X-Vandals

From M3P
Revision as of 12:20, 8 July 2013 by Mikebugeja (talk | contribs) (Created page with "This text is taken from a Facebook post by Ray Schembri, Il-Bahri. Madwar 30 sena ilu , jiena Il-baħri u sieħbi l-ħamimu (id-drummer),morna inħabtu l-bibien fl-inħawi ...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search

This text is taken from a Facebook post by Ray Schembri, Il-Bahri.

Madwar 30 sena ilu , jiena Il-baħri u sieħbi l-ħamimu (id-drummer),morna inħabtu l-bibien fl-inħawi ta Triq il-Fires biex in-nies jiffirmawlna għal permess ta garage biex nibdew indoqqu fiħ. Mid-dehra ma tantx ħaduwa sew in-nies u jidirli li ma ġbarniex firma waħda favur . Ħabib tagħna, Salvu l-gidi krilna l-garage tiegħu u ta dan niqbaw nirringrazzjawħ għax mis sena 1984 sal-lum għadna għaddejin indoqqu. Għal ħabta ta l-istess sena konna applikajna biex nibdew nitgħalmu l-mużika fi skola l-Belt. Sal lum il ġurnata ,jiġifieri 29 sena wara għadhom ma bagħtux għalina !!

Għallura tfajna rasna hemm u ipruvajna nitgħalmu waħidna, bi ftit għajnuna minn ħbieb ta vera li kellna dak iż-żmien. Biex ma ntawalx ħafna ,dak iż-żmien konna 3 minn jew erba minn nies, għax tant kienu jiġu żagħżagħ il-garaxx li ġieli ukoll daqqew magħna. Ktibna mużika mil-moħħ imħawwad li kellna dak iż-żmien u bdejna ukoll niktbu xi versi li daqqa jaqblu u daqqa le,dwar affarijiet li kienu jinteressawna dak iż-żmien.

Sa sena u nofs wara konna bdejna nistabbilixxu il ġeneru ta mużika 'speedmetal' li kif tistaw timmaġinaw kienet mużika maġġla u storbjuża. Aktar ma għadda iż-żmien bdejna inżidu id-doża ta saħħa fil-mużika b'diski kuplikati u lirika aktar serja .Il-lum il-ġurnata nista ngħid li konna l-ewwel band f'malta li ndoqqu l-mużika Thrashmetal (bħal ma kienu l-metallica 1984).

Il-klikka tagħna dejjem kienet ibbażata f'ĦAL TARXIEN. Konna nitlajjaw il-bandli ul- każini. Daqqejna xi erba darbiet ir-raħal ,darba minnhom fi pjazza Republika ,wara l-knisja . Il-garaxx għadu fejn bdejna l-ewwel darba ,ġo Ħal Tarxien ukoll. Il-membri tal band tal bidu kienu kollha mir-raħal imma aktar ma għadda żmien bdew jidħlu membri ġodda minn postijiet oħra ukoll.

Ikolli nammetti li id-dehra tagħna u l-istil tal mużika jista jbeżża lil xi wħud u mingħajr ma jsaqsu sew ,jaqbdu u jitimbrawna ma tax-xjaten. o:) veru li jien ħabib ma Pawlu ix-xitan u inżomm mal-Milan li għandhom xitan fuq l-arma, imma dak kollox. Nixtieq inserraħ ras dawk li qed jaqraw li aħna grupp tal mużika u niktbu u nsaqsu mistoqsijiet li forsi ma hemmx tweġibiet ċari fuqhom. Barra minnhekk, dan iż-żmien aktar qedin nieħdu sehem f'kunċerti filantropiċi milli nagħmlu l-gigs tagħna. Daqqejna diversi drabi f'Puttinu cares,ħaġa li nagħmluwa mil qalb. Għamilna xi 9 snin indoqqu għal YMCA, għaqda li tieħu ħsieb nies bla dar.

Għalkemm ilna dan iż-żmien kollu bil band, ħriġna biss 2 cds,iżda qed naħdmu fuq it-tielet wieħed. Il-ġranet tat-taħriġ issa huma limitati il-ghaliex il-membri tal band għandhom il-familja u uħud minnhom bit tfal żgħar ukoll.

Jien naħseb li meta iffurmajna dan il-grupp,għamilna ħaġa tajba ferm il-għaliex fetħilna toroq oħra u għadna qed nitgħlmu affarijiet ġodda. Inħeġġeġ lil żagħżagħ oħra biex jekk għandhom ħin liberu u toġobhom il-mużika ,jinagħqdu ma żagħżagħ oħra u jiffurmaw bands ġodda ħalli ix-xena 'underground' maltija tiqba b'saħħita. Mhux ħa nkun prużuntuż u ngħid kemm hawn bands f'malta għax hawn ħafna,biss ngħid li uħud minnhom mhux l-ewwel darba li marru jdoqqu barra minn Malta u daqqew ma gruppi ta fama mondjali.

Għal min jinteressaħ,nhar is-sibt 13 ta' Lulju ħa nieħdu sehem fl Xtreme Metal Assault fliemkien ma 14 il band oħra li ħa jsir fil- ħabs antik ta Kordin. jibda fil 5pm sa xi 2 am tal ħadd.

Bilħaqq ma qedtilkomx il -għaliex il band jismu X-VANDALS . . . . . . .