Soċjeta Filarmonika Victory

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

History

Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1898)

Storja tas-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra

Fis-seklu dsatax, insibu li fir-raħal tax-Xagħra, diġa kienet teżisti soċjetá bl-iskop li tħarreġ iż-żgħażagħ fl-arti tal-mużika.

Insibu li fis-sena 1896 kienet diġa nibtet l-idea fost grupp ta’ Ġuvintur biex jorganiżżaw ruħhom u jiffurmaw banda. Pero għalkemm kien hemm il-ħeġġa, ma setgħux jimxu l-quddiem minħabba li ma setgħux jsibu persuna biex jagħlem u jidderieġi l-banda. Pero sentejn wara dawn l-isforzi ġew ippremjati. Is-Surmast Edoardo Farina ġie joqgħod Għawdex u malli sema bix-xewqa ta dawn iż-żgħażagħ Xagħrin ftiehem ma’ xi bandisti tas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 biex dawn iġibuh ix-Xagħra u jintroduċuh max-Xagħrin.

Wara l-Festa tas-sena 1898 eżattament nħar 25 ta’ Settembru s-Surmast Edoardo Farina ltaqa mal-Arċipriet Ġiuseppe Diacono li kien mdawwar biż-żgħażagħ u rġiel jitkellmu fuq il-banda. Wara li ntorduċa ruħu, dakinħar stess ġwie miftiehem li jibda jitla tlett darbiet fil-Ġimgħa biex igħallem is-solfiġġ. L-għada bdew l-ewwel lezzjonijiet taħt is-Surmast Farina madwar 20 alliev.

Fl-20 ta’ Ottubru 1898 l-Arċipriet Diacono ppreżenta abbozz ta’ statut, waqt laqgħa għall-allievi fil-preżenza tas-Surmast Edoardo Farina u s-saċerdoti kollha tal-Parroċċa biex jiġi eżaminat. Dan intogħġob u għalhekk ġiet imsejjaħ laqgħa Ġenerali biex dan jiġi approvat. Din il-Laqgħa saret fil-25 ta’ Ottubru 1898 fid-dar magħrufa bħala Casa Pia Industriale li tinsab fil-pjazza tax-Xagħra. Wara li l-istatut ġie approvat ġiet formalment imwaqqfa l-Banda fix-Xagħra bl-isem ta’ Vittorja, bl-ewwel President ikun Dun Alwiġ Attard, s-segretarju Dun Samwel Formosa, kaxxier Dun Lawrenz Sultana u Surmast Edaordo Farina.

Fl-1899 il-Banda tieħu sehem għal-ewwel darba fil-festi esterni ad unur tal-Kom Patrun tax-Xagħra San Ġużepp u fl-istess sena tieħu sehem għal-ewwel darba fil-Festi Esterni ta’ Marija Bambina.

Fis-sena 1900 it-tmexxija tal-Banda għaddiet f’idejn Mikelanġ Borg mir-Rabat Għawdex minħabba li s-surmast Edaordo Farina kellu jirritorna lejn Malta bil-Familja. Fl-istess sena l-Banda ħadet sehem fil-Festi Esterni ad unur ta’ Santa Marija fir-Rabat Għawdex organiżżati mill-Banda Soċjetà Filarmonika Leone. Is-servizzi kienu Lejliet il-Festa u Nħar il-Festa.

Naraw kif l-Banda baqet attiva sal-1906, fl-istess sena li ġiet l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Insibu li meta saret il-purċissjoni l-katubier tal-banda ra li hemm numru sabiħ ta’ bandisti li ser jieħdu sehem u għalhekk is-somma tal-flus ma’ kienetx ser tkun biżżejjed rema l-bakketta u telaq. Min hawn naraw li l-banda kellha nuqqas kbir ta’ finanzi u għalhekk ma setgħetx tkompli topera. Insibu li għalkemm l-banda kienet wieqfa xorta waħda kien hemm numru kbir ta’ tantattivi biex din terġa tiġi mwaqqfa.

Wara ħafna tentattivi fl-1933, fis-sena li twaqqfet l-Għaqda tal-Boy Scouts, il-kumitat ta’ din l-għaqda ħaseb biex ikollu l-banda tiegħu. Infatti fuq inizzjattiva tal-ħabrieki President tagħha Franġisk Camilleri li ġie mħajjar minn Dr. A.V. Laferla u flimkien mal-membri tal-kumitat beda t-tagħlim tas-solfiġġ lil madwar 30 alliev taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia.

Fis-sena 1935 eżattament fid-19 ta’ April il-Banda ħadet sehem għal-ewwel darba fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Fid-9 ta’ Mejju 1935 il-Banda ħadet sehem fil-Festi tal-Ġublew tal-Fidda tar-Re Ġorġ V fir-Rabat Għawdex permezz ta’ marċ u programm.

Fit-8 ta’ Settembru 1935 il-Banda tieħu sehem fil-Festi Esterni ta’ Marija Bambina u fl-istess sena tesegwixxi għal-ewwel darba l-Innu Lil Marija Bambina kliem ta’ Mikiel Camilleri u Mużika ta’ Mro Mikiel Farrugia.

Insibu wkoll li f’din is-sena, 1935 il-Banda tagħna laqgħet lill-Kardinal A.E. Lepicier (legat tal-Papa), dan il-Kardinal kien ġie Malta biex jinkoruna l-Madonna ta’ Pinu, li żar lir-raħal tax-Xagħra.

Fid-19 ta’ April 1936 f’Laqgħa tal-kumitat, il-Membri u Soċi qablu li l-Banda tibda tiġi msejjaħa “Vittoria”, mhux biss biex tfakkarna fir-rebħa tal-Gżejjer tagħna fuq in-nofs qamar fl-1565 imma wkoll peress li Marija Bambina ġiet magħżula Protettriċi tas-Soċjeta.

Il-Banda issa kellha s-sede tagħha fil-Pjazza u dan ġie mbierek mill-Arċipriet tal-Parroċċa Dun Mawrizju Cauchi nħar 17 ta’ Mejju 1936.

Ġrajja storika miktuba b’ittri tad-deheb hija li fis-16 ta’ Awwissu 1936 saret żjara lis-sede tal-Banda mill-Gvernatur Sir Bonham Carter u l-banda leqgħetu bid-daqq ta’ l-Innu God Save The King.

Bħala tifkira tat-“8 ta’ Settembru”, nħar is-Sibt 26 ta’ Settembru 1936, l-Banda Vittoria ħadet sehem flimkien mal-Banda “Prekursur” Xewkija b’marċ u programm fir-Rabat Għawdex.

Fis-sena 1938 il-Banda tagħna taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia qasmet għall-ewwel darba l-fliegu wara li ġiet mistiedna biex tagħmel programm fil-Festa ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema.

Sena importanti ħafna għal-Banda tagħna hija s-sena 1939. Dan għaliex nhar it-Tlieta 15 ta’ Awwissu waqt programm Mużikali ġiet mżanżna l-Uniformi l-Ġdida u l-Banda bdiet tissejjaħ bl-isem “Victory”.

Għat-tieni sena wara l-oħra l-banda qassmet l-fliegu u ħadet sehem fil-Festi Esterni ad unur ta’ San Ġiljan permezz ta’ marċ u programm li sar nħar il-Ħadd 27 ta’ Awwissu 1939.

Fis-Sena 1940 naraw lill-Banda Victory tieħu sehem għall-ewwel darba fil-Prima Messa tal-qassisin Dun Mikelanġ Xerri u Dun Manwel Hili għal-ewwel darba.

Fl-1943 l-Banda Victory tiġi mistiedna biex tagħti servizz wara l-waqa ta’ Tripoli.

Il-banda Victory ħadet sehem fil-festi Ġewwa r-Rabat fl-okkażjoni ta’ l-ingress ta’ l-Isqof Ġużeppi Pace fil-Katidral t’Għawdex permezz ta’ marċ u programm taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia nħar is-7 t’April 1945.

Fit-13 ta’ Mejju 1945 Il-banda tiċċelebra ‘V.E. Day’ fix-Xagħra.

Fl-1 ta’ Lulju 1945 il-Banda Victory għall-ewwel darba tieħu sehem fil-Festi Esterni li ssiru fl-irħula Għawdxin permezz ta’ marċ u programm fir-raħal ta’ l-Għarb fl-okkażjoni tal-Festa taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia.

Fis-sena 1946, eżattament nħar it-30 ta’ Ġunju, Il-Banda Victory tieħu sehem fil-festi organiżżati mill-Għaqda Koperattiva tal-Bdiewa Għawdxin fil-belt Victoria fl-okkażjoni tal-ħatra ta’ l-Isqof Ġużeppi Pace bħala President Onorarju ta’ l-istess Għaqda. Il-Banda esegwiet programm taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia ġewwa t-Tokk fil-belt Victoria.

Fis-6 ta’ Jannar 1947, fl-egħluq il-50 sena ta’ saċerdozju tal-Kan. Arċipriet Mawrizju Cauchi S.Th.D. il-banda Victory għamlet Programm Mużikali fil-Misraħ tar-raħal taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia.

Fl-1950 il-Banda Victory tieħu sehem fil-Ġublew tal-Fidda tal-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Ariċisoqof Michele Gonzi.

Nhar il-Ħadd 2 ta’ April 1951 l-Banda Victory ddoqq l-‘’Innu God Save the King’’ biex issellem lill-Prinċipessa u lil żewġha d-Duka ta’ Edinburgh waqt żjara fir-raħal tagħna.

Il-Ħadd 9 t’April 1951 l-Banda Victory taħt id-direzzjoni tas-Surmas Mikiel Farrugia takkumpajna l-istatwa Djoċesana tal-Madonna ta’ Fatima minn Pjazza Sant Anton sal-Pjazza l-Vittorja.

Fil-15 ta’ Frar 1953 ġie organiżżat għall-ewwel darba l-Karnival f’Għawdex u l-Banda Victory ħadet sehem fl-ewwel Ġurnata bil-kostum ikun jismu “Ħallelin tal-Baħar”. Il-banda daqqet marċi brijużi mat-toroq tal-belt Victoria taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia.

Il-Banda Victory taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia tesegwixxi programm fi Pjazza t-Tokk ir-Rabat fis-6 ta’ Ġunju 1953 lejliet l-Inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II ta’ l-Ingilterra.

Servizz ta’ marċ mill-banda Victory f’ġieħ l-Onor. Carmelo Refalo, president ta’ l-istess Soċjeta, fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Deputat fil-Parlament nħar il-25 ta’ Diċembru 1953.

Fis-7 ta’ Mejju 1954 Il-Banda Victory tilqa lir-Reġina Eliżabetta II f’Għajnsielem

Il-Banda Victory tagħti l-aħħar tislima lil Franġisk Camilleri fil-Funerali tiegħu mid-dar sal-Knisja Parrokkjali li sar nħar l-20 ta’Awwissu 1954.

Fis-sena 1955 il-Banda Victory tilqa lill-Kardinal Federico Tedeschini li żar lix-Xagħra. Fl-istess sena Il-Banda Victory tesegwixxi Programm Mużiko-Letterarja fl-okkażjoni tat-tberik ta’ strumenti ġodda. F’dan il-programm il-kumitat tal-Banda permezz tal-President Carmelo Refalo u s-Segretarju Joseph Camilleri għamlu talba biex il-Knisja tagħna tiĠi mgħonija bit-Titlu ta’ Bażilika u l-Istatwa ta’ Marija Bambina tiġi nkurunata.

Il-Ħadd 5 ta’ Ottubru 1958 waqt il-purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tar-Rużarju nstemgħu xi murtali tal-bomba u sar magħruf li l-Knisja ta’ San Ġorġ Rabat saret Bażilika. Infatti fl-Laqgħa Straordinarja li l-Kumitat tal-Banda żamm fil-Każin, saret talba bil-miktub lill-Isqof Ġużeppi Pace sabiex il-Knisja tagħna tiġi onorata bit-titlu ta’ Bażilika. Din it-talba ġiet ppreżentata lill-Isqof Pace fil-Festa ta’ Kristu Sultan fin-Nazzarenu, fis-26 ta’ Ottubru. Din it-talba ġiet miċħuda u mibgħuta lura lill-Kumitat tal-Banda.

Il-Ħadd 5 ta’ April 1959 l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Mikiel Gonzi ġie Għawdex biex jiċċelebra l-50 sena minn meta beda jqaddes. Fuq stedina mill-banda tagħna ġie x-Xagħra u twassal il-każin tal-banda fil-karrozza tiegħu miġbud bil-ħbula. Hu kien milqugħ bl-Innu tal-Papa.

Għat-tielet darba fl-istorja glorjuża tal-Banda Victory, nsibu li l-Banda tieħu sehem fil-Festi Esterni ta’ Sant’ Andrija f’Ħal-Luqa Malta nhar l-20 ta’ Settembru 1959.

Bejn 1959 u 1966 Il-Banda Victory ma tieħux sehem Fil-Festi Esterni ad unur ta’ Marija Bambina bħala protesta talli l-ET Mons Isqof Gużeppi Pace ma ridtx jagħti t-Titlu ta’ Bażilika lil Knisja tagħna. (il-Festi Esterni ġew mħassra).

Fit-23 ta’ Ġunju 1960 jirtira s-Surmast Direttur tal-Banda Victory Mro. Mikiel Farrugia wara 26 sena jidderieġi l-banda. Bħala Surmast tal-Banda jiġi avviċinat is-Surmast Mro.Joseph Camilleri A.Mus li mill-ewwel jaċċetta.

Fid-9 ta’ Ġunju 1963 Il-Banda Victory tesegwixxi Programm ta’ Marċi Funebri b’turija ta’ Luttu għal-mewt tal-Papa Gwanni XXIII.

Il-Banda Victory tieħu sehem fl-attivitajiet f’ġieħ l-għoti ta l-Indipendenza bi programm taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Camilleri A.Mus fit-Tokk ir-Rabat fit-23 ta’ Settembru 1964.

Għal-ewwel darba l-Banda Victory tieħu sehem fil-Purċissjoni tad-Duluri fix-Xagħra nhar id-9 t’April 1965.

Fid-29 ta’ Awwissu 1967, kienet l-ewwel Ġurnata tan-Novena tal-Bambina meta ġriet l-aħbar li l-knisja tagħna Ġiet mgħollija għad-dinjita ta’ Bażilika. Kellhom raġun ix-Xagħrin jiċċelebraw dik il-lejla b’mod l-aktar brijuż mad-daqq ferrieħi tal-Banda “Victory” għax issa l-ħolma tax-Xagħrin kollha seħħet realta.

Mis-sena 1968 sas-sena 1975 Il-Banda Victory tieħu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-Kattidral fuq stedina tal-Banda Leone.

Waqt laqgħa bejn delegazzjoni mill-Kumitat tal-Banda Victory u l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi, l-Isqof ta’ l-inkarigu lill-kumitat tal-Banda biex jieħu ħsieb il-Festi Esterni ta’ Marija Bambina.

Fis-16 ta’ Diċembru tħabret il-mewt tas-Surmast Mikiel Farrugia u fl-20 ta’ Diċembru 1969 il-Banda Victory tieħu sehem fil-Funeral tas-Surmast Mro. Mikiel Farrugia (1934-1960).

Mro. Joseph Camilleri jirreżenja minn Sumast Direttur tal-Banda Victory fl-24 ta’ Jannar 1971. Fis-27 ta’ Jannar 1971 Mro. Nazzarenu Refalo jaċċetta t-talba tal-kumitat u nħatar Surmast Direttur tal-Banda Victory.

Nħar il-Ġimgħa 28 ta’ Mejju 1971 sar l-iffirmar tal-kuntratt rigward il-plots tal-Gvern. Reġa sar l-iffirmar tal-kuntratt rigward tal-plots tal-Gvern 10 ta’ Mejju 1973, f’dan il-kuntratt barra dawk li kienu ġew iffirmati fl-ewwel kuntratt żdiedu żewġ plots oħra. Għar-raba darba fl-Istorja tal-Banda Victory, il-Banda taqsam il-fliegu u għat-tieni darba il-banda tieħu sehem fil-Festa ta’ San Giljan Malta, permezz ta’ marċ il-Ħadd 13 t’Awwissu 1972.

L-Malta Band Club Ass. għarfet lil kumitat tal-Banda tagħna li l-Banda Victory ġiet magħżula biex tagħmel marċ u program nhar il-Ħadd 10 ta’ Settembru 1972 fit-Tokk ir-Rabat Għawdex fl-okkażjoni tal-Festi Nazzjonali.

Kien fis-sena 1955 meta l-Kumitat tal-Banda taħt il-presidenza ta’ Carmelo Refalo talab uffiċjalment li l-Istatwa ta’ Marija Bambina tiĠi Nkurunata. 18 il-sena wara din it-talba tiġi milqugħa. Infatti nħar it-2 ta’ Settembru 1973, mitt sena mill-wasla ta’ l-istatwa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, l-Isqof Nikol G. Cauchi Nkuruna lill-Istatwa ta’ Marija Bambina, fost il-ferħ tal-poplu Xagħri u d-daqq ferrieħI tal-Banda Victory.

Fl-14 t’ Ottubru 1973 Il-Banda Victory tilqa lill-Arċipriet il-ġdid Mons. Eucharist Sultana b’marċi Brijużi minn dar tiegħu fit-triq Marsalforn sal-Pjazza.

Nhar il-Erbgħa 19 ta’ Marzu 1975 sar il-Pussess tal-Kappillan il-Ġdid għal-Parroċċa ta’ San Lawrenz Dun Mikiel Borg fejn il-banda Victory ħadet sehem.

Tqiegħed ta’ l-Ewwel ġebla tal-Każin l-ġdid tal-Banda Victory sar nhar il-Ħadd 8 t’Awwisu 1976, mill-Ministru Patrick Holland. Il-Banda Victory tagħmel marċ mill-Każin l-Antik fil-Pjazza l-Vittorja sa’ ħdejn il-Każin il-Ġdid.

1976 il-banda Victory għamlet marċ f’Ġieħ l-Onor. Carmelo Buttigieg, għal-ħatra tiegħu bħala Deputat fil-Parlament.

Is-Soċjetá torganiżża għal-ewwel darba s-Song Festival fl-4 ta’ Diċembru 1976.

Tnejn 21 ta’ Frar 1977, jirreżenja s-Surmast Nazzarenu Refalo minn Surmast tal-Banda Victory. Fil-11 ta’ Mejju 1977 il-Kumitat tal-Banda Victory jaħtar lis-Surmast Anton Bonnici bħala Surmast tal-Banda.

Fis-16 ta’ Ottubru 1977 issir l-Ewwel Tieġ fis-Sala tal-Każin tal-Banda.

Bejn is-snin 1978 u 1980 insibu l-Banda Victory tieħu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-Knisja taż-Żebbuġ Għawdex.

Il-Banda Victory tieħu sehem attiv fil-Festa taċ-Ċentinarju tal-konsagrazzjoni tal-knisja Bażilika ta’ Marija Bambina, billi l-Banda tagħmel marċ nhar is-Sibt 20 ta’ Mejju 1978 u tagħmel marċ u programm nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 1978.

Il-Kumitat tal-Kultura f’Għawdex tistieden lill-Banda Victory biex tagħti Ġieħ lill-Malta Ħielsa f’Jum il-Ħelsien nħar il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu 1979 permezz ta’ marċ mill-Lyceum sat-Tokk.

Fis-26 t’April 1980 Il-banda Victory tesegwixxi Programm Vokali Strumentali ġewwa l-Oratorju Don Bosco taħt it-tmexxija ta’ Mro. Carmelo Caruana li kien imniedi mill-Malta Band Association.

Għal-ħames darba fl-Istorja tal-Banda Victory, il-Banda taqsam il-fliegu u tagħmel servizz ta’ marċ fil-Festa ta’ San Ġużepp fl-Imsida dan sar nħar id-19 ta’ Lulju 1980.

Beda l-ġarr mill-każin il-Qadim għal dak ġdid u eżattament fl-1 t’Ottubru 1980 il-Banda Victory titħol uffiċċjalment fil-Każin il-Ġdid.

Nħar l-Erbgħa 25 ta’ Awwissu 1982, għall-ewwel darba l-Banda Victory tirrekordja l-Marċijiet Brijużi.

Il-Banda Victory tieħu sehem permezz ta’ marċ fil-pussess ta’ l-Arċipriet il-Ġdid tal-Qala Dun Anton Sultana nħar il-Ħadd 22 ta’ Marzu 1983.

Nħar id-19 ta’ Ġunju 1983 għas-sitt darba u għat-tieni darba fl-istorja tal-Banda Victory, l-Banda taqsam il-fliegu u tieħu sehem fil-Festi Esterni ad unur ta’ San’Andrija fl-Ħal-Luqa liema servizz kien il-marċ ta’ filgħodu.

Għall-ewwel darba il-Banda Victory tirrekordja l-Marċi Funebri fl-1984.

Il-Banda Victory tieħu sehem fl-isfilata tal-Karnival Malta fuq stedina mic-Chairman tal-Karnival ta’ Malta, is-servizz mitlub huwa ta’ marċ minn ħdejn il-knisja ta’ San Publiju l-Furjana sa Pjazza l-Ħelsien nħar il-Ħadd 12 ta’ Mejju 1985 bin-numru 29.

Fis-sena 1988 il-Parroċċa tax-Xagħra għamlet festi kbar biex tikkommera it-300 mitt sena Parroċċa u l-Banda Victory ħadet sehem kbir f’dawn l-attivitajiet bl-ewwel servizz kien nħar Il-Ħamis 28 ta’ April 1988 fejn il-banda Victory għamlet marċ mill-Pjazza l-Vittorja sal-Knisja ta’ Sant Anton Abbati bħala bidu tal-Festi taċ-Ċentinarji tal-Parroċċa.

Fit-2 ta’ Settmbru 1990 fil-Każin tal-Banda Victory saret ċerimonja simbolika fejn sar it-Tberik ta’ Arkivju Ġdid.

Għas-seba darba fl-istorja tal-Banda Victory taqsam il-fliegu u tagħmel servizz tal-marċ ta’ Filgħodu nħar is-7 ta’ Lulju 1991 f’ Ħal-Luqa fil-festa ta’ Sant’ Andrija. Il-Banda kienet mistiedna tal-Banda Sant’ Andrija.

Il-Banda Victory tieħu sehem fil-Pusses ta’ Arċipriet Ġdid fir-raħal tal-Qala. Rev. Dun Karm Refalo iben ix-Xagħra jieħu l-pussess ta’ Arċipriet fil-Parroċċa tal-Qala nħar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 1991

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju 1992 il-Banda Victory tieħu sehem fid-29 Kungress ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla li sar fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina Xagħra.

Il-Banda Victory tieħu sehem fil-Pussess ta’ Kappillan ġdid fir-raħal ta’ l-Għasri. Nħar is-Sibt 6 ta’ Mejju 1992 r-Rev. Dun Ġużepp Cini iben ix-Xagħra jieħu l-pussess ta’ Kappillan ta’ l-Għasri.

Nħar it-3 ta’ Settembru 1993 waqt programm mużikali it-tmexxija tal-Banda Victory tagħdi min idejn is-Surmast Anton Bonnici għas-Surmast Mro. Joe Galea L.C.M. mir-Rabat Malta. Is-Surmast Anton Bonniċi kien ilu f’din il-kariga għal-16 sena sħaħ fejn fiha l-Banda mxiet ħafna il-quddiem.

Ġrajja li ser tibqa mniżżla b’ittri tad-deheb fl-istorja Ġlorjuża tal-Banda Victory hija l-mawra li l-Banda tagħna għamlet fil-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Din iż-żjara saret bis-saħħa ta’ l-Emigranti Xagħrin li joqgħodu l-Kanada. Iż-Żjara saret bejn id-19 ta’ Settembru u 3 ta’ Ottubru 1994. Il-Banda Victory hija l-Ewwel Banda Maltija u Għawdxija li daqqet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

Fis-27 ta’ Novembru 1994 saret Lejla Mużiko-Letterarja mnedija mis-Soċjeta Filarmonika Victory fl-okkażjoni tal-25 sena mill-mewt tas-Surmast Mikiel Farrugia, din saret taħt il-patroċinju tal-ET. Mons. Isqof Nikol Cauchi.

Fit-13 ta’ Diċembru 1995 il-Banda Victory taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joe Galea tesegwixxi programm fl-Oratorju Don Bosco fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika.

Għat-tmien darba fl-istorja tal-banda Victory tieħu sehem fil-Festi Esterni f’tas-Sliema fil-Festa tas-Sacro Cuor permezz ta’ marċ u programm fis-6 ta’ Lulju 1996.

Għad-disa darba fl-istorja tal-banda Victory tieħu sehem fil-Festi Esterni f’tal-Balluta fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu permezz ta’ purċissjoni fit-28 ta’ Lulju, 1996. Il-Banda Victory hija l-ewwel banda Għawdxija li ħadet sehem.

Titħabbra l-mewt tas-Surmast Anton Bonnici ex Surmast tal-Banda Victory, (1977-1993).

Għall-għaxar darba fl-istorja tal-Banda u għat-tieni sena konsekuttiva l-Banda Victory tieħu sehem fil-Festi Esterni tas-Sacro Cour Sliema permezz ta’ Marċ u programm nħar is-Sibt 5 ta’ Lulju 1997.

Għall-ħdax il darba fl-istorja tal-Banda u għat-tieni sena konsekuttiva l-Banda Victory tieħu sehem fil-Festi Esterni ad unur tal-Madonna tal-Karmnu meqjuma b’tant ġieħ fil-Knisja tal-Balluta nħar il-Ħadd 27 ta’ Lulju 1997 permezz ta’ marċ u programm.

Fis-7 ta’ Diċembru 1997 sar recording ta’ l-Innu l-Kbira ta’ Mro. Vincenzo Ciappara u Innijiet popolari. L-ewwel banda Għawdxija li għamlet dan ir-recording f’ Studio 7.

Il-Kumitat tal-Banda Victory jorganiżża sena ta’ attivitajiet fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tas-Soċjeta Filarmonika Victory. Għal-din l-okkażjoni l-kumitat ħarġet CD Bl-Innu l-Kbir ta’ Marija Bambina mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara u kliem ta’ Dun Ġiljan Refalo Rapa 1898-1998.

Nħar il-Milied tas-sena 2001 tħabbret il-mewt ta’ l-Ass. Direttur Spiritwali Dun Alwig Camilleri. Il-funeral tiegħu sar nhar il-Ħamis 27 ta’ Diċembru u l-Banda Victory tagħtih l-aħħar tislima.

Għat-tnax il darba l-Banda Victory taqsam il-fliegu u tesegwixxi marċ u programm lejliet il-Festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat Malta nħar is-17 ta’ Marzu 2002, wara stedina mill-Kumitat tal-Banda Ċittadina L’Isle Adam.

Fis-Sala tal-Każin, il-Banda Victory esegwiet Programm Mużikali fl-okkażjoni ta’ l-Għaxar Anniversarju minn meta s-Surmast Joseph Galea L.C.M. inħatar Surmast Direttur tal-Banda Victory. Dan il-programm sar nħar is-Sibt 22 ta’ Novembru 2003.

Fid-9 ta’ Jannar 2004 tħabbret il-mewt ta’ l-Ex Surmast tal-Banda Victory Mro. Nazzarenu Refalo li serva bħala Surmast mis-sena 1971 sas-sena 1977. Il-Banda Victory ħadet sehem fil-Funeral nħar it-Tlieta 13 ta’ Jannar 2004, billi akkumpanjatu mill-Pjazza Sant’ Anton sal-Knisja ta’ Maria Bambina.

Nħar id-19 ta’ Settembru 2004 il-Banda Victory flimkien mal-Banda La Stella laqgħu lill-Kappillan l-Ġdid tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz Dun Daniel Xerri, iben ix-Xagħra.

Il-Banda Victory tieħu sehem permezz ta’ marċ mill-każin tal-banda sal-pjazza l-Vittorja fl-okkażjoni tal-pussess ta’ l-Arċipriet il-Ġdid għal-Parroċċa tax-Xagħra Dun Karm Refalo nħar il-Ħadd 17 ta’ April, 2005.

Nħar it-22 ta’ Marzu, 2006 tilqa lill-Isqof l-Ġdid t’Għawdex Mons. Mario Grech fil-Każin tal-Banda.

Fit 30 ta’ April, 2006 il-Banda Victory tieħu sehem fit-43 Kungress tax-Xirka ta’ l-Isem Mqasses ta’ Alla.

Servizz mhux tas-soltu kien dak li sar nħar id-29 ta’ April 2006 fejn il-banda Victory flimkien mal-Banda Leone tal-Belt Victoria akkumpanjaw flimkien l-Istatwa Artistika ta’ Santa Marija fit-toroq ewlenin tax-Xagħra. L-istess żewġ baned reġgħu daqqew flmkien nħar it-3 ta’ Mejju 2006 fit-tluq ta’ l-Istatwa Artistika ta’ Santa Marija mix-Xagħra.

Il-Banda Victory flimkien mal-Banda San Girgor Kerċem laqgħu lill-Kappillan l-Ġdid tal-Parroċċa ta’ Kerċem Dun Nazju Borg, iben ix-Xagħra, fil-Ġurnata tal-Pussess tiegħu.

Il-Banda Victory tieħu sehem fil-Funeral tad-Direttur Spiritwali tagħha għal dawn l-40 sena Mons. M.A. Apap nħar id-19 ta’ Ġunju 2006.

Nħar il-Ħadd 10 ta’ Awwissu 2006 il-Banda Victory flimkien mal-Banda San Ġużepp Għajnsielem laqgħu lill-Arċipriet il-ġdid Dun Franky Bajada, iben ix-Xagħra, fil-pussess tiegħu ta’ Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loretu Għajnsielem.

Nħar il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2008 il-Banda Victory flimkien mal-Banda San Girgor Kerċem laqgħu lill-Kappillan Dun Nazju Borg, iben ix-Xagħra, fl-okkażjoni tal-Pussess tiegħu tal-Kappillan l-Ħadd tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz.

Nħar is-Sibt 22 ta’ Novembru 2009, fl-okkażjoni tal-Festa tal-Patruna tal-Mużiċisti, Santa Cecilja, l-Għaqda Każini tal-Banda organiżża quddiesa, marċ u programm. Din is-sena kien imiss lill-Banda Victory biex tieħu sehem f’din l-festa permezz ta’ marċ mat-Toroq ewlenin tal-Belt Valletta. Il-Quddiesa kienet immexxija minn Dun Joseph Magri, megħjjun mill-Arċipriet tax-Xagħra Mons Carmelo Refalo u d-Direttur Spiritwali tal-Banda tagħna Dun Ġiljan Refalo Rapa u Dun Ġużepp Cini, anima l-quddiesa l-Kor tas-Soċjeta l-Kor Nativitas. Wara sar l-marċ tradizzjonali mat-toroq ewlenin tal-Belt Valletta. L-istandardi kollha tal-Baned Maltin u Għawdxin mxew quddiem il-Banda Victory.

Fl-okkażjoni ta’ l-Għeluq l-75 sena minn meta l-Banda Victory ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fix-Xagħra u għeluq l-45 sena minn meta għall-ewwel darba ħadet sehem fil-Purċissjoni tad-Duluri fix-Xagħra l-kumitat ħaseb biex itella l-Kantata bl-isem “It-Triq tas-Salib” mużika ta’ Mro Joseph Galea Surmast Direttur tal-Banda tagħna u kliem ta’ Patri Marcello Ghirlando u Patri Raymond Camilleri. Flimkien mal-Banda Victory ħadet sehem il-Banda Ċittadina L’Isle Adam li din is-sena qegħda tfakkar l-Anniversarju tal-150 sena mit-twaqqif tagħha. Din il-Kantata ġiet esegwita darbtejn, nħar is-Sibt 27 ta’ April 2010 fil-Knisja ta’ Marija Bambina Xagħra u l-Ħadd 28 ta’ April 2010 fil-knisja ta’ Ġesu Marija fir-Rabat Malta. ħa sehem ukoll l-Kor Nativtias.

Nħar il-Ħadd 9 ta’ Jannar 2011 il-Banda Victory flimkien mal-Banda Viżitazzjoni ta’ l-Għarb akkumpanjat lill-Arċipriet il-Ġdid tal-Parroċċa ta’ l-Għarb Dun Joseph Sultana Azzopardi.

Kienet aħbar sabiħa meta fix-Xahar ta’ Novembru 2010, l-Isqof ta’ Għawdex L-E.T. Mons Mario Grech, ħabrilna li l-Q.T. l-Papa Benedittu XVI għoġbu jagħżel lill-E.T. Mons Isqof Joe Bonello, iben ix-Xagħra, bħala Koadjutur ta’ Juticalpa fil-Honduras.

Bħala Soċjeta fraħna mal-bqija tax-Xagħrin b’din l-aħbar u kien ta’ unur kbir għal-kumitat, surmast u bandisti tal-Banda Victory nilqgħu lill-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello fis-sede tal-Banda tagħna nhar il-Ħadd 6 ta’ Marzu, 2011.

Nħar it-Tlieta 7 ta’ April, 2015, il-Banda Victory tajt l-aħħar tislima lil President Onorarju u benefattur kbir ta’ l-istess Banda s-sur Michael F.Cini. Il-banda akkumpanjat l-korteo mill-Każin tal-Banda Victory sal-Knisja Bażilika ta’ Marija Bambina.

Kienet aħbar sabiħa meta l-Isqof ta’ Għawdex L-E.T. Mons Mario Grech, ħabrilna li l-Q.T. l-Papa Benedittu XVI għoġbu jagħżel lill-E.T. Mons Isqof George Bugeja, iben ix-Xagħra, bħala Isqof ta’ Tripoli, f’Libja. Bħala Soċjeta fraħna mal-bqija tax-Xagħrin b’din l-aħbar u kien ta’ unur kbir għal-kumitat, surmast u bandisti tal-Banda Victory nilqgħu lill-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello fis-sede tal-Banda tagħna nħar is-Sibt 5 ta’ Settembru, 2015.

Il-Banda Victory tieħu sehem fil-Funeral tad-Direttur Spiritwali tagħha Kan. Dun Giljan Refalo Rapa nħar 31 ta’ Awwissu, 2016.

Is-Soċjetá Filarmonika Victory tfakkar l-50 sena min meta l-kumitat ta’ l-istess Soċjetá stinka biex il-Knisja tagħna tkun mogħtija l-unur ta’ Bażilika. Kien propju fid-29 ta’ Awwissu 1967 meta l-Arċipriet ta’ dak iż-żmien ħabbar li l-Knisja tagħna ħadet it-titlu ta’ Bażilika. 29 ta’ Awwissu 2017, 50 sena wara l-Kumitat ikkommemora din il-Ġrajja billi stieden lill-President ta’ Malta l-E.T. Marie Louise Colerio Preca biex tikxef irħama waqt attivita fejn ħadet sehem il-banda Victory.

Meta tħares lura lejn l-Istorja tagħha, is-Soċjeta żgur li tħossha kburija u sodisfatta bis-suċċessi li akkwistat mal-medda taż-żmien u għas-sehem li hija tat, għadha u tibqa tagħti lir-raħal tax-Xagħra.

Ejjew immela Xagħrin, ningħaqdu ħalli flimkien insaħħu l-Banda “Victory” – wirt li b’devozzjoni kbira ġie mħolli lillna min missirijietna.

U hekk taħt id-dell tal-mant ħelu ta’ Marija Bambina, nittamaw li l-Banda tagħna tibqa miexja l-quddiem għal-Unur tar-raħal tagħna.

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Eduardo Farina 1898 1990
02 Mikelanġ Borg 1901 1906
03 Mikiel Farrugia 1934 1960
04 Joseph Camilleri 1960 1971
05 Nazzareno Refalo 1971 1977
06 Anton Bonnici 1977 1993
07 Joseph Galea L.C.M. 1993

Presidents

No Presidents From Until
01 Rev. Fr. Luigi Attard 1898 1899
02 Dr. Nicolino Tabone M.D. 1899 1906
03 Franġisk Camilleri 1934 1939
04 Dr. George Camilleri M.D. 1939 1945
05 Carmel Refalo 1945 1970
06 Dr. Humbert Grech M.D. 1970
07 Chev. Julian Refalo Rapa 1970
08 Eucharist Attard 1970 1971
09 Lawrence Camilleri 1971 1975
10 Joseph Bajada 1975 1976
11 Mario Xerri 1976
12 Anthony Bajada 1976 1978
13 Joseph Bajada 1978 1979
14 Carmel Sultana 1979 1985
15 Eucharist Sultana 1985 1996
16 Michael Spiteri 1996 1999
17 Michael F.Cini 1999 2006
18 Victor Zammit 2006 2007
19 Eucharist Sultana 2007 2014
20 Dr. Joseph Attard 2014 2017
21 Carmel Attard 2018 2019
22 Andrew Sultana 2020

Secretaries

No Secretaries From Until
01 Rev. Samwel Formosa 1898 1899
02 Giuseppe Cremona 1899 1906
03 Ċensu Camilleri 1934 1938
04 Carmel Refalo 1939 1944
05 Mikiel Camilleri 1945 1958
06 Joseph Camilleri 1959 1969
07 Joseph Mercieca 1970 1996
08 Carmel Sultana 1997 1999
09 Joseph Grima 2000 2004
10 Victor Zammit 2005 2005
11 Joseph Bajada 2006

Treasurers

No Treasurers From Until
01 Rev. Lawrenz Sultana 1898 1899
02 Wenzu Sultana 1899 1906
03 Mikiel Camilleri 1934 1945
04 Joseph Camilleri 1946 1958
05 Gio Marija Vella 1959 1960
06 Lawrence Camilleri 1960 1970
07 Lawrence Bajada 1971 1972
08 Carmel Vella 1973 1974
09 Andrew Sultana 1975 1980
10 Eucharist Sultana 1981 1984
11 Charlie Xerri 1985 1985
12 Joseph Xerri 1986 1986
13 Joseph Mercieca 1987 1993
14 Lawrence Camilleri 1994 1995
15 Vincent Vella 1995 1996
16 Noel Grima 1997

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassette's

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Ninġabru Lkoll Ma' Marija Bambina - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1982) (Vol. 01) 1982 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Ejjew Infaħħru lil Marija - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1983) (Vol. 02) 1983 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 1934 - 1984 -Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1984) (Vol. 03) 1984 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1985) (Vol. 04) 1985 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1986) (Vol. 05) 1986 *
06 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Vittorja - 8ta' Settembru, 1987 - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1987) (Vol. 06) 1987 *
07 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 54 sena ta' ħidma b'risq ix-Xagħra -Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1988) (Vol. 07) 1988 *
08 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1989) (Vol. 08) 1989 *
09 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1990) (Vol. 09) 1990 *
10 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1991) (Vol. 10) 1991 *
11 Festive Marches - Marċi Brijuzi - 25 Sena Bażilika - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1992) (Vol. 11) 1992 *
12 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1993) (Vol. 12) 1993 *
13 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1994) (Vol. 13) 1994 *
14 Festive Marches - Marċi Brijuzi - L-Ewwel Ċentinarju - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1995) (Vol. 14) 1995 *
15 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1996) (Vol. 15) 1996 *
16 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1997) (Vol. 16) 1997 *
17 Festive Marches - Marċi Brijuzi Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1998) (Vol. 17) 1998 *
18 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Marija Bambina - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1999) (Vol. 18) 1999 *
19 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Sliem Għalik O Sultana Rebbieħa - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (2000) (Vol. 19) 2000 *
20 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Marija Bambina - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (2001) (Vol. 20) 2001 *
21 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Ġmiel u Ġawhra tax-Xagħra Tagħna Inti l-Għaxqa tax-Xagħrin - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (2002) (Vol. 21) 2002 *
22 Festive Marches - Marċi Brijuzi - O Sultama tal-Vittorja - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (2003) (Vol. 22) 2003 *
23 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Virgini Nascenti - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (2004) (Vol. 23) 2004 *
24 Festive Marches - Marċi Brijuzi - L-Isbaħ Ġawhra - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (2005) (Vol. 24) 2005 *
25 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Insellmulek O Ħelwa Bambina - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (2006) (Vol. 25) 2006 *
  • From the Year 1998 to 2006 the Committee published also published cassette and cd with Marches
No Name of Cassettes - Funeral Marches Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1984) (Vol. 01) 1984 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1985) (Vol. 02) 1985 *
03 Funeral Marches - Marċi Funebri Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1988) (Vol. 03) 1988 *
04 Funeral Marches - Marċi Funebri Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1994) (Vol. 04) 1994 *
05 Funeral Marches - Marċi Funebri - Ecce Homo - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1997) (Vol. 05) 1997 *
06 Funeral Marches - Marċi Funebri - Addolorata - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (1998) (Vol. 06) 1998 *
07 Funeral Marches - Marċi Funebri - Kalvarju - Mis-Soċjeta Mużikali Victory - Xagħra (2001) (Vol. 07) 2001 *
  • From the Year 2001 the Committee published also published cassette and cd with Marches

Cd's

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Hymns Marches - Innijiet Marjani - Ejjew Ħdejn Dil-Ħelwa Bambina - Innijiet Mis-Soċjeta Filarmonika Victory 1997 *

Programmes and Publications

Memorials

External links