Ugo Buhagiar

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Ugo Buhagiar twieled f' Bormla fit-22 ta' Ġunju 1959, Iben John u Marija nee’ Sevasta. Ħa l-edukażżjoni tiegħu fl-iskola primarja ta' Bormla, is-sekondarja għamilha fil-Liċeo tal-Ħamrun u wara kompla l-istudju tiegħ fl-Universita ta' Malta.

Fl-1971 ġie avviċinat biex jibda jitgħallem il-mużika, u meta wera ruħu rnħajjar, ġie mlaqqa' mas-Surmast Carmelo Ciantar fejn beda jitgħallem u fl-1973 eżatt nħar l-14 ta' Awwissu, lejlet Sta. Marija fl-Qrendi ddebutta l-ewwel darba bil-Klarinett.

Huwa kompla jistudja 1-mużika taħt is-Surmastrijiet Carmelo Schembri, Carmelo Pace, u ma' l-Awstrijak is-Surmast Alexander Machat. Fl-1983 inħatar Surmast ta'· l-Allievi mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. L-istess banda ħatritu Ass. Surmast fl-1984 u fl-1985 ħatritu Surmast Direttur taghha, fejn dam sa 1990.

Fl-1987 ġie maħtur Surmast Direttur mill-Banda Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, fejn dam jokkupa din il-kariga sa l-2013. Fl-1989 inħatar mill-Banda tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq) bhala assistent Surmast Direttur u Surmast ta' 1-allievi, fejn dam sa 1-1994.

Fl-1990 gie maħtur Surmast direttur mal-Banda ta’ St Paul's Band Club (Safi) ta’ Ħal Safi. Fl-1992 il-Banda tas-Soċjeta Mużikali Trinita Qaddisa ta' Il-Marsa ħatritu Ass. Surmast Direttur u Surmast ta' 1-Allievi.

Fl-1995 il-Banda ta’ Għaqda Mużikali San Leonardu ta’ Ħal-Kirkop hatritu bħala Surmast Direttur tagħha. Is-Surmast Ugo Buhagiar kiseb diplomi fil-mużika mill-Ingilterra fl-1986 u fl-1987. F'Ottubru ta' 1-1997 ġie ppremjat bħala l-aħjar Surmast Direttur f'kompetizzjoni li saret ġewwa Portsmouth 1-Ingilterra. II-Banda ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja li tela' jidderieġi ġiet magħżula fit-tieni post minn fost għaxar baned barranin oħra li kkompetew.

Mro. Ugo Buhagiar ikkompona diversi marċi brijużi, marċi funebri, mużika klassika u 1-aktar għal qalbu mużika moderna, bħal: Boogie Woogie, Spring, Summer, Autumn u Don Giovanni b'dedika lill-mibki missieru John.

Huwa kiteb ukoll Innijiet tal-Banda, Innu l-Kbir lil San Pawl għall-Banda San Pawl ta' Ħal Safi. Għaċ-Ċentinarju tal-Banda kiteb sinfonija Ii semmina Ċentinarja għall-okkazjoni.

Huwa miżżewweġ lill Doris Bartolo f'Ħal Qormi fis-27 ta' Marzu 1983 u għandhom żewġt itfal, Clinton u Andre.