Sylvia Micallef

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Sylvia Micallef imwielda tal-Pietà fl-10 ta' Awwissu 1968 u toqgħod il-Mosta. Ħadet l- edukazzjoni tagħha fl-iskola primarja tal-Mosta, l-iskola sekondarja tal-Mosta ukoll u kompliet fl-iskola tas-snajja ta' San Ġiljan fejn hawn għamlet l-eżamijiet tac-City and Guilts. Wara li spiċċat l-edukazzjoni tagħha bdiet taħdem ġo fabbrika tat-tessuti. Fl-1992 iżżewġet lil Simon u għandhom żewġt ulied Maria Victoria u Mark.

Fl-2006 bdiet titgħallem il-klarinett ma Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard għalkemm hi kien ilha tefrekwenta l-każin mill-2004, peress li kienet tieħu lil ulieda Maria Victoria u Mark biex jitgħalmu strument.

Fil-Ġimgha l-Kbira tal-2009 Sylvia ħarġet idoqq għall-ewwel darba mal-banda tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Hi ħadet it-tagħlim mużikali tagħha, taħt is-Sur Freddie Farrugia billi bdiet titgħallem is-solvigg. Kompliet taħt is-Surmast Michael Pirotta u wara għaddiet għand is-surmast tal-banda ta’ dak iż-żmien Mro. Emanuel Spagnol.

F’dik l-istess sena jiġifieri fit-2009 ġiet eletta membru fil-kummissjoni żgħażagħ fejn kellha il-kariga ta’ kaxxier u flimkien mal-kumplament tal-membri tal-kummissjoni taw spinta lil din il-kummissjoni li għada b'saħħita sal-lum. Sylvia ma waqfitx hawn anżi għal kuntrarju baqat taħdem għal ġid tas-soċjeta li tant hi għall qalba.

Fl-2011 ingħaqdet mal-kumitat ċentrali ta’ dak iż-żmien li kien imexxi mis-Sur Nazzareno Vassallo. Fl-2014, fi żmien il-President is-Sur Emmanuel Schembri, Sylvia kellha l-kariga ta’ Viċi President fejn imbgħad fl-2016 Sylvia ġie eletta għall-kariga ta’ President ta' l-eqdem Soċjeta fil-Mosta imwaqfa 152 sena ilu fl-1871.

Hija l-ewwel President mara fil-Mosta u ta’ din is-Soċjeta, u anki b’appoċċ ta’ żewġha Simon u uliedha Maria Victoria u Mark li għandhom xi karigi wkoll fil-kumitat, issibha faċli tagħti is-sehem tagħha fit-tmexxija ta’ din is-Soċjeta. Sylvia tħeġġeġ lin-nisa oħra biex ma jibżawx jagħmlu l-pass li għamlet hi u ikunu ta’ għajnuna għas-Soċjeta li tant iħobbu.