Vilhena Band Club

From M3P
Revision as of 02:49, 1 February 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (→‎Cassettes)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Vilhena Band Club

Vilhena Band Club A.D. 1874

Mill-ġurnali ta' l-epoka, nafu li għall-ħabta ta' l-1867 kienet ġa teżisti banda Furjaniza, iżda jidher li din ma kenitx il-banda tal-Vilhena Band Club, għalkemm setgħet ħarġet minnha l-istess Soċjeta' li żżomm id-data uffiċjali tat-twaqqif tagħha bħala s-sena 1874.

L-ewwel Surmast Direttur tas-Soċjeta' kien Mro. Giuseppe Borg, bin l-imsemmi Mro. Indri Borg l-agħma.

Soċjeta' tal-banda f'Malta awtomatikament iġġib magħha każin. L-ewwel każin tal-Banda Vilhena kien fin-naħa tal-Floriana magħrufa bħala Balzunetta, eżattament f' Villa San Calcedonio quddiem il-Ġonna ta' l-Argotti. Minn hemm il-każin kellu jimxi għal ħafna postijiet oħra fil-Floriana sakemm wasal fil-post li jokkupa llum fi Triq Sant'Anna.

L-ewwel President tal-Banda Vilhena kien in-neguzjant Baldassare Portanier.

Il-Banda Vilhena malajr stabbiliet ruħha bħala waħda mill-baned ewlenin ta' Malta u l-attivita' tagħha fil-fatt ma' kenitx ristretta biss għal dak li għandu x'jaqsam mal-kamp mużikali u kellha anki kumpanija teatrali bħal ma kellhom kazini tal-baned oħra.

Tul is-snin il-Banda Vilhena kellha surmastrijiet ta' fama u fost dawn wieħed irid isemmi lit-Taljan Angelo Melilli li kien ikkompona l-Inno Nazionale San Publio (Innu Nazzjonali San Publio) li baqa' magħruf bħala l-innu ta' Melilli. Is-surmast prezenti tas-Soċjeta' huwa l-ħabrieki Maestro George Debono.

Din is-soċjeta' mużikali wahdanija Furjaniza qasmet mal-bqija tal-komunita' Furjaniza it-tbatijiet u n-niket tat-Tieni Gwerra Dinjija u l-każin tagħha, li dak iż-żmien kien fi Triq il-Miratur, kien iġġarraf ukoll bil-ħidma ta' l-għadu bit-telf ta' oġġetti preżżjużi u ħafna dokumentażżjoni li jirrakontaw l-istorja bikrija tagħha. Iżda bħalma rxoxtat bi tbatija il-Floriana, irxoxtat bi tbatija wkoll is-Soċjeta' ewlenija tagħha u ferħet mal-bqija tal-Furjanizi meta l-ġrieħi tal-gwerra bdew jitfejqu u jilgħabu. Okkazjoni sinifikattiva f'dan is-sens kienet f'Awwissu 1955 meta l-banda tas-Soċjeta' ġiet mistiedna mill-Ministru Provinċjal tal-Kapuċċini nnifsu, Patri Pietru mill-Floriana, biex ddoqq fil-ftuħ tal-Knisja ġdida tal-Kapuċċini, li ħadet post dik mġarrfa mill-għadu fl-1942.

Il-fatt li l-Floriana minn dejjem kienet ċentru ta' attivitajiet reliġjużi u ċivili ta' natura nazzjonali assigura s-sehem tal-Banda Vilhena f'uħud minn dawn l-avvenimenti nazzjonali. Daqqet f'ħafna miż-żjarat li kienu jwettqu l-monarki u rjali Ingliżi oħra f'Malta fi żmien meta il-gżira kienet għadha kolonja u f'okkazjonijiet reliġjużi kbar bħall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta' l-1913 li ntemm fil-Floriana, il-Festi Ċentinarji Kostantinjani fl-istess 1913 u l-25 Anniversarju tax-Xirka ta' l-Isem Imqaddes t'Alla fl-1953. Għal xi snin is-Soċjeta' ħadet sehem ukoll fil-Karnival ta' Malta bl-aħħar parteċipazzjoni tkun fl-2003.

Bl-istess mod, kienu ħafna d-dinjitarji barranin u Maltin li żaru l-każin tas-Soċjeta' u fost dawn insemmu lill-Isqof ta' Viterbo, Monsinjur Antonio Maria Grasselli, l-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Teodosio Clemente de Gouveia ta' Mozambique, Monsinjur Franġisku Saverju Fenech, l-isqof Furjaniż ta' Jhansi, fl-Indja, li kien ikkonsagra s-Soċjeta' lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu', l-Arċisqof Metropolita, Monsinjur Sir Michael Gonzi (għal ħafna drabi), l-Isqof Monsinjur Emmanuel Galea u l-Isqof t'Għawdex Monsinjur Ġużeppi Pace.

Is-soċjeta Furjaniza tista' tiftaħar ukoll li hija l-unika soċjeta' mużikali li għanda bħala Patrun tagħha l-Arċisqof ta' Malta, tradizzjoni li nbdiet minn żmien l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Dan huwa xieraq għal soċjeta' mużikali li tagħti sehem tant qawwi fil-Festa tal-Prinċep u l-Ewwel Isqof ta' Malta San Publju Martri, Patrun ta' Malta u Patrun partikulari tal-Floriana wkoll. Aktar minn hekk, is-Soċjeta' hija kburija li ta' kull sena jaċċettaw l-istedina tagħha kemm l-Arċisoqof ta' Malta kif ukoll il-President ta' Malta, l-ogħla żewġ karigi fl-oqsma ekklesjastici u ċivili, għar-riċeviment tal-Festa ta' San Publju u din l-attivita' dejjem tiġbed l-interess tal-media nazzjonali.

Is-Soċjeta qatt ma rrestrinġiet ruħha għall-qasam mużikali biss u għal numru ta' snin ipparteċipat f'oqsma sportivi u fil-preżent għandha wkoll timijiet tal-billiards u d-darts li jipparteċipaw f'kampjonati nazzjonali tal-kategoriji tagħhom, xhieda oħra ta' l-attivita' kbira li tirrenja f'dan il-każin.

Is-Soċjeta, bħala l-eqdem għaqda ċivika fil-Floriana, qatt ma' ttraskurat dan ir-rwol ta' Omm is-soċjetajiet Furjanizi u wettqet diversi iniżjattivi mhux biss għal ġid tal-każin iżda anki għall-ġid tal-Floriana u tal-Furjanizi b'mod ġenerali. Eżempju ċar ta' dan huwa meta ħadet l-inkarigu li tifforma l-ewwel Kumitat Ċiviku tal-Furjana fl-1950 u l-laqgħat ta' dan il-kumitat kienu jsiru fl-istess każin tas-Soċjeta'.

Il-każin tas-Soċjeta' spiss kien magħżul ukoll biex ikun ċ-ċentru ta' avvenimenti, laqgħat u riċevimenti ta' importanza għall-Floriana bħalma kienu dawk ta' Jum l-Arċipriet u ż-żjara Uffiċjali fil-Floriana tal-President ta' Malta l-Professur Guido de Marco. Huwa interessanti wkoll li fis-Snin Ħamsin tas-seklu l-ieħor parti mill-każin tas-Sożjeta' serviet ukoll bħala skola għal numru ta' tfal Furjanizi.

Minbarra dan, is-Soċjeta' sa mill-bidunett ospitat bejn il-ħitan tal-każin tagħha numru bla għadd ta' għaqdiet Furjanizi, għalkemm hawn tispikka l-ospitalita' li ilha tiġi estiza lil Floriana Football Club, wieħed mill-aktar clubs famużi fil-football Malti, sa minn għexieren ta' snin ilu, b'xi intervall 'l hawn u 'l hemm, baqu jingħataw kenn fil-każin tal-banda sa l-2012 meta l-klabb mar u beda jopera mill-bini li kien magħruf bħala. It-tazzi mirbuħa mill-Floriana Football Club u minn timijiet oħra Furjanizi għadhom iżejnu s-sala prinċipali tal-każin u fost dawn tispikka l-Cousis Shield li hija proprjeta' tas-Soċjeta'.

Minħabba ċ-ċentralita' tal-Floriana, is-Soċjeta' dejjem kienet imfittxija wkoll biex tikri parti mill-każin lill-entitajiet nazzjonali u dawn kienu ta' kull ġeneru possibbli. Lista qasira ta' dawn tixhed dan u fost dawn l-entitajiet wieħed jista' jsemmi dawn li ġejjin: Banks Sports Association, Calypso Sub Aqua Club, Kumitat tal-Konkorsi Nazzjonali Annwali "Sportivi Nazzjonali tas-Sena", Malta Bus Company, Malta Chess Federation, Manchester Utd Supp. Club, Poultry Association u l-Poultry Stock Association of Malta.

Kemm ilu li twaqqaf il-Kunsill Lokali Floriana, il-banda tas-Soċjeta' ta' spiss f'dawn l-aħħar snin ġiet imsejħa mill-istess Kunsill biex tieħu sehem f'okkażjonijiet memorabbli għall-Floriana, bħal fil-każ ta' l-inawgurażżjoni tal-proġett ta' [[Ġien Preziosiħħ u ż-Żjara ta' Dona Luisa Manoel de Vilhena, dixxendenta tal-Gran Mastru li għalih hija msemmija s-Soċjeta, li kkoninċidiet ukoll ma' l-inawgurazzjoni tar-restawr li sar fuq il-monument ta' l-istess Gran Mastru fi Pjazza Papa Ġwanni XXIII.

Għalkemm is-Soċjeta', bħal kull organizzażżjoni oħra għaddiet minn perjodi koroh u bierda, dejjem sabet Furjanizi qalbiena, u anki wħud mhux Furjanizi, li daħlu għar-responsabbilta' li jerġgħu ippoġġuha fuq il-pedistall li jixirqilha bħala waħda mill-eqdem baned Maltin. Dawn l-aħħar snin kienu storja waħda ta' suċċess kontinwu u dan minkejja li l-popolazzjoni tal-Floriana dejjem nieżla u, f'dan is-sens, dalwaqt tkun l-iżgħar lokalita' f'Malta. Il-bandiera tas-Soċjeta' Filarmonika Vilhena reġgħet bdiet tperper fil-bliet u l-irħula tagħna waqt il-festi patronali tagħhom. Il-każin tkabbar b'żjieda ta' sular ieħor. Is-Soċjeta' tista' tiftaħar ukoll li kienet l-ewwel għaqda mużikali f'Malta li għandha stażżjon tar-radju tagħha - Radju Vilhena - li jxandar kuljum u huwa fost l-aktar stażżjonijiet tal-komunita' popolari fil-pajjiz.

Ta' kull sena, fl-okkazjoni tal-Festa Titulari ta' San Publju, is-Soċjeta' tippubblika programm li jkun miżgħud b'tagħrif kurrenti fuq l-istess Soċjeta' u artikli interessanti ta' natura storika rigward il-Floriana b'mod ġenerali.

Is-Soċjeta' għandha Fergħa taż-Żgħażagh li twaqqfet fl-1993 attiva u li taħdem qatigħ. Tul is-snin iż-żgħażagh membri ta' din il-fergħa organizzaw attivitajiet għaż-żgħażagħ u anki attivitajiet oħra bl-iskop li l-qligħ minnhom imur għall-bżonnijiet tas-Soċjeta'. Dawn l-attivitajiet jinkludu lotteriji, discos, barbecues, ikliet u tqassim tar-rigali lit-tfal minn Father Christmas fit-toroq tal-Floriana fi żmien il-Milied. Permezz ta' dawn l-attivitajiet soċjali nġibdu aktar żgħażagh lejn il-każin u kibret il-familja tal-'Vilhena'.

Fl-2003 din il-fergħa tas-Soċjeta rebħet il-premju prestiġjuż Premju għaż-Żgħażagh Mario Muscat li huwa mniedi mill-Kunsill Lokali Floriana wara li fl-2001 is-Soċjeta Filarmonika Vilhena ingħatat l-ogċħla unur li jista' jingħata il xi individwu jew ghaqda fil-Floriana, dak tat-Tonna Trophy, unur mniedi mill-Fsobians Club.

Fil-Festa tas-sena 2005 is-Soċjeta' inawgurat arkivju ġdid fjamant u tul dawn l-aħħar snin bdiet tinġabar l-istorja kollha mitlufa tas-Soċjeta' sa minn żmien it-twaqqif tagħha fl-1874. Tat bidu wkoll għat-tizjin tal-faċċata tal-każin fil-jiem tal-festa titulari li, liema tizjin għandu jkompli jsebbah it-triq majestuza prinċipali ta' Malta, Triq Sant'Anna, u jkun l-għira ta' bosta.

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Ġiuseppe Borg 1874 *
02 Carmelo Farrugia
03 Ġiuseppe Scerri
04 Emmanuele Camilleri
05 Emmanuele Gambin
06 G. Flamingo
07 Nerik Xuereb
08 Abel Calleja
09 S. Micallef
10 Alfred P. Hare
11 Salvu Mallia
12 Angelo Galea
13 Ġiuseppe Monterosso
14 Giuzeppe Giumarra
15 Emmanuele Calġ 1881
16 Carmelo Abela 1882
17 Ġiuseppe Borg 1883
18 Carmelo Abela 1884
19 Angelo Melilli 1899
20 Orlando Crescimanno 1920
21 Adeodato Gatt 1925
22 Philip Gatt
23 George Martin
24 Michael Chircop 1980
25 Alfons Maria Vella 1980 1995
26 Michael Borg 1995 2013
27 Heathcliff Balzan 2013 2020
28 George Debono 2020

Presidents

No Presidents From Until
01 Baldassare Portanier 1874 *
02 Carlo Rapinett 1885 1886
03 Enrico Pollacco 1886
04 Tancredi Tonna 1889
05 Pietro Paolo Spiteri 1900
06 Salvatore Borg 1908
07 Arch. Emanuel Borg A. & C.E. 1913 1917
08 Not.Dr. Giovanni Carlo Dei Marchesi Mallia LL.D. 1917 1918
09 Profs. Dr. Luigi Arnaldo Randon LL.D. 1918 1923
10 Dr. G. Camilleri M.D. 1923 1927
11 Rosario Miggiani 1927 1932
12 Arch.Luigi Agius A. & C.E. 1932 1937
13 Dr.Judge.Giaccino Caruana Colombo LL.D. 1937 1944
14 Robbie Borg 1944 1950
15 Carmelo Catania 1950 1952
16 Dr.Enrico Frendo LL.D. 1952 1953
17 Carmelo Catania 1953 1956
18 Dr.E. Cesario M.D. 1956 1960
19 Dr. Magt.Victor Caruana Colombo 1960 1961
20 Gaetano Farrugia 1961 1962
21 Michel Angelo Delia 1962 1964
22 Chev.Commander Antonio Agius 1965
23 Chev.Commander Antonio Agius 1968 1969
24 Michel Angelo Delia 1969 1970
25 Chev.Commander Antonio Agius 1970 1971
26 Simon A.Bonello 1971 1974
27 Chev.Carm Scicluna 1974 1975
28 Joseph Cauchi 1975 1976
29 Paul Caruana 1975 1976
30 Victor Darmanin 1976 1977
31 Paul Caruana 1977 1983
32 Dr.Joseph Zammit McKeon LL.D. 1983 1988
33 Chev. Carm Scicluna 1988 1989
34 Paul Caruana 1989 1994
35 Dr. Joseph Zammit McKeon LL.D. 1994 2001
36 Frans Bonett 2001 2012
37 Chris Vella 2012

Secretaries

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Vilhena (Vol.1) Floriana (1991) - Mill-Vilhena Band Club 1991 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Każin Band Vilhena Floriana (1996) - Mill-Vilhena Band Club 1996 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 1874 - Festival Marċi - (1999) - Mill-Vilhena Band Club 1999 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Publju (2001) - Mill-Vilhena Band Club 2001 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Publju (2004) - Mill-Vilhena Band Club 2004 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Publju (2006) - Mill-Vilhena Band Club 2006 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Publju (2011) - Mill-Vilhena Band Club 2011 * -
No Name of Cd's - Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Furneral Marches - Marċi Funebri - 140 Sena ta' Storja, Muzika u Impenn Kulturali 1874-2014 - Mill-Vilhena Band Club (2003) 2003 *

Programmes and Publications

Memorials

External links