Tommaso Galea

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Is-Surmast Tommaso Galea twieled dil-Bet Valletta fil-21 ta’ Diċembru, 1829. Huwa kien iben Lorenzo u Gratia Saison u kien it-tmien wils fost disa ulied. Tommaso fil-fatt kien ir-raba’ isem li ngħata fil-magħmudija tiegħu. Imma kien aktar magħruf b’dan l-isem ta’ Tommaso milli b’ismu propju dak ta’ Ġiuseppi. Fil-belt il-Familja Galea kienet toqgħod fit-triq San Nikola in-naħa ta’ wara l-kunvent ta’ San Duminiku.

Ta’ 18 il-sena kien ngħaqad mar-Reġiment tal-Malta Royal Malta Fencible Artillery bħala mużiċista fejn serva għal perjodu ta’ 36 sena nieqes tlett xhur. Peress li Tommaso Galea kien mużiċist, ġie promoss għall-kariga ta’ drummer jew aħjar bandist fl-armata. Huwa serva f’sin ilkariga bejn il-11 ta’ Diċembeu, 1849 u l-21 ta’ Novembru, 1858 huwa ngħata l-promozzjoni ta’ Kapural fir-reġiment li fiħ kien iservi. F’din il-kariga dam biss ġurnata, għaliex l-għada fit-23 ta’ Novembru, 1858 huwa ngħata l-kariga ta Band Sergeant jew aħjar surmast tal-banda ta’ l-armata, u san sakemm temm is-serviżż tiegħu fil-25 ta’ Lulju, 1862, Minkejja dan is- Surmast Tommaso Galea kien ġedded ilkuntratt fl-armata għal perjodu ieħot ta’ 11 il-sena bħala Surmast tal-banda. Minnkejja li kellu serviżż niżżejjed biex jirtira bil-penzjoni tal-armata Ingliza huwa kien estenda għal dar’oħra l-kuntratt tiegħu sal-21 t’Awwissu 1885 fejn baqa jokkupa il-kariga ta’ Surmast għal kważi 27 sena.

Mro. Tommaso Galea kien l-ewwel Surmast u fundatur tal-Banda tal-banda tar-raħal bl-isem Alleanza, illum magħrufa bħala Duke of Connaught's Own Band Club meta din ġiet imwaqfa fl-1865 twaqqfet, Maestro Galea kien ħa l-Banda f'idejh u kiteb diversi marċi proċessjonali li għadhom jindaqqu sal-lum waqt il-ħruġ mat-toroq ta’ Birkirkara fil-Purcissjoni Elenjana fosthom l-ewwel innu kbir ghal Sant' Elena.

Fis-sena 1874, il-mużika tal-Festa tad-Duttrina ghaddiet f’idejn is-Surmast Tommaso Galea, li kien ukoll l-ewwel surmast direttur tal-banda. Fis-sena ta’ qabel, is-surmast ikkompona l-innu lill-Imperattrici Sant’ Elena fuq il-versi tal-W.R. Kanonku Dun Ġwann Bugeja D.D., u dan l-innu għadu jindaqq u miżmum fl-arkivju sal-lum. L-innu tas-Surmast Galea kien imżanżan lejliet il-Festa Elenjana tal-1873.

Maestro Galea, li dam iħabbat għat-tmien snin ta’ wara kellu tifhir ghal mużika tiegħu mill-gazzetti lokali. Fl-1884, insibu li l-mużika tal-Festa tad-duttrina kienet għadha f’idejn is-Surmast Galea.

Meta s-surmast Galea idghajjef f’sahhtu minhabba l-età, uhud mill-bandisti fehmu li gie affetwat l-entużjażmu tal-banda u hallew l-Alleanza biex fethu Każin ieĦor bl-isem ta’ LA STELLA u bħala surmast għażlu lis-Sur Emanuel Vassallo.

Bejn 1983 u l-1888 Mro. Tommaso Galea kien ukoll l-ewwel Surmast Direttur tal-Banda Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal Luqa il-Banda La Senglea tal-Isla din ta’ l-a]]ar ma baqgħetx teżisti biss il-illum hemm banda bħala La Vincitrice Band Club fl-1865,

Il-banda originali l-Alleanza (Duke of Connaught’s Own) baqghet tgawdi l-bakketta ta’ Maestro Galea sa nħar il-festa tad-Duttrina tal-1893 għax 25 ġurnata wara, fil-11 ta’ Ġunju, 1893 miet fl-età ta’ 65 sena.

Fil-funeral daqqew f’korteo l-Alleanza (Duke of Connaught’s Own) u La Stella li daqqew marċi funebri komposti mis-surmast Galea stess. Il-mużika tal-quddiesa funebri tas-surmast Galea, kienet immexxija mill-Maestro di Cappella s-Sur Riccardo Bugeja.

Fl-1897 il-mużika tmexxiet ukoll mis-surmast Riccardo Bugeja li kien ihabbat f’Santa Liena. Il-fatt li issa ż-żewg partiti kellhom l-istess surmast tal-mużika ma jfissirx ħaġ’ oħra ħlief li l-pika bejn iż-żewg partiti kienet naqset sewwa.