Victor Galea

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Victor Galea iben Felix u Julia Galea twieled L-Imqabba nhar it-13 ta’ Settembru, ta’ l-1958. Victor iżżewweġ lil Rita mwielda Schembri mill-Belt Valletta u għandhom żewġt itfal subien, Felix u Clinton.

Imħeġġeġ minn missieru Feliċ Galea li kien bandist, Victor beda t-taħriġ tiegħu fuq id-daqq tal-batterija mas-Surmast George Martin li kien is-Surmast direttur tal-Banda tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba. Fejn dam mal-banda bħala Surmast mill-1956 sal-1991.

Għal xi żmien daħal bħala membru fil-kumitat ta’ din l-Għaqda Mużikali Mqabbija u kiseb il-kariga ta’ direttur ġenerali.

B’riħet hekk sar ammiratur kbir tal-Maġġur Anthony Aquilina u sar nistgħu negħdu kollezzjonista akkanit tal-marċi tiegħu. Victor Galea seħħlu fost marċi oħra, jikkomponi wieħed, b’arranġament ta’ Mro. Alfred Farrugia L. Mus. L.C.M. u ddedikah lir-Re tal-melodiji ferrieħa.

Bl-għajnuna ta’ Chev.George Bianchi, Victor irmexxielu wkoll li jwassal ġabra ta’ tagħrif li hu kien ġabar dwar il-Maġġur Anthony Aquilina, bijografija li huwa kien ippubblika f’2008 bl-isem ta’ Il-Maġġur Anthony Aquilina - Is-Surmast tal-Marċi Maltin.

Interessanti il-fatt li minkejja li Victor kiteb din il-bijografija dwar il-Maġġur Anthony Aqulina, Victor ma kellux ixorti li jintaqqa xi darba miegħu, wiċċ imb’ wiċċ, għajr li darba kien kelmu bit-telefon.

Fl-2002 b’għajnuna ta’ Mro. Alfred Farrugia L. Mus. L.C.M. kien ikkompona marċ b’iskop li ikun dedikat lill-mibki Maġġur Anthony Aquilina u dwar l-isem kien ikonsulta ma’ Mro. Alfred Farrugia u ma ħabib tiegħu Charles Calleja li inċidentalment jiġi missier it-tenur ċelebri malti Joseph Calleja, finalment dan il-marċ kien isemmha Tislima lill-Maġġur Anthony Aquilina.

U l-Ewwel banda li daqqitu kienet il-Banda Żurriqija Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, b’approvazzjoni kbira mill-Kummissjoni Banda u l-kumitat ta’ l-istess Soċjeta.

Wara Victor Galea dan il-marċ kien irregalah lill-banda tas-Soċjeta Filarmonika King's Own, Victor jgħid li dan il-marċ kien ntgħoġob ferm tant li hemm aktar minn sittax-il banda oħra li għadhom iddoqquh minn żmien għal żmien.

Victor Galea kien innomina lill Maġġur Anthony Aquilina għall-Unur ta’ Ġieħ Ir-Repubblika, u fit-13 ta’ Diċembru, 2016, hu flimkien iben il-Maġġur kienu preżenti fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, Fejn il-President Marie Louise Coleiro Preca ippreżentat rikonoxximent lill iben il-Maġġur , Għax Xogħol li kien għamel il-Maġġur.

Minkejja li f’belt twelidu Ħaż-Żebbuġ hemm triq imsemmija għal għalih, bħala Triq Anthony Aquilina Mużiċista 1906-1985 u f’Birkirkara hemm Triq Il-Maġġur Aquilina, Hija xewqa kbira ta’ Victor Galea li f’ Ħaż-Żebbuġ jsir il-mafkar tiegħu.

Xogħlijiet ta' Victor Galea

No Marċi Brijużi Sena Baned:
01 Tislima lill-Maġġur Anthony Aquilina 2002 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq
02 Hbieb Ghal Dejjem 2004 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq
03 Festa Grandjuza 2006 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq
04 Dominanti 2009 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq
05 Honourable President 2012 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq
06 Andrea 2015 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq
07 Lil Ammiraturi Tal Baned 2018 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq
08 Minn Surmast Ghal Ieħor 2021 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Żurrieq