Difference between revisions of "Tancred Grech"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 61: Line 61:
! No !! Innijiet !! Sena !! Awtur !! Banda
! No !! Innijiet !! Sena !! Awtur !! Banda
|-
|-
| 01 || Sultana tal-Imġarr (Omm Il-Banda tagħna) || 2014 || [[Joe Julian Farrugia]] || [[Marija Mtgħella is-Sema. Mġarr]]
| 01 || Sultana tal-Imġarr (Omm Il-Banda tagħna) || 2014 || [[Joe Julian Farrugia]] ||[[Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema]]  
|-
|-
| 02 || Infaħħrul Dejjem || 2016 || [[Joseph Caruana]] || Marija Mtgħella is-Sema. Mġarr
| 02 || Infaħħrul Dejjem || 2016 || [[Joseph Caruana]] || Marija Mtgħella is-Sema. Mġarr

Revision as of 04:51, 1 June 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Tancred Grech

Mro.Tancred Grech huwa mużiċist u Surmast Direttur imwieled in-Naxxar fl-10 t'Ottubru, 1977. Beda l-istudji tal-ewfonju ta’ disa’ snin taħt Mro. Lawrence Bonnici u ħareġ idoqq għall-ewwel darba meta kellu tlettax-il sena.

Wara kompla ma’ Dr. Philip Ciantar li ppreparah għall-eżamijiet tal-Victoria College. Aktar tard, kompla jistudja taħt Mro. Paul Borg, li flimkien ma’ Mro. Lawrence Borg ippreparah għad-Diplomi tal-ALCM u tal-Liċenzjat ta’ London College of Music (LLCM).

Huwa ħa wkoll lezzjonijiet tal-Armonija u Orkestrazzjoni ma Mro. Raymond Sciberras, u dik ta’ direzzjoni ma Mro. Joseph Sammut. Aktar tard kompla l-istudji tiegħu fil-Mużikoloġija fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa B.A. (Hons) fil-Mużika fl-2007, u sena wara ħa l-PGCE Diploma. Tancred Grech kiseb ukoll il-Fellowship mil-London College of Music (FLCM) fuq l-ewfonju.

Huwa kellu wkoll l-opportunità li jattendi diversi Master Classes u lezzjonijiet, kemm lokali kif ukoll internazzjonali fuq l-ewfonju, fosthom mat-trombunista Ian S. Davies u mal-ewfonista internazzjonali Steven Mead.

Mro. Tancred Grech

Fl-1996 iddebutta bħala solist l-ewwel darba. Minn hemm baqa’ jdoqq ma’ diversi gruppi, ħa sehem f’diversi kunċerti u musicals ma’ baned u gruppi differenti bosta drabi bħala solist. Mro. Tancred Grech kien ukoll mistieden idoqq ma’ diversi baned barranin li taw kunċerti f’pajjiżna.

Mro. Grech kien għalliem f’diversi każini lokali, u preżentament huwa s-Surmast Direttur u għalliem tar-ram mas-Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema ġewwa l-Imġarr, Surmast Direttur ġewwa mas-Soċjetà Każin San Ġużepp u Banda de Rohan ta' Ħaż-Żebbuġ, u l-Assistent Direttur u għalliem tar-ram mal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun. Inħatar għalliem tas-sezzjoni tar-ram fl-2014, Waqt li mas-Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun fl-2017 inħatar ukoll bħala Assistent Direttur. Huwa wkoll għalliem ġewwa s-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. ta' iż-Żurrieq, u mas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat u riċentament mas-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta.

Huwa għalliem tal-C3, VET IT u l-Mużika fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris, il-Gżira. Mro. Tancred Grech huwa miżżewweġ lil Katya u għandhom żewġt itfal, Matthias u Ema.

Xogħlijiet tas-Surmast Tancred Grech

No Marċi Brijużi Sena Baned:
01 150 Sena ta’ Suċċessi 2011 Għaqda Banda Żejtun
02 Matthias 2014 Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema
03 Katya 2015 Għaqda Banda Żejtun
04 Nathan 2016 Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar
05 Ema 2018 Għaqda Banda Żejtun
06 Mid Europe International Music 2020 Soċjeta Mużikali Santa Katarina
07 Karl 2020 Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema
08 Sharon 2020 Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema
09 Jurgen 2021 Soċjeta Filarmonika King's Own
No Marċi Funebri: Sena Baned::
01 Una Lacrima Sulla Tomba di Johnny Chircop 2011 Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar
02 In Memory of Ċensu Grech 2018 Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar
03 In Memory of my Grandparents Joseph & Gawdenza Saliba 2015 Għaqda Banda Żejtun
04 Ave Crux, Spes Unica 2017 Għaqda Banda Żejtun
05 In Manus Tuas ( b’dedika għażiża lin-nanna Maria Grech) 2020 Għaqda Banda Żejtun
06 Mecum In Paradiso 2023 Soċjeta Filarmonika King's Own
No Innijiet Sena Awtur Banda
01 Sultana tal-Imġarr (Omm Il-Banda tagħna) 2014 Joe Julian Farrugia Soċjeta Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema
02 Infaħħrul Dejjem 2016 Joseph Caruana Marija Mtgħella is-Sema. Mġarr
03 Sliema Għalik Ġużeppi 2020 Joseph Caruana Każin San Ġużepp u Banda de Rohan