhem, hemm hekk damet xagħrejn, fejn ħadet sehem fil-parata annwali tar-Reġiment, marret iddoqq ukoll ħafna f’ barracks ta’ Reġimenti Ingliżi li kienu stazzjonati il-Germanja, kif ukoll ħadet sehem fin-N.A.T.O. music festival. Is-Surmast kien W.O.1 Mr. Pope, li kien ġie apposta min l-Ingilterra, għax kienu marru mingħajr Surmast.

L-Ingilterra, kienet ser izzarma ħafna Reġimenti u L R.M.A. kien wieħed minnhom, Ir-Reġiment kien ser jibqa taħt il-Kuruna Ingliża sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ 1970. Sadattant sar dibattitu fil-Parlament jekk il-Gvern għandux iżomm l-Armata, Minkejja li kien hemm min kien kontra, sa kien hemm min qal ser iżżomm l-Armata ta’ l-operetti ram u ħadid.

Imma il-Prim Ministru Dr. George Borg Olivier qal li irid iżomm l-Armata, kien tegħla il Germanja fejn kien stazzjonat u ta’ garanzija li fl-1 t’ Ottubru ta’ dik is-sena (1970), ir-Reġiment ser jgħaddi fl-idejn il-Gvern Malti, u fl-2020 iċċelebraw il 50 sena mit twaqqief tar Regiment.

Fin 1974 il-banda ħadet sehem, fil-parata ta’ meta Malta saret Repubblika, taħt xita kontinwa mil-bidu sa l-ahhar.

Fl 1979 ħadet sehem ukoll , f’ Jum il-Ħelsien fil-Birgu.

Il-Banda min barra il iċ-ċerimonji Nazzjonali, Il-banda kienet u għada tagħmel Displays, daqqet kemm fi sptarijiet, Skejjel, u f’ irħula kemm f’ Malta u anki Għawdex. Sa anki ġewwa il-Ħabs kient anki daqqejt. Meta kien hawn il Hijack ta’ l-Egypt Air, il-membri tal- banda kienu l-ewwel nies, mil kumplament tar-Reġiment, taħt l-ajruplan għall riskju ta’ ħajjiethom, meta kienu għadhom qed jisparaw u l-ajruplan kien għadu jaqbad, dak inħar ġarrew lill-passiġġieri kollha mejtin, li bdew joħorġuhom il-membri tal-Fire Engine mill-ajruplan.

Il Banda kellha wkoll il Jazz Band tagħha.

Din hija ftit informażżjoni fuq il-Banda ta’ R.M.A. illum aktar magħrufa bħala l-Banda tal- Forzi Armati ta’ Malta.