Difference between revisions of "Vilhena Band Club"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 3: Line 3:
== History ==
== History ==
[[File:Vilhena Band Club.jpg|300px|thumb|right|Vilhena Band Club A.D. 1874]]

Mill-ġurnali ta' l-epoka, nafu li għall-ħabta ta' l-1867 kienet ġa teżisti banda Furjaniza, iżda jidher li din ma kenitx il-banda tas-[[Soċjeta Filarmonika Vilhena]], għalkemm setgħet ħarġet minnha l-istess Soċjeta' li żżomm id-data uffiċjali tat-twaqqif tagħha bħala s-sena 1874.
L-ewwel Surmast Direttur tas-Soċjeta' kien Mro. [[Giuseppe Borg]], bin l-imsemmi Mro. [[Indri Borg ''l-agħma''.
Soċjeta' tal-banda f'Malta awtomatikament iġġib magħha każin. L-ewwel każin tal-Banda [[Vilhena]] kien fin-naħa tal-[[Floriana]] magħrufa bħala '''Balzunetta''', eżattament f' '''Villa San Calcedonio''' quddiem il-Ġonna ta' l-[[Argotti]]. Minn hemm il-każin kellu jimxi għal ħafna postijiet oħra fil-Floriana sakemm wasal fil-post li jokkupa llum fi Triq Sant'Anna.
L-ewwel President tal-Banda Vilhena kien in-neguzjant [[Baldassare Portanier]].
Il-Banda Vilhena malajr stabbiliet ruħha bħala waħda mill-baned ewlenin ta' Malta u l-attivita' tagħha fil-fatt ma' kenitx ristretta biss għal dak li għandu x'jaqsam mal-kamp mużikali u kellha anki kumpanija teatrali bħal ma kellhom kazini tal-baned oħra.
Tul is-snin il-Banda Vilhena kellha surmastrijiet ta' fama u fost dawn wieħed irid isemmi lit-Taljan [[Angelo Melilli]] li kien ikkompona l-''Inno Nazionale San Publio'' (Innu Nazzjonali San Publio) li baqa' magħruf bħala l-''innu ta' Melilli''. Is-surmast prezenti tas-Soċjeta' huwa l-ħabrieki Maestro [[Michael Borg]].
Din is-soċjeta' mużikali wahdanija Furjaniza qasmet mal-bqija tal-komunita' Furjaniza it-tbatijiet u n-niket tat-Tieni Gwerra Dinjija u l-każin tagħha, li dak iż-żmien kien fi Triq il-Miratur, kien iġġarraf ukoll bil-ħidma ta' l-għadu bit-telf ta' oġġetti preżżjużi u ħafna dokumentażżjoni li jirrakontaw l-istorja bikrija tagħha. Iżda bħalma rxoxtat bi tbatija il-Floriana, irxoxtat bi tbatija wkoll is-Soċjeta' ewlenija tagħha u ferħet mal-bqija tal-Furjanizi meta l-ġrieħi tal-gwerra bdew jitfejqu u jgħabu. Okkazjoni sinifikattiva f'dan is-sens kienet f'Awwissu 1955 meta l-banda tas-Soċjeta' ġiet mistiedna mill-Ministru Provinċjal tal-Kapuċċini nnifsu, Patri Pietru mill-Floriana, biex ddoqq fil-ftuħ tal-Knisja ġdida tal-Kapuċċini, li ħadet post dik mġarrfa mill-għadu fl-1942.
Il-fatt li l-Floriana minn dejjem kienet ċentru ta' attivitajiet reliġjużi u ċivili ta' natura nazzjonali assigura s-sehem tal-Banda Vilhena f'uħud minn dawn l-avvenimenti nazzjonali. Daqqet f'ħafna miż-żjarat li kienu jwettqu l-monarki u rjali Ingliżi oħra f'Malta fi żmien meta il-gżira kienet għadha kolonja u f'okkazjonijiet reliġjużi kbar bħall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta' l-1913 li ntemm fil-Floriana, il-Festi Ċentinarji Kostantinjani fl-istess 1913 u l-25 Anniversarju tax-Xirka ta' l-Isem Imqaddes t'Alla fl-1953. Għal xi snin is-Soċjeta' ħadet sehem ukoll fil-Karnival ta' Malta bl-aħħar parteċipazzjoni tkun fl-2003.
Bl-istess mod, kienu ħafna d-dinjitarji barranin u Maltin li żaru l-każin tas-Soċjeta' u fost dawn insemmu lill-Isqof ta' Viterbo, Monsinjur Antonio Maria Grasselli, l-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Teodosio Clemente de Gouveia ta' Mozambique, Monsinjur Franġisku Saverju Fenech, l-isqof Furjaniż ta' Jhansi, fl-Indja, li kien ikkonsagra s-Soċjeta' lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu', l-Arċisqof Metropolita, Monsinjur Sir [[Michael Gonzi]] (għal ħafna drabi), l-Isqof Monsinjur [[Emmanuel Galea]] u l-Isqof t' Għawdex Monsinjur [[Ġużeppi Pace]].
Is-so`jeta Furjaniza tista' tifta]ar ukoll li hija l-unika soċjeta' mużikali li għanda bħala Patrun tagħha l-Arċisqof ta' Malta, tradizzjoni li nbdiet minn Żmien l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Dan huwa xieraq għal soċjeta' mużikali li tagħti sehem tant qawwi fil-Festa tal-Prinċep u l-Ewwel Isqof ta' Malta San Publju Martri, Patrun ta' Malta u Patrun partikulari tal-Floriana wkoll. Aktar minn hekk, is-Soċjeta' hija kburija li ta' kull sena jaċċettaw l-istedina tagħha kemm l-Arċisoqof ta' Malta kif ukoll il-President ta' Malta, l-ogħla żewġ karigi fl-oqsma ekklesjastici u ċivili, għar-riċeviment tal-Festa ta' San Publju u din l-attivita' dejjem tiġbed l-interess tal-media nazzjonali.
Is-Soċjeta qatt ma rrestringiet ruħha għall-qasam mużikali biss u għal numru ta' snin ipparteċipat f'oqsma sportivi u fil-preżent għandha wkoll timijiet tal-billiards u d-darts li jipparteċipaw f'kampjonati nazzjonali tal-kategoriji tagħhom, xhieda oħra ta' l-attivita' kbira li tirrenja f'dan il-każin.
Is-Soċjeta, bhala l-eqdem għaqda ċivika fil-Floriana, qatt ma ttraskurat dan ir-rwol ta' ''Omm is-soċjetajiet Furjanizi'' u wettqet diversi iniżjattivi mhux biss għal ġid tal-każin iżda anki għall-ġid tal-Floriana u tal-Furjanizi b'mod ġenerali. Eżempju ċar ta' dan huwa meta ħadet l-inkarigu li tifforma l-ewwel Kumitat Ċiviku tal-Furjana fl-1950 u l-laqgħat ta' dan il-kumitat kienu jsiru fl-istess każin tas-Soċjeta'.
Il-kazin tas-Socjeta' spiss kien maghzul ukoll biex ikun c-centru ta' avvenimenti, laqghat u ricevimenti ta' importanza ghall-Floriana bhalma kienu dawk ta' Jum l-Arcipriet u z-Zjara Ufficjali fil-Floriana tal-President ta' Malta l-Professur Guido de Marco. Huwa interessanti wkoll li fis-Snin Hamsin tas-seklu l-iehor parti mill-kazin tas-Socjeta' serviet ukoll bhala skola ghal numru ta' tfal Furjanizi.
Minbarra dan, is-Socjeta' sa mill-bidunett ospitat bejn il-hitan tal-kazin taghha numru bla ghadd ta' ghaqdiet Furjanizi, ghalkemm hawn tispikka l-ospitalita' li ilha tigi estiza lil Floriana Football Club, wiehed mill-aktar clubs famuzi fil-football Malti, sa minn ghexieren ta' snin ilu u li sallum , b'xi intervall 'l hawn u 'l hemm, ghadhom jinghataw kenn fil-kazin tal-banda. It-tazzi mirbuha mill-Floriana Football Club u minn timijiet ohra Furjanizi ghadhom izejnu s-sala principali tal-kazin u fost dawn tispikka l-Cousis Shield li hija proprjeta' tas-Socjeta'.
Minhabba c-centralita' tal-Floriana, is-Socjeta' dejjem kienet imfittxija wkoll biex tikri parti mill-kazin lill-entitajiet nazzjonali u dawn kienu ta' kull generu possibbli. Lista qasira ta' dawn tixhed dan u fost dawn l-entitajiet wiehed jista' jsemmi dawn li gejjin: Banks Sports Association, Calypso Sub Aqua Club, Kumitat tal-Konkorsi Nazzjonali Annwali "Sportivi Nazzjonali tas-Sena", Malta Bus Company, Malta Chess Federation, Manchester Utd Supp. Club, Poultry Association u l-Poultry Stock Association of Malta.
Kemm ilu li twaqqaf il-Kunsill Lokali Floriana, il-banda tas-Socjeta' ta' spiss f'dawn l-ahhar snin giet imsejha mill-istess Kunsill biex tiehu sehem f'okkazjonijiet memorabbli ghall-Floriana, bhal fil-kaz ta' l-inawgurazzjoni tal-progett ta' Gnien Preziosi u z-Zjara ta' Dona Luisa Manoel de Vilhena, dixxendenta tal-Gran Mastru li ghalih hija msemmija s-Socjeta, li kkonincidiet ukoll ma' l-inawgurazzjoni tar-restawr li sar fuq il-monument ta' l-istess Gran Mastru fi Pjazza Papa Gwanni XXIII.
Ghalkemm is-Socjeta', bhal kull organizzazzjoni ohra ghaddiet minn perjodi koroh u bierda, dejjem sabet Furjanizi qalbiena, u anki whud mhux Furjanizi, li dahlu ghar-responsabbilta' li jergghu ippogguha fuq il-pedistall li jixirqilha bhala wahda mill-eqdem baned Maltin. Dawn l-ahhar snin kienu storja wahda ta' success kontinwu u dan minkejja li l-popolazzjoni tal-Floriana dejjem niezla u, f'dan is-sens, dalwaqt tkun l-izghar lokalita' f'Malta. Il-bandiera tas-Socjeta' Filarmonika Vilhena regghet bdiet tperper fil-bliet u l-irhula taghna waqt il-festi patronali taghhom. Il-kazin tkabbar b'zjieda ta' sular iehor. Is-Socjeta' tista' tiftahar ukoll li hija l-unika ghaqda muzikali f'Malta li ghandha stazzjon tar-radju taghha - Radju Vilhena - li jxandar kuljum u huwa fost l-aktar stazzjonijiet tal-komunita' popolari fil-pajjiz.
Ta' kull sena, fl-okkazjoni tal-Festa Titulari ta' San Publju, is-Socjeta' tippubblika programm li jkun mizghud b'taghrif kurrenti fuq l-istess Socjeta' u artikli interessanti ta' natura storika rigward il-Floriana b'mod generali.
Is-Socjeta' ghandha Fergha taz-Zghazagh li twaqqfet fl-1993 attiva u li tahdem qatigh. Tul is-snin iz-zghazagh membri ta' din il-fergha organizzaw attivitajiet ghaz-zghazagh u anki attivitajiet ohra bl-iskop li l-qligh minnhom imur ghall-bzonnijiet tas-Socjeta'. Dawn l-attivitajiet jinkludu lotteriji, discos, barbecues, ikliet u tqassim tar-rigali lit-tfal minn Father Christmas fit-toroq tal-Floriana fi zmien il-Milied. Permezz ta' dawn l-attivitajiet socjali ngibdu aktar zaghzagh lejn il-kazin u kibret il-familja tal-'Vilhena'.
Fl-2003 din il-fergha tas-Socjeta rebhet il-premju prestigjuz 'Premju ghaz-Zghazagh 'Mario Muscat' li huwa mniedi mill-Kunsill Lokali Floriana wara li fl-2001 is-Socjeta Filarmonika Vilhena inghatat l-oghla unur li jista' jinghata lil xi individwu jew ghaqda fil-Floriana, dak tat-'Tonna Trophy', unur mniedi mill-Fsobians Club.
Fil-Festa tas-sena 2005 is-Socjeta' inawgurat arkivju gdid fjamant u tul dawn l-ahhar snin bdiet tingabar l-istorja kollha mitlufa tas-Socjeta' sa minn zmien it-twaqqif taghha fl-1874. Tat bidu wkoll ghat-tizjin tal-faccata tal-kazin fil-jiem tal-festa titulari li, liema tizjin ghandu jkompli jsebbah it-triq majestuza principali ta' Malta, Triq Sant'Anna, u jkun l-ghira ta' bosta.

== Organisation ==
== Organisation ==

Revision as of 12:34, 30 September 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

History

Vilhena Band Club A.D. 1874

Mill-ġurnali ta' l-epoka, nafu li għall-ħabta ta' l-1867 kienet ġa teżisti banda Furjaniza, iżda jidher li din ma kenitx il-banda tas-Soċjeta Filarmonika Vilhena, għalkemm setgħet ħarġet minnha l-istess Soċjeta' li żżomm id-data uffiċjali tat-twaqqif tagħha bħala s-sena 1874.

L-ewwel Surmast Direttur tas-Soċjeta' kien Mro. Giuseppe Borg, bin l-imsemmi Mro. [[Indri Borg l-agħma.

Soċjeta' tal-banda f'Malta awtomatikament iġġib magħha każin. L-ewwel każin tal-Banda Vilhena kien fin-naħa tal-Floriana magħrufa bħala Balzunetta, eżattament f' Villa San Calcedonio quddiem il-Ġonna ta' l-Argotti. Minn hemm il-każin kellu jimxi għal ħafna postijiet oħra fil-Floriana sakemm wasal fil-post li jokkupa llum fi Triq Sant'Anna.

L-ewwel President tal-Banda Vilhena kien in-neguzjant Baldassare Portanier.

Il-Banda Vilhena malajr stabbiliet ruħha bħala waħda mill-baned ewlenin ta' Malta u l-attivita' tagħha fil-fatt ma' kenitx ristretta biss għal dak li għandu x'jaqsam mal-kamp mużikali u kellha anki kumpanija teatrali bħal ma kellhom kazini tal-baned oħra.

Tul is-snin il-Banda Vilhena kellha surmastrijiet ta' fama u fost dawn wieħed irid isemmi lit-Taljan Angelo Melilli li kien ikkompona l-Inno Nazionale San Publio (Innu Nazzjonali San Publio) li baqa' magħruf bħala l-innu ta' Melilli. Is-surmast prezenti tas-Soċjeta' huwa l-ħabrieki Maestro Michael Borg.

Din is-soċjeta' mużikali wahdanija Furjaniza qasmet mal-bqija tal-komunita' Furjaniza it-tbatijiet u n-niket tat-Tieni Gwerra Dinjija u l-każin tagħha, li dak iż-żmien kien fi Triq il-Miratur, kien iġġarraf ukoll bil-ħidma ta' l-għadu bit-telf ta' oġġetti preżżjużi u ħafna dokumentażżjoni li jirrakontaw l-istorja bikrija tagħha. Iżda bħalma rxoxtat bi tbatija il-Floriana, irxoxtat bi tbatija wkoll is-Soċjeta' ewlenija tagħha u ferħet mal-bqija tal-Furjanizi meta l-ġrieħi tal-gwerra bdew jitfejqu u jgħabu. Okkazjoni sinifikattiva f'dan is-sens kienet f'Awwissu 1955 meta l-banda tas-Soċjeta' ġiet mistiedna mill-Ministru Provinċjal tal-Kapuċċini nnifsu, Patri Pietru mill-Floriana, biex ddoqq fil-ftuħ tal-Knisja ġdida tal-Kapuċċini, li ħadet post dik mġarrfa mill-għadu fl-1942.

Il-fatt li l-Floriana minn dejjem kienet ċentru ta' attivitajiet reliġjużi u ċivili ta' natura nazzjonali assigura s-sehem tal-Banda Vilhena f'uħud minn dawn l-avvenimenti nazzjonali. Daqqet f'ħafna miż-żjarat li kienu jwettqu l-monarki u rjali Ingliżi oħra f'Malta fi żmien meta il-gżira kienet għadha kolonja u f'okkazjonijiet reliġjużi kbar bħall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta' l-1913 li ntemm fil-Floriana, il-Festi Ċentinarji Kostantinjani fl-istess 1913 u l-25 Anniversarju tax-Xirka ta' l-Isem Imqaddes t'Alla fl-1953. Għal xi snin is-Soċjeta' ħadet sehem ukoll fil-Karnival ta' Malta bl-aħħar parteċipazzjoni tkun fl-2003.

Bl-istess mod, kienu ħafna d-dinjitarji barranin u Maltin li żaru l-każin tas-Soċjeta' u fost dawn insemmu lill-Isqof ta' Viterbo, Monsinjur Antonio Maria Grasselli, l-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Teodosio Clemente de Gouveia ta' Mozambique, Monsinjur Franġisku Saverju Fenech, l-isqof Furjaniż ta' Jhansi, fl-Indja, li kien ikkonsagra s-Soċjeta' lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu', l-Arċisqof Metropolita, Monsinjur Sir Michael Gonzi (għal ħafna drabi), l-Isqof Monsinjur Emmanuel Galea u l-Isqof t' Għawdex Monsinjur Ġużeppi Pace.

Is-so`jeta Furjaniza tista' tifta]ar ukoll li hija l-unika soċjeta' mużikali li għanda bħala Patrun tagħha l-Arċisqof ta' Malta, tradizzjoni li nbdiet minn Żmien l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Dan huwa xieraq għal soċjeta' mużikali li tagħti sehem tant qawwi fil-Festa tal-Prinċep u l-Ewwel Isqof ta' Malta San Publju Martri, Patrun ta' Malta u Patrun partikulari tal-Floriana wkoll. Aktar minn hekk, is-Soċjeta' hija kburija li ta' kull sena jaċċettaw l-istedina tagħha kemm l-Arċisoqof ta' Malta kif ukoll il-President ta' Malta, l-ogħla żewġ karigi fl-oqsma ekklesjastici u ċivili, għar-riċeviment tal-Festa ta' San Publju u din l-attivita' dejjem tiġbed l-interess tal-media nazzjonali.

Is-Soċjeta qatt ma rrestringiet ruħha għall-qasam mużikali biss u għal numru ta' snin ipparteċipat f'oqsma sportivi u fil-preżent għandha wkoll timijiet tal-billiards u d-darts li jipparteċipaw f'kampjonati nazzjonali tal-kategoriji tagħhom, xhieda oħra ta' l-attivita' kbira li tirrenja f'dan il-każin.

Is-Soċjeta, bhala l-eqdem għaqda ċivika fil-Floriana, qatt ma ttraskurat dan ir-rwol ta' Omm is-soċjetajiet Furjanizi u wettqet diversi iniżjattivi mhux biss għal ġid tal-każin iżda anki għall-ġid tal-Floriana u tal-Furjanizi b'mod ġenerali. Eżempju ċar ta' dan huwa meta ħadet l-inkarigu li tifforma l-ewwel Kumitat Ċiviku tal-Furjana fl-1950 u l-laqgħat ta' dan il-kumitat kienu jsiru fl-istess każin tas-Soċjeta'.

Il-kazin tas-Socjeta' spiss kien maghzul ukoll biex ikun c-centru ta' avvenimenti, laqghat u ricevimenti ta' importanza ghall-Floriana bhalma kienu dawk ta' Jum l-Arcipriet u z-Zjara Ufficjali fil-Floriana tal-President ta' Malta l-Professur Guido de Marco. Huwa interessanti wkoll li fis-Snin Hamsin tas-seklu l-iehor parti mill-kazin tas-Socjeta' serviet ukoll bhala skola ghal numru ta' tfal Furjanizi.

Minbarra dan, is-Socjeta' sa mill-bidunett ospitat bejn il-hitan tal-kazin taghha numru bla ghadd ta' ghaqdiet Furjanizi, ghalkemm hawn tispikka l-ospitalita' li ilha tigi estiza lil Floriana Football Club, wiehed mill-aktar clubs famuzi fil-football Malti, sa minn ghexieren ta' snin ilu u li sallum , b'xi intervall 'l hawn u 'l hemm, ghadhom jinghataw kenn fil-kazin tal-banda. It-tazzi mirbuha mill-Floriana Football Club u minn timijiet ohra Furjanizi ghadhom izejnu s-sala principali tal-kazin u fost dawn tispikka l-Cousis Shield li hija proprjeta' tas-Socjeta'.

Minhabba c-centralita' tal-Floriana, is-Socjeta' dejjem kienet imfittxija wkoll biex tikri parti mill-kazin lill-entitajiet nazzjonali u dawn kienu ta' kull generu possibbli. Lista qasira ta' dawn tixhed dan u fost dawn l-entitajiet wiehed jista' jsemmi dawn li gejjin: Banks Sports Association, Calypso Sub Aqua Club, Kumitat tal-Konkorsi Nazzjonali Annwali "Sportivi Nazzjonali tas-Sena", Malta Bus Company, Malta Chess Federation, Manchester Utd Supp. Club, Poultry Association u l-Poultry Stock Association of Malta.

Kemm ilu li twaqqaf il-Kunsill Lokali Floriana, il-banda tas-Socjeta' ta' spiss f'dawn l-ahhar snin giet imsejha mill-istess Kunsill biex tiehu sehem f'okkazjonijiet memorabbli ghall-Floriana, bhal fil-kaz ta' l-inawgurazzjoni tal-progett ta' Gnien Preziosi u z-Zjara ta' Dona Luisa Manoel de Vilhena, dixxendenta tal-Gran Mastru li ghalih hija msemmija s-Socjeta, li kkonincidiet ukoll ma' l-inawgurazzjoni tar-restawr li sar fuq il-monument ta' l-istess Gran Mastru fi Pjazza Papa Gwanni XXIII.

Ghalkemm is-Socjeta', bhal kull organizzazzjoni ohra ghaddiet minn perjodi koroh u bierda, dejjem sabet Furjanizi qalbiena, u anki whud mhux Furjanizi, li dahlu ghar-responsabbilta' li jergghu ippogguha fuq il-pedistall li jixirqilha bhala wahda mill-eqdem baned Maltin. Dawn l-ahhar snin kienu storja wahda ta' success kontinwu u dan minkejja li l-popolazzjoni tal-Floriana dejjem niezla u, f'dan is-sens, dalwaqt tkun l-izghar lokalita' f'Malta. Il-bandiera tas-Socjeta' Filarmonika Vilhena regghet bdiet tperper fil-bliet u l-irhula taghna waqt il-festi patronali taghhom. Il-kazin tkabbar b'zjieda ta' sular iehor. Is-Socjeta' tista' tiftahar ukoll li hija l-unika ghaqda muzikali f'Malta li ghandha stazzjon tar-radju taghha - Radju Vilhena - li jxandar kuljum u huwa fost l-aktar stazzjonijiet tal-komunita' popolari fil-pajjiz.

Ta' kull sena, fl-okkazjoni tal-Festa Titulari ta' San Publju, is-Socjeta' tippubblika programm li jkun mizghud b'taghrif kurrenti fuq l-istess Socjeta' u artikli interessanti ta' natura storika rigward il-Floriana b'mod generali.

Is-Socjeta' ghandha Fergha taz-Zghazagh li twaqqfet fl-1993 attiva u li tahdem qatigh. Tul is-snin iz-zghazagh membri ta' din il-fergha organizzaw attivitajiet ghaz-zghazagh u anki attivitajiet ohra bl-iskop li l-qligh minnhom imur ghall-bzonnijiet tas-Socjeta'. Dawn l-attivitajiet jinkludu lotteriji, discos, barbecues, ikliet u tqassim tar-rigali lit-tfal minn Father Christmas fit-toroq tal-Floriana fi zmien il-Milied. Permezz ta' dawn l-attivitajiet socjali ngibdu aktar zaghzagh lejn il-kazin u kibret il-familja tal-'Vilhena'.

Fl-2003 din il-fergha tas-Socjeta rebhet il-premju prestigjuz 'Premju ghaz-Zghazagh 'Mario Muscat' li huwa mniedi mill-Kunsill Lokali Floriana wara li fl-2001 is-Socjeta Filarmonika Vilhena inghatat l-oghla unur li jista' jinghata lil xi individwu jew ghaqda fil-Floriana, dak tat-'Tonna Trophy', unur mniedi mill-Fsobians Club.

Fil-Festa tas-sena 2005 is-Socjeta' inawgurat arkivju gdid fjamant u tul dawn l-ahhar snin bdiet tingabar l-istorja kollha mitlufa tas-Socjeta' sa minn zmien it-twaqqif taghha fl-1874. Tat bidu wkoll ghat-tizjin tal-faccata tal-kazin fil-jiem tal-festa titulari li, liema tizjin ghandu jkompli jsebbah it-triq majestuza principali ta' Malta, Triq Sant'Anna, u jkun l-ghira ta' bosta.

Organisation

Band Masters

Presidents

Secretaries

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Vilhena (Vol.1) Floriana (1991) - Mill-Vilhena Band Club 1991 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Każin Band Vilhena Floriana (1996) - Mill-Vilhena Band Club 1996 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 1874 - Festival Marċi - (1999) - Mill-Vilhena Band Club 1998 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Publju (2001) - Mill-Vilhena Band Club 2001 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Publju (2004) - Mill-Vilhena Band Club 2004 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Publju (2006) - Mill-Vilhena Band Club 2006 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa San Publju (2011) - Mill-Vilhena Band Club 2011 * -
No Name of Cd's - Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Furneral Marches - Marċi Funebri - 140 Sena ta' Storja, Muzika u Impenn Kulturali 1874-2014 - Mill-Vilhena Band Club (2003) 2003 *

Programmes and Publications

Memorials

External links