Vincenzo Caruana Spiteri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Vincenzo Caruana Spiteri twelidt Ħal Luqa, Malta, nħar l-4 ta’ Mejju, 1896. Wara l-edukazzjoni primarja u dik sekondarja, qgħad għall-eżami għal għalliem u ġie l-ewwel. Kompla l-istudji tiegħu biex insir surmast tal-iskola. Inħatar surmast tal-iskola Ta’ Sannat f’Ottubru tal-1921 u beda jgħex f’dan ir-raħal. Kemm l-għalliema u kemm l-istudenti kienu jirrispettawaħ, waqt li hu kien jgħinhom kemm jista’. Il-kontribut tiegħu lil dan ir-raħal ma kienx biss bħala edukatur imma wkoll bħala mużiċista.

Il-mużika kienet l-imħabba ta’ ħajtu. L-ewwel edukazzjoni mużikali rċevejtha mill-Banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal Luqa. Kompla jistudja u wara diversi eżamijiet inħatar maestro di cappella ta’ numru ta’ knejjes f’Malta. Meta mar Għawdex kien indoqq f’diversi knejjes u anke mal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 u l-Band tas-Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863, fejn kien sar ħabib tal-Mro. Giuseppe Giardini Vella.

Għall-parroċċa Ta’ Sannat kiteb diversi xogħlijiet mużikali, imma l-aqwa biċċa kienet l-antifona Veni Sponsa Christi li ndaqqet l-ewwel darba fl-4 ta’ Lulju, 1926. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet iddedikati esklussivament lill-Parroċċa Santa Margerita jinsabu fl-arkivju tal-knisja. Barra minn hekk, kien idoqq l-orgni tal-knisja kull nħar ta’ Ħadd fil-Quddiesa Kantata, fil-funerali u waqt ċelebrazzjonijiet reliġjużi. Kien iffornma il-kor tat-tfajliet biex ikantaw l-Innu lil Santa Margerita fil-festa tar-raħal u għallem il-mużika lil numru ta’ żgħażagħ li wara daqqew ma’ baned Għawdxin. Kellu sehem ukoll fl-għażla tal-qniepen ġodda li kienu ġew ordnati għall-knisja. Mill-1927 ’il quddiem, fuq insistenza tal-arċipriet, kien ħa f’idejjħ l-attivitajiet mużikali kollha marbuta mal-festa tar-raħal. Sal-lum, il-mużika tiegħu għadha tindaqq b’mod regolari fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ matul il-festa ta’ Santa Margerita.

Kien is-Sibt 17 t’ April 1932 meta qrib 9.30am Is-Surmast Vincenzo Caruana Spiteri kien qed jieħdu tazza kafe’ flimkien ma sħiebu Mro. Giuseppe Giardini Vella fil-ħanut tar-Rebekk , meta kien ħassu ħażin u ftit ħin wara miet. Kellu biss 36 sena.

Kien saru funeral xiraq fejn fiħ ħadu sehem diversi tfal u għalliema minn diversi skejjel ta’ Għawdex fliemkin mat-fal Ta’ Sannat u banda Soċjetà Filarmonika La Stella A.D. 1863.

L-iskultur Alfred Camilleri Cauchi fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali Ta’ Sannat kien ]adem monument b’tifkira tiegħu u dan kien nkixef mill-President ta’ Malta, Dr. Guido de Marco, nħar it-23 ta’ Frar, 2003.