Soċjeta Mużikali Banda Marija Reġina

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Soċjeta Mużikali Banda Marija Reġina

Soċjeta Mużikali Banda Marija Reġina - A.D. 1977

Bżonn li tinħoloq Banda fiż-żona

Kien ilu jinħass ta’ bżonn li fil-parroċċa tagħna titwaqqaf banda li tkun mhux biss tal-lokal iżda li tkun ukoll iddedikata kif jixraq lil Ommna Marija Reġina. Kompliet tikber il-ħeġġa meta bdew jinstabu diffikultajiet mill-baned barranin fosthom fil-marċ ta’ filgħodu fejn minbarra problemi biex jiġu jdoqqu kull min jiġi tista tgħejd kien ikun bl-inqas bandisti possibli u jintalbu flejjes kbar u essaġerrati.

Fl-1977 il-festa kellha titfaċċa problema għaliex kif qorbot il-festa il-banda li kellha takkunpanja il-vara waqt il-purċissjoni ħabta u sabta irtirrat u niftakar sew il-parruċċani kienu ta’ malajr organniżżaw min jegħdhom u mid-djar tagħhom stereos u speakers li hekk kif wasslet il-Madonna ħdejhom laqgħawa bid-daqq tal-innijiet. Irrabja ma naqsietx u kif jgħejdu kull deni ħudu b’gid għax dik l-istess sena il-Kappillan Patri Valent Calleja beda jaħdem kemm jiflaħ biex fil-parroċċa jkollna il-banda tagħna. Huwa kien avviċina lis-Surmast [[Mikelanġ Chircopħħ li min naħa tiegħu mhux biss kien aċċetta iżda kien tal-istess ħsieb u fil-fatt min fomhom ħarġet is-sentenża ta’ ngħaqdu banda li tkun tagħna? u bla ma ħasbuwa darbtejn it-tnejn irrispondew ‘ngħaqduwa’.

L-Ewwel Kumitat

Is-Surmast Mikelanġ intefa mill-ewwel biex il-ħolma jsir realta u għaqad grupp ta’ nies serji u li riedu jaħdmu u nistaw nejdu li f’inqas min xahrejn għaqad kumitat. Min hemm mil-quddiem Mikelanġ Chircop kien il-fundattur tal-banda bil-barka u l-appoġġ tal-kappillan Patri Valent Calleja. l-ewwel laqgħa tmur lura eżattament nħar it-13 ta’ Settembru, 1977 f’kamra ma ġemb issagrestija tal-knisja u kienu inħatru temporanji tlett membri bil-ħatriet tas-Sur Saviour Turner President, is-Sur Mikalanġ Chircop Segretarju filwaqt lis-Sur John Muscat kien il-kaxxier. Tfassal Statut u issejħet l-ewwel seduta ġenerali nħar it-23 t’ Ottubru 1977 u min hemm twieldet nistaw nejdu il-banda. is-Sur Saviour Frendo offra post fejn bdew issiru laqgħat u xogħol b’żonnjuż fi Triq Nerik Sacco kantuniera ma’ Triq Qormi, u li sal lum il-ġurnata dan għadu isservi bħala il-każin tal-Banda.

Inżamm il-Permess

Bħal ma’ jigri dejjem il-banda sabet diffikultajiet fejn kellha il-permess miżmum iżda dan ma qagħtax qalb il-kumitat ta’ dak iż-żmien u kellhom jgħaddu eżatt sentejn, biex il-banda setgħet issemma leħina wara li inħarġu il-permessi kollha. Fis-sena ta’ wara li inħareġ il-permess voldieri fl-1980 il-banda daqqet għall-ewwel darba fejn kienet ingħatat l-istandard uffiċċjalment u regalata b’xi strumenti. Il-marċ kien suċċess u il-briju beda jieħu xejra oħra bis-soddissfażżjon li issa il-banda kienet tal-lokal u tal-parroċċani. Min hawn il-quddiem il-banda ma ħarsietx lura u kompliet tissaħħah u fl-1983 ġie maħtur President ġdid is-Sur Joseph Grech.

Il-Banda toħroġ idoqq barra il-Marsa

Kien immiss li l-banda tipparteċipa ukoll barra mill-lokal u dan seħħ fl-1985 meta il-banda daqqet bl-ewwel serviżżi tagħha fil-festa ġirien tat-Trinita Qaddisa fil-Marsa stess, wara kellha okkazjoni oħra li tieħu sehem ukoll fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu ġewwa il-Balluta. F’din is-sena ukoll is-Surmast Mikelanġ Chircop wara li kien lesta l-Innu il-kbir ad unur Marija Reġina b’versi ta’ Dun Frans Camilleri sar program vokali u strumentali [ewwa knisja ippakjata bin-nies kburin b’dik is-serata, u taħt il-patroċinju ta’ E.T. is-Sinjorina Agatha Barbara President ta’ Malta.

Fl-1988 il-banda ħatret Surmast ġdid u issa għaddiet taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Nazzareno Sammut fejn flimkien mal-President komplew jibnu l-istorja ta’ din il-banda. Fl 2001 inħatar President is-Sur Christopher Spiteri fejn dan fost ix-xogħol li kompla kien ħatar lis-Sur Dennis Grech, li kien bandist u delegat tal-banda biex jirrikommanda Surmast aktar żagħzugħ u bl-energija għal-banda tagħna peress li kienet intgħmet il-ħatra tas-Surmast ta’ qabel. Mro. Joseph Nazzareno Sammut kien ħalliena fl-4 ta’ Marzu, 2020.

Mro. Mario Testa jkun maħtur it-tielet Surmast tal-Banda

Is-Sur Dennis Grech ma kellhux dubji u irrikomanda mill-ewwel lil Mro. Mario Testa fejn bl-entużjażmu tiegħu il-banda ħadet spinta akbar il-quddiem. Flimkien id-delegat tal-banda u is-Surmast kienu faslu program aktar serju min dak li kien jeżisti biex komplew ikabbru ir-repertorju tal-mużika kif ukoll tat-tagħlim mużikali b’xejn lil kull min irid jitgħallem.

Fil-fatt illum il-banda minbarra mużika klassika u allegra fornita ukoll b’sett ta’ marċi funebri mill-isbaħ, sett ta’ innijiet marjani u proċċessjonali, sett innijiet għal qalb ta’ Ġesu, sett innijiet tal-Milied kif ukoll sett tal-marċi karnivaleski fost oħrajn u numru sabieħ ta’ marċi brijużi. Beda ukoll jitgħella program mużikali verament ta’ livell għoli fil-Ġimgħa tal-festa u li b’ħasra kbira kellhu jitwaqqaf wara ċertu snin minħabba li bħal kull Soċjetajiet oħra is-Soċjeta kellha titfaċċa żmienijiet diffiċċli fosthom ta’ nuqqas ta’interess kif ukoll dawk finanżjarji kif ħa naraw il-quddiem.

Problemi Finanzjarji fil-Każin

Fil-fatt fis-sena 2006 bla mistenni kellha tissejjaħ seduta ġenerali straordinarja fejn fija inħatar President is-Sur (Bartolomeo) Bertie Muscat li bl-esperjenża u is-serjeta tiegħu ħadem biex din is-Soċjeta tkompli timxi il-quddiem għalkemm ma kienx żmien faċli għalieh iżda b’xorti ħażina iċ-ċirkostanżi ma tantx ħallew fit-tul it-tmexxija tiegħu għalkemm kienet bżonnjuza u sa lejn l-għeluq it 30 sena tal-banda il-ħatra kienet reġet fdata għand is-Sur Christopher Spiteri. lż-żmienijiet min hawn l’hemm ma kienux sfortunatament sbieħ u anka f’xifer falliment u is-Sur Christopher Spiteri minħabba impenji oħra ma setax ikompli għalhekk ġie isuġġeriet li jiġi avviċinat is-Sur Dennis Grech li kien għadu jokkupa il-kariga ta’ delegat tal-banda.

Unanimament fis-sena 2009 inħatar is-Sur Dennis Grech li minbarra diffikultajiet kbar li kienu jeżistu fosthom anka ta’ djun konsidorevoli kien hemm il-problema li tiġri dejjem, li meta tkun f’diffikultajiet kbar ma issibx baħrin tal-maltemp u biex soċjeta tiġi salvata kien għad fadal 3 min nies biss li tajjeb jissemmew għaliex kienu huma li ma beżżawx min ebda maltemp u ħadmu qatigħ biex is-Soċjeta tkompli mixja. Dawn kienu il-President Dennis Grech u li baqa iżomm il-kariga ta’ delegat tal-banda, il-kaxxier Carmel Curmi u Joe Cachia għal kull bżonn li kellha il-banda filwaqt tajjeb insemmu li is-Surmast Mario Testa tant il-banda kienet u għada f’qalbu li kien offra biex jgħejn li jieħu il-kariga ta’ segretarju li kienet vakanti filwaqt li flimkien mas-sinjorina Jo Theresa Deguara komplew immexxu l-iskola tal-mużika li kienet ser titwaqqaf minħabba nuqqas tal finanżi.

Is-Sitwazzjoni ġiet għal-aħjar u l-Każin reġa irpilja

Bit-tmexxija tal-President is-Sur Dennis Grech u anka b’għaqal mal-kumiati il-każin u l-banda reġaw ħadu id-dinjieta xierqa. Tajjeb li nsemmu ħafif x’sar fit tmexxija ta' dawn l-aħħar 12 il-sena li minbarra id-dejn tħallas kollhu is-Soċjeta ħadet ftit tar-ruħ bil kiri ta sala għal attivitajiet u wirjiet, ħadet sehem bosta drabi fil-Pageant tal-passjoni, fil-ġranet tal-festa, fil-jiem tal-karnival ġewwa il Belt Valletta għal aktar min 6 snin fejn waqqafna mħabba il-covit, Festa tal-Karmnu fil-Belt Valletta, programm vokali u strumentali Madonna tad-Dutriena Tarxien, servizz Sajfi f’Baħar lċ-Ċagħaq ad unur il-Madonna ta Sacra Cuor, kif ukoll attivitajiet tal-kunsill lokali. Partecipażżjoni oħrajn tal-banda tul iż-żmien kienu fil-Milied ġewwa il-Belt w il-Marsa, Qalb ta’ Gesu, festa Sant Anna Marsascala kif ukoll marc u program fil-festa Madonna tal-Grażżja f’ Ħaż-Żabbar. Isiru ukoll attivitajiet fosthm popolari safra fi Sqallija, ħargiet f’Għawdex u fil-Ġimgħa Mqaddsa kif ukoll oħrajn kulturali u pasta jew pizza nights. Sar ħafna xogħol ta’ manutenzjoni fil-każin fosthom ingħatat dehra ġdida lill-Bar u il-kamra tal-kumitat, inbidlu wires tad-dawl li kienu qdimu u saħansitra bdew itgħajjru is-salva vita, ġew irranġati is-soqfa fejn is-Sur Vince Frendo li sew huwa kif ukoll missieru Saviour li parti mill-kumitat u strumentali bl-għajnuna tagħhom lejn il-każin tul iż-żmiennijiet, ġie irrangat il-bejt u sar ittibjiet kull meta inħasset il-ħtieġa. Saret ukoll il-faċċata min barra tlett sulari wara li din kienet fi stat ħazin ħafna minħabba nuqqas ta manutenzzjoni ma tul iz-zmien.

Egħluq l-40 sena mit-twaqqif tal-Banda

Wieħed ma jistax iħalli barra li fis-sena 2017 il-banda kienet strumentali fl-Anniversarju tal-50 sena parroċċa u l-40 sena banda billi ħadna sehem b’suċċess kbir nħar is-Sibt 28ta’ Jannar b’ Akkademja mużikali u vokali kif ukoll il-Hadd 5ta’ Frar filgħodu bil-banda waqt il-pellegrinaġ li sar maż-żewġ parroċċi fejn dak in-nħar kienet storika għaliex iddaħlet il-vara ta’ Marija Reġina fil-knisja tas-Santissima Trinita akkumpanjata ukoll mil-banda ukoll tas-Soċjeta Mużikali Trinita Qaddisa. Sar ukoll id-drapp għal armar tal-faċċata tal-każin li kif kulħadd jaf hemm medda ġmiela ta’ tlett sulari u anka ġiet imżanżna bandiera mill-isbaħ u ġdida għall arblu li kien għadu kif ġie mibdul ukoll.

Fil-bidu tat-2019 saret bidla fil-kumitat fosthom dik ta' President fejn is-Sur Dennis Grech xtaq li jirtira minħabba l-eta waqt li dl-istess ħin, wera x-xewqa li jkun hemm persuna li toffri impenn, eneġija u ideajt ġodda. Hawn ġie maħtur Pesident is-Sur Elton Theuma, li apparti kien il-kaxxier tas-Socjeta kellu esperjenza vasta u biżżejjed biex seta ikompli imexxi fejn ħallew ta qablu. ls-Sur Dennis Grech inħatar President Onorarju mill-kumitat il-ġdid u għadu xora jagħti għajnuna fejn hu possibbli sal-ġurnata tal-lum.

Kriżi tal-Pandemija tal-Covid-19

F'dik is-sena ftit wara kienet faqqet il-pandemija tal-covid fejn għal aktar min sentejn kollox kien wieqaf u għalhekk nistaw nejdu li sew il-President u il-kumitat il-ġdid sabu bħal kulħadd sitwazzjoni iebsa mill-ewwel ma wiċċhom iżda dawn ma qattawx qalbom u dak iż-żmien wettqu fejn setaw xi xogħol individwali. Sar xogħol ta' manutenzjon ma barra kollhu tal-każin, tibdil tad-dwal mal faċċati kif ukoll xogħol ta' madum u irħama fejn il-bieb tal-każin bl-isem u arma tas-Soċjeta kif ukoll 2 lapidi fuq ġewwa fit-taraġ. Sar xogħol tal-ħadid għal-aktar sigurta wara li b'xorti ħażina il-każin kien safa vittma ta’ serq.

Reġa ingħatat dehra isbaħ lill-Bar kif ukoll il post tal-Banka tal-lotto fejn ġiet iktar attrezzata u modernizzata anka aktar konvinjent tal-klijenti. Ġiet varata ukoll kanizzata kbira fejn fija waqt il marċ ta' filgħodu il-bandisti setaw idoqqu b'iktar kumdita u għal kenn konta ix-xemx t’Awwissu. Fil-Milied quddiem il-każin kull sena qed jintrama presepju kbir u xi dwal quddiem il-każin kif ukoll slaleb kbar tal-Ġimgha Mqaddsa biex ikomplu joħolqu aktar atmosfera ta' dawn il-festi.

Mro. Mario Testa Għoxrin Sena Surmast - Imut il-Fundatur tas-Soċjeta Mużikali Banda Marija Reġina

Tajjeb insemmu f'għeluq l-għoxrin sena mit-tmexxija tas-Surmast Mario Testa itgħellet serata fejn wara quddies ta’ ringrazzjament sar riċeviment mistħoqq bis-sehem tal-Banda fejn dak in-nħar il-mużika li ndaqqet kienet kollha kompożżijoni tal-istess Surmast u ingħalqet b'tifkira mil-isbaħ lil dan il-bravu Surmast li tant irrispetta lil din il-banda u għadu jagħmel dan. Fuq nota oħra ta’ dispjaċir hija li nħar it-tlettax ta' Marzu 2023 ħalla din id-dinja il-fundatur u l-ewwel Surmast ta' din il-banda Michael Angelo Chircop.

Iż-żewġ baned Marsin idoqqu Flimkien

Żewġ avvenimenti oħra kbar fl-istorja ta' din il-Banda huma meta nħar l-Erbgha u għoxrin ta' Settembru 2022 il-Banda ħadet sehem fil-festi tal-akbar Titulari biex tiġi iċċellebrata il-Marsa belt kultulari 2022 fejn dak in-nħar ħadu sehem iż-żewġ baned Marsin jakkunpanjaw il-vari rispettivi tagħhom fejn imbagħad iltaqaw flimkien ġewwa pjazza u saret quddiesa kantata biż-żewġ vari fuq pedestalli waħda kull naħa tal-altar u wara komplew triqtom bid daqq lejn il-parroċċi rispettivi. Lejla memorrabli li ma tantx jista jkollok okkażżjonijiet bħalom ta’ dan it-tip.

Jinxtara il-lokal tal-Każin

Okkażżjoni ohra kbira tas-Socjeta kienet li nħar l-Erbgħa u għoxrin t' April 2023 sar l-iffirmar tax-xiri tal-każin mal-gvern mis-Segretarja is-Sinjura Rina Pace biex b’hekk issa ma baqax aktar bil-kera. Ovvjament il-banda baqet itgħella attivitajiet bħal pizza u pasta night tradizzjonali ftit jiem qabel il-festa fit-triq tal-każin imżewqa bil-kant u mużika għal gosti ta’ ħafna li jattendu. Għada tieħu sehem ġewwa il-Marsa fil-karnival u il-Milied ta kull sena attivitajiet imgħtella mil-Kunsill lokali fost ħafna ohrajn.

Biex ngħallqu fuq nota pozzittiva tul dawn l-aħħar 45 sena il-banda dejjem kellha ċertu nies fil-kumitati li kienu lesti iħabbierku u jaħdmu biex bħal kull soċjetajiet oħra għelbu id-diffikultajiet,qasmu id-diżżapunt w il-ferħ flimkien u wasslu t-tagħlim w il-kultura tal-mużika sew fil-lokal tagħna kif ukoll barra il-lokal, avolja soċjeta bħal tagħna hija imdawwra bil-baned ta’ kwalita fl’akkwati tagħna xorta dan ma żamm xejn li inkunu ta’ unur lejn dawn il 45 sena ta’ storja, mużika u kultura li twassal il-Soċjeta Mużikali u Banda Marija Reġina dik li hija illum magħrufa u segwita

Kitba u tagħrif miġbur mis-Sur Dennis Grech – Ippubblikat fil-ktieb tal-Festa 2023

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Michael Anġelo Chircop 1977 1987
02 Joseph Nazzareno Sammut 1987 2000
03 Mario Testa 2001

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Saviour Turner 1977 1983
02 Joseph Grech 1983 2001
03 Chris Spiteri 2001 2004
04 Bertie Muscat 2004 2005
05 Alfred Guzman 2005 2006
06 Chris Spiteri 2006 2007
07 Dennis Grech 2007 2020
08 Elton Theuma 2020

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Michael Anġelo Chircop 1977
02 Elkjaer Theuma

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
02 John Muscat 1977
01 Anthony Pace

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Festive Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mill-Banda Marija Reġina Marsa (1990) 1990 *

Cd's

Programmes and Publications

Memorials

External links