Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

History

Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz A.D.1883

Lis-Storja tas-“Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz” tal-Birgu

Twaqqif tal-Banda u xiri ta’ Palazzo Huesca

Pic 1: Mro Artz with the Band in a Concert at the Royal Theatre

Il-qasam mużikali fil-festa ta’ San Lawrenz tal-Birgu jmur il-bogħod sewwa fl-imgħoddi meta fil-proċessjoni kien ikun hemm għadd ta’ mużikanti quddiem sew l-ewwel standard fil-proċessjoni. Dan nafuh minn ikonografija qadima li turi l-proċessjoni ta’ San Lawrenz bħala fost l-eqdem festi Maltin. Mal-wasla tal-kavallieri l-proċessjoni kienet dejjem tkun preċeduta minn mużikanti tax-xwieni u dan ġab li mal-wasla tal-Ingliżi f’Malta fil-bidu tas-seklu dsatax, anki dawn kienu jipprovdu mużikanti mill-baned militari tagħhom sabiex jieħdu sehem fil-festa ta’ San Lawrenz. Kien propju dan il-każ li nvolva l-baned militari mal-festi tagħna u hekk ġara li għal bosta snin tal-bidu tal-ħakma Ingliża kellna s-sehem ta’ baned militari fil-festi patronali Maltin tagħna.

The President of the Republic of Malta Miss. Agatha Barbara unveils a Commemorative

Dan kien li ħajjar lil xi Maltin jibdew huma wkoll jinġabru f’għaqdiet mużikali. Lejn is-sena 1858 fi Strada Palazzo Antico del Governatore dak iż-żmien magħrufa wkoll bħala t-Triq ta’ Lhud, grupp ta’ rġiel mill-Birgu bdew jiltaqgħu biex is-Surmast Indri Grima kien jgħallimhom il-mużika u strumenti ta’ dak iż-żmien. Dan il-grupp mexa ‘il quddiem tant li lejn is-sena 1863 krew dar fi ‘Strada Porta Maggiore’ biex hekk ikunu f’post prominenti tal-Belt biex hawn il-banda ħadet laqam bħala l-banda TA’ LJUN. Hekk kien il-bidu tal-banda li ħasra safa fi tmiem tiegħu meta f’Malta fl-1868 kellna l-kolera. Iżda meta għaddiet il-burraxka s-Sur Giuseppe Portelli għaqqad mill-ġdid il-banda li kellha każin fil-Pjazza.

The Band under the direction of Mro. Giumarra

Hawn il-banda bdiet tissejjaħ l-UNIONE u fis-sena 1878 sar Innu lil San Lawrenz li kien dedikat lill-organizzaturi s-Sur Farrugia u s-Sur Cesareo. Il-Pjazzetta dari kienet il-qalba tal-Birgu fejn għadd ta’ nies kienu jgħixu. Minn dak il-kazin il-banda tal-Palma bdiet tesegwixxi l-programmi fosthom dak ta’ Santu Kruċ fil-Belt Valletta taħt is-Surmast Catania fis-sena 1885. Fis-sena 1911 il-każin tal-banda nsibuh fid-dar ta’ ‘Strada Brittania’ Nru 40, illum din it-Triq hija msemmija ‘Triq Hilda Tabone’. Din id-dar kienet laqgħet il-Banda u b’att tal-24 t’Ottubru għand in-Nutar Neriku Saydon ġiet mikrija bħala każin. Billi l-progress tal-banda kien ġmielu speċjalment wara meta kienet f’idejn is-Surmast Giovanni Giumarra, il-kumitat ħabrieki ħaseb għal dar aħjar fil-qalba tal-Belt. L-għazla kienet il-palazz tal-Perit Soler fil-Pjazza u billi dan l-istess perit kien għadu kemm irranġa d-dar u kien ukoll ammiratur tal-istess banda intlaħaq ftehim li l-Kumitat jixtri d-dar tal-pjazza Nru. 10, 11 u 12 fi Pjazza Vittoriosa bħala dar għall-kazin.

100 Sena Banda u s-snin 80

Regatta 1984 Winning Celebrations
Synchronized Fire during the Feast Program

Fl-1983, għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tal-Banda saru festi kbar mifruxin fuq sena sħiħa, bil-qofol tal-Festi jkun Programm Vokali u Strumentali mill-Banda ġol-Pjazza nhar l-10 t’Awwissu, Festa Liturġika ta’ San Lawrenz. Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja fl-1987, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ġiet magħzula sabiex tagħmel Programm Mużikali ġewwa t-Teatru Manoel. Fost il-mużika li esegwiet il-Banda taħt id-direzzjoni tas-Surmast Schembri nsibu xogħlijiet ta’ Paolino Vassallo, Giumarra, Bazzini u Tchaikovsky. Bla dubju ta’ xejn, is-sena 1984 tibqa’ tissemma’ fl-istorja ta’ Beltna, meta il-Klabb tar-Regatta tal-Birgu rebaħ għall-ewwel darba ix-Shield tar-Regatta tat-8 ta’ Settembru u il-Banda San Lawrenz ħadet sehem bis-sħieħ fiċ-ċelebrazzjonijiet li segwew.

900 Sena Parroċċa u s-snin ta’ wara

New Banner Presentation in 1994
The new Flag

L-1990 ħabat għeluq id-Disa Mitt Sena tal-Parroċċa. Fil-Festi Kbar li saru l-Banda minbarra li daqqet bosta drabi matul is-sena, esegwiet Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja nhar it-30 ta’ Lulju fejn daqqet xogħlijiet ta’ Verdi, Tchaikovsky, Kan. Fenech, Fabri, Schembri u l-famuż ‘Innu lil San Lawrenz’ għall-Kor, Tenur u Baxx tal-ex Surmast Hector Dalli.Biex jitfakkar l-Anniversarju tal-ħamsin sena minn meta nġiebet l-istatwa ta’ San Lawrenz wara t-Tieni Gwerra Dinjija saret Akkademja Vokali u Strumentali fil-Knisja nhar il-Ħamis 29 ta’ Lulju 1994 fejn il-Banda esegwiet xogħlijiet ta’ Bazzini, Mascagni, Korsakov, Rozsa, Puccini, Dalli u tas-Surmast Direttur Paul Schembri.

Minbarra dan tul dawn l-aħħar snin il-Banda kisbet isem b’diversi Programmi Muzikali li jsiru ta’ kull sena kemm fi swali u teatri kif ukoll nhar is-7 t’Awwissu fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz fejn dan il-Programm isir f’Misrah ir-Rebha fuq il-Planċier Meravilja tas-Soċjeta`. Fis-sena 2005 il-Banda esegwiet Programm Mużikali kollu xogħolijiet tas-Surmast Paul Schembri sabiex tfakkar il-25 sena minn mindu ħa t-tmexxija tal-Banda. U fl-2006 avveniment importanti ieħor kienet Akkademja Mużikali biex jitfakkar il-mitt sena mill-mewt tal-Kanonku Dun Alwiġ Fenech.

125 Sena Banda u anniversarji oħra

Presentation during National Contest of Marches
Presentation of Embroidery Standard

Pero` żgur lis-sena 2008 titniżżel b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ din is-Soċjeta`. Kienet is-sena fejn din il-banda iċċelebrat il-125 sena mit-twaqqif tagħha u l-kumitat ħaseb li jħejji programm t’attivitajiet ambizzjuż għal din l-okkażjoni. Fost id-diversi attivitajiet li ġew organizzati kien hemm konkors nazzjonali tal-marċi li ntrebaħ minn Mro Gordon Baldacchino bil-marċ tiegħu Jubilant. Saret ukoll lejla muziko-letterarja fl-okkażjoni tal-kxif tal-irħama ta’ komemorazzjoni, flimkien ma’ diversi marċijiet brijjużi mill-Banda San Lawrenz kif ukoll mill-Banda tas-Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 u Banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal-Luqa.

Barra minn hekk, ġie ippublikat ktieb li jirrakkontra ġrajjiet is-Soċjeta` tul il-125 sena tagħha, b’kitba tas-Sur Anton Attard. Il-banda kienet impenjata ferm b’ recordings ta’ żewg double albums għall-okkażjoni tal-Ġimgħa Kbira u l-Għid kif ukoll b’marċi funebri u valzi kif ukoll marċi brijjużi għall-festa. Pero` żgur li l-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet intlaħqu nhar it-30 ta’ Lulju 2008, il-jum li fih ġie inawgurat il-planċier artistiku tas-Soċjeta`, fejn fost spettaklu mill-isbaħ u Programm Muzikali mill-aqwa, inkixef wieħed mill-isbaħ planċieri li hawn f’Malta.

Wara din is-sena hekk memorabbli, l-għan tal-kumitat ċentrali kompla jkun li jsaħħaħ u jikkonferma lil din il-banda fost l-aqwa fi gżiritna, u kompla jagħmel dan bis-suċċess tas-servizzi u l-programmi mużikali li jsiru. Il-futur għal din is-Soċjeta` hu wieħed li jipprometti tajjeb ħafna, u ninsabu żguri li s-sena 2010 ħa tkun sena oħra memorabbli għal żewġ avvenimenti; 30 sena anniversarju ta’ Mro Paul Schembri bħala surmast tal-Banda San Lawrenz kif ukoll l-iskambju li din is-soċjeta` qiegħda tipprepara ma’ banda Belġjana. Filfatt il-Programm Annwali li s-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tagħmel kull sena kien propju ddedikat għat-30 sena surmast ta’ Mro Paul Schembri. Dan il-Kunċert Annwali sar fil-Caraffa Exhibition Halls, Vittoriosa Marina, nhar l-24 t’April 2010. Ma setax jonqos li bħal l-okkażjonijiet ta’ qabel, is-Surmast Paul Schembri iżanżan biċċa mużika. Filfatt, għal din is-sena, Mro Schembri ikkompona Grande Marcia bl-isem ta’ 30th Anniversary u propju indaqqet għall-ewwel darba f’dan il-programm.

Skambju Mużikali

Inauguration of Artistic Band Stand
The Banda execute a program in Malta House in Brussels

Pero` is-sena 2010 żgur li tibqa’ mfakkra ukoll għal raġuni oħra – l-iskambju mużikali li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz organizzat mal-Philharmonie Royale Concordia Ottignies, Belġju. Dan kien l-ewwel darba li f’Beltna soċjeta` mużikali stiednet soċjeta` mużikali oħra barranija għall-festa. Iż-żjara ta’ din il-Banda Belġjana kien suċċess kbir, bi programm t’attivitajiet tul il-ġranet li damu hawn Malta varjat immens. Żgur li din iż-żjara laħqet il-milja tagħha waqt il-Vittoriosa in Festa, fejn quddiem pjazza ippakkjata bin-nies, iż-żewġ soċjetajiet mużikali esebixxew programm mużikali internazzjonali li intgħoġob minn kull min attenda. Żgur li wara dan is-suċess l-attenzjoni ser tkun mixġuta fuq iż-żjara li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel fil-Belġju f’Diċembru. Fil-fatt, il-mawra li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet ġewwa l-Belġju kienet suċċess kbir. Kulħadd ħareġ kuntent minn din il-mawra – l-organizzaturi, il-bandisti li ġew magħna kif ukoll is-sapporters li ingħaqdu mal-Banda f’din il-mawra. Apparti il-postijiet sbieħ li żar il-kontiġent, il-qofol tas-suċċess kienu it-tliet programmi li l-Banda tellgħet fil-Belġju ġewwa Nivelle, Louvain-La Neuve u Brussell.

Fil-fatt, il-Programm ta’ Brussell ittella’ ġewwa Dar Malta taħt il-patroċinju tal-E.T. l-Ambaxxatur Malti għall-Unjoni Ewropeja u l-E.T. l-Ambaxxatur Malti għall-Belġju. Barra minn hekk, din il-ġurnata tal-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru 2010 ser titniżżel b’ittri tad-deheb fl-istorja tas-Soċjeta` għax propju f’din il-ġurnata il-Banda Vittoriosana San Lawrenz saret l-Ewwel Banda li daqqet u tellgħet Kunċert ġewwa Dar Malta fi Brussell.

25 Sena President

Ex former President Lawrence V. Farrugia receives a gift on the occasion of 25 year President

Fis-sena 2012, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz iċċelebrat Anniversarju importanti ieħor – il-25 Anniversarju mill-ħatra tas-Sur Lawrence V. Farrugia bħala President tas-Soċjeta`. Kif jista’ jonqos, dan l-anniversarju hekk importanti ġie ċċelebrat bis-sħieħ mis-Soċjeta` tagħna. Il-qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet intlaħqu nhar il-Ħamis 2 t’Awwissu, meta sar marċ u wara Programm Mużikali mill-Banda fuq il-Planċier tas-Soċjeta`. Fil-marċ ħadu sehem diversi soċjetajiet mużikali oħra, peress li din is-sena ħabtet ukoll il-25 sena minn meta s-Sur Farrugia kien inħatar President tla-Għaqda Każini tal-Banda. Flimkien mal-banda ħa sehem ukoll il-kor Coro Bel Canto. Ta’ min jgħid li s-Surmast Paul Schembri irregala silta Mużikali ġdida – Classic Overture bl-isem ta’ President’s Jubilee.

Inawgurazzjoni tal-Faċċata ta’ Palazzo Huesca

Inauguration of Palazzo Huesca

Kien ilu żmien jiġi nvestigat u jinħass il-bżonn li l-faċċata tal-każin tiġi restawrata. Sa fl-aħħar, din il-ħolma saret realta` u paġna oħra tal-istorja ta’ din is-Soċjeta` inkitbet fis-sena 2015. Propju nhar it-Tnejn 3 t’Awwissu, fil-ġranet tal-Festa ta’ San Lawrenz, ġiet inawgurata mill-ġdid il-faċċata tal-Palazz majestuż tas-Soċjeta`, wara xhur twal ta’ restawr estensiv li kien hemm bżonnu u l-installazzjoni tad-dawl. Illum il-faċċata tal-każin tista’ tissejjaħ bħala spettakolari, u bla dubju ta’ xejn hi attrazzjoni li wieħed m’għandux jitlef kemm fil-ġranet tal-festa kif ukoll fil-bqija tal-ġranet ta’ matul is-sena. Tajjeb li jingħad ukoll li f’din il-ġurnata il-Palazz tas-Soċjeta` ġie mgħammed bl-isem ta’ Palazzo Huesca. Fil-fatt sabiex dan l-isem jibqa’ kkommemorat, saru u nkixfu żewġ irħamiet mal-faċċata, fejn waħda ġġib l-isem tas-Soċjeta` u l-oħra l-iskudett ta’ Huesca u l-isem tal-każin. Ix-xogħol ta’ restawr li kellha bżonn il-faċċata kien wieħed laborjuż għall-aħħar, bħafna dettal irqieq u li wieħed irid jifli fid-dettall biex japprezza. Barra minn hekk, is-sistema ta’ dawl li ġiet installata għamlet il-faċċata ta’ Palazzo Huesca bħala l-attarazzjoni prinċipali fil-Pjazza ewlenija tal-Belt Vittoriosa. kemm jekk qed iżżura bi nhar, u speċjalment bil-lejl, hu din il-faċċata li tispikka bil-ġmiel u l-istil uniku tagħha. Tassew biċċa xogħol mill-isbaħ li rritornat ġawhra oħra lill-Belt Vittoriosa.

135 Sena Banda

Logo of 135 Years for Band Formation

Il-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta` kien poġġa s-sena 2018 bħala sena oħra mportanti, hekk kif il-Banda Vittoriosana San Lawrenz bdiet riesqa lejn il-135 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Għaldaqstant, fix-xhur preċedenti bdiet tħejji programm dettaljat ta’ attivitajiet u proġetti sabiex jimmarkaw din is-sena speċjali. Fil-fatt, l-ewwel li ma sar kienet it-tnehdija tal-kompetizzjoni LOGO 135 f’Ottubru tal-2017, fejn saret sejħa miftuħa u ġenerali għal kull min irid jissottometti logo adattat għal din l-okkażjoni. Wara li ġew sottomessi ‘il fuq minn 30 logo differenti, il-Kummissjoni maħtura apposta għażlet dak li dehrila li hu l-aħjar logo, u dan il-logo ġie mniehdi fl-aħħar jiem ta’ Diċembru tal-2017, bir-rebbieħ jingħata premju xieraq.

The Banda at Viagrande, Sicily, January 2018

Immedjatament wara f’Jannar 2018, eżattament bejn it-13 us-16 ta’ Jannar, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet il-ħames safra fl-istorja tagħha, hekk kif kienet il-mistiedna tal-Associazione Musicale Culturale Bandistica Symphonica Citta` di Viagrande u l-Komun ta’ Viagrande fi Sqallija għall-festa tal-Patrun San Mauro. Din is-safra saret bħala parti minn skambju Mużikali ieħor fejn il-Banda minn Sqallija mistennija tiġi Malta fil-ġranet t’Awwissu għall-festa ta’ San Lawrenz. Il-mawra tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet suċċess mill-bidu sal-aħħar, fejn ħadet sehem b’marċi brijużi matul lejlet u nhar il-Festa ta’ San Mauro, kif ukoll esegwixxiet programm mużikali eżatt qabel il-ħruġ tal-purċissjoni. Għal darb’oħra il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet l-Ambaxxatriċi tal-Belt Vittoriosa u ta’ Malta.

New Flag and other decorations in 2018

.

Ta’ min isemmi wkoll li ftit jiem wara il-miġja lura tal-Banda, il-Banda daqqet ukoll fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18, fejn kienet l-unika banda Vittoriosana u mill-Kottonera. Tassew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-135 sena Banda bdew bil-kbir!

Dan l-Anniversarju kompla jiġi ċċelebrat kif jixraq matul is-sena kollha, hekk kif il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira ħarġet kollezzjoni ta’ marċi funebri fuq USB flash drive. Din kienet inizjattiva innovattiva għall-baned maltin. L-istess ħaġa saet bil-marċi brijużi, flimkien ma’ recording ta’ sett marċi ġodda. F’Ħadd il-Għid, is-Soċjeta` żanżnet bandiera ġdida tas-Soċjeta`. F’Ġunju mbgħad sar il-Programm Annwali, fil-waqt li f’Lulju bdew l-aħħar attivitajiet speċjali relatati mal-Festa, fejn saret Final tal-kompetizzjoni tas-Snooker 135, Għoti ta’ demm mill-pjazza, Quddiesa ta’ ringrazzjament bis-sehem tal-Banda kif ukoll iżżanżnu sett ta’ pavaljuni żgħar għall-bitħa tal-każin u ġew regalat wkoll standard ġdid tas-Soċjeta` u ieħor tas-Salib tal-Kavallieri. Mbgħad bejn is-7 u l-10 t’Awwissu, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz laqgħet fostha lill-Associazione Musicale Culturale Bandistica Synphonica Citta` di Viagrande.

Skambju Mużikali Ieħor

Musical symbolizes Exchange where the band Viagrande was Malta in August 2018

Wara li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz tat is-sehem tagħha fil-Festa ta’ San Mauro f’Jannar 2018, issa kien imiss lill-Associazione Musicale Culturale Bandistica Synphonica Citta` di Viagrande li tiġi Malta għall-festa ta’ San Lawrenz. Fil-fatt, din il-Banda Taljana waslet Malta nhar is-7 t’Awwissu 2018 filgħodu, u telqet lura lejn l-Italja fl-10 t’Awwissu wara nofsinhar. Matul iż-żjara tagħha, din il-Banda ħadet sehem fil-Festa ta’ San Lawrenz tliet darbiet, fejn daqqet marċ alternat mal-Banda San Lawrenz fis-7 t’Awwissu qabel il-Programm Mużikali fejn saru il-preżentazzjonijiet reċiproċi, għamlet marċ u Programm f’Jum l-Antiviġilja fit-8 t’Awwissu u marċ u programm ieħor lejlet il-Festa f’Sally Port. Barra minn hekk, il-membri tal-banda taljana issieħbu wkoll mal-Vittoriosani waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Marċ tat-te deum. Bla dubju ta’ xejn, din kienet iċ-ċirasa fuq il-kejk mill-isbaħ ta’ kif ġie ċċelebrat dan l-Anniversarju.

Organisation

No Band Master From Until
01 Ġiuseppe Portelli, Ignazio Catania 1883 1884
02 Carmelo Abela 1984 1885
03 Ignazio Catania 1885 1888
04 Carmelo Abela 1888 1889
05 Gaetano Grech 1889 1905
06 Alfred Porkiman Hare 1905 1906
07 Durante Magri Grech 1906 1907
08 Ġiovanni Giumarra 1907 1909
09 Gaetano Grech 1909 1910
10 Alfred Porkiman Hare 1910 1912
11 Ġiovanni Giumarra 1912 1924
12 Carl Maria Artz 1925 1927
13 Pacifico Scicluna 1927 1930
14 Ġiovanni Giumarra 1930 1936
15 Pacifico Scicluna 1936 1952
16 Hector H. Dalli 1952 1980
17 Paul Schembri 1980 2015
18 Jonathan Abela 2015
No Name of President From Until
01 Lorenzo Vella 1883 1891
02 Paolo Lanzon 1892 1900
03 Enrico Francica 1900 1901
04 Michele Soler 1901 1905
05 Dr. Alfredo Parnis LL.D. 1905 1907
06 Ġuże Muscat Azzopardi L.P. 1907 1902
07 Dr. Robert Bonello M.D. 1909 1914
08 Dr. William Soler LL.D. 1915 1927
09 Carmelo Camilleri Lanzon 1928 1929
10 Dr.William Harding LL.D. B., Litt. 1929 1930
11 Dr. Lorenzo Casha M.D. 1931 1933
12 Dr. Ġiovanni Calleja LL.D. 1934 1948
13 Dr.Louis A. Buttigieg M.D. 1949 1950
14 Dr.Paul Mallia LL.D., B.A., K.S.S. 1950 1987
15 Lawrence V. Farrugia 1987 2019
16 Bjorn Callus 2019

Secretary

No Band Master From Until
01 G.Batta Porsella 1983 1888
02 Paolo Antonio Farrugia 1899
03 Carmelo Lanzon 1900 1907
04 G.F. Farrugia 1907 1909
05 Ġiuseppe Calleja 1909 1915
06 Ġiovanni Vella 1915 1925
07 Robert Gatt 1925 1927
08 G. Lucchese 1927 1931
09 Vinċenzo Pule' 1931 1937
10 Benedetto Dalmas 1937 1970
11 Lawrence V. Farrugia, (Jos. Chetcuti) (1980) 1970 1980
12 Lawrence V. Farrugia 1981 1986
13 Alfred Micallef 1987 1995
14 Alfred Micallef, Anton Gellel 1995 1995
15 Anton Gellel 1996 1998
16 Ant. Gauci 1999 2007
17 Noel Gauci 2007
18 Bjorn Callus 2008 2015
19 Paul Bongailas 2015 2016
20 Simon Farrugia 2016

Treasurers

No Band Master From Until
01 Vinċenzo Pace 1883 1888
02 Ant. Serracino 1907 1909
03 Alfredo Lucchese 1909 1915
04 Ġiuseppe De Raffaele 1915 1921
05 Ġiov. Gabrielli 1922 1929
06 D Vella 1929 1954
07 Ġiuseppe De Raffaele 1955 1956
08 Antonio Darmanin 1956 1960
09 Ġiuseppe Calleja 1960 1965
10 Joseph Calleja 1965 1969
11 Francis Gatt 1969 1971
12 Silvio Farrugia 1971 1979
13 John Raggio, Can. Paul Camilleri 1980 1980
14 Can. Faul Camilleri 1981 1982
15 Eugenio Pelicano 1983 1985
16 John Raggio 1986 1987
17 John Powell 1987 1994
18 John Raggio 1995 1999
19 Anton Gellen 1999 2001
20 Johan Pisani (Charles Gellel) 2001 2003
21 Charles Gellel (J.Powell) 2003 2005
22 Mark Agius 2005 2007
23 Oscar Adami 2007

Note

  • L'Unione - 1883 - 1891
  • Duke of Edinburgh - 1899 - 1900
  • Banda Vitoriosana San Lawrenz - 1978 -

Band Commissions

Band Activities Overseas

Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz - Aboard during Years.

After the progress made by musical societies during the 20th century, they started to contribute more socially, culturally and educationally to their towns and cities. In each of these locations, the societies were making an effort to distinguish themselves and establish their society. The good reputation of some of them was not only known locally, but also internationally. This led to some of them being invited to perform abroad. The St Lawrence Band Club was one of these, as it had shown it was one of the best equipped and popular bands on the island. Wherever it went it always left with full honours, and this was reported in the media both locally and abroad.

The first one of these trips was a pleasure trip together with the musicians, who had to perform a programme in Catania. The contingent should have travelled on 3rd September 1898 and return the following Monday. This trip, however, was cancelled.

Musical Exchange

Historical Events in which the Band participated

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi (1983) 1983 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi (1985) 1985 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi (1987) 1987 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi (1990) 1990 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi (1992) 1992 *
06 Festive Marches - Marċi Brijużi (1993) 1993 *
07 Festive Marches - Marċi Brijużi (1995) 1995 *
08 Festive Marches - Marċi Brijużi (1996) 1996 *
09 Festive Marches - Marċi Brijużi (1997) 1997 *
10 Festive Marches - Marċi Brijużi (1998) 1998 *
11 Festive Marches - Marċi Brijużi (2000) 2000 *
12 Festive Marches - Marċi Brijużi (2001) 2001 *

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Other
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - Millennju 2000 2000 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - (2002) 2002 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - (2005) 2005 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - (2008) (Double Album) 2008 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi - (2011) 2011 *
06 Festive Marches - Marċi Brijużi - (2018) 2018 *
07 Festive Marches - Marċi Brijużi - Collection from the new Millennium *2018 *
  • Festive Marches Collection from the new millennium - 6 Albums on USB - between 2000 and 2011
No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Other
01 Funeral Marches - Marċi Funebri (2001) 2001 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri (2005) 2005 *
03 Funeral Marches & Waltzes - Marċi Funebri u Valzi (2008) (Double Cd) 2008 * *
04 Funeral Marches - Marċi Funebri - Getsemani (2014) 2014 *
05 Funeral Marches - Marċi Funebri - Collection from the New Millennium *2018 *
  • Funeral Marches collection from the new millennium - 4 Albums on USB - between 2001 and 2014

Programmes and Publications

Memorials

External links