Difference between revisions of "Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
 
(33 intermediate revisions by 2 users not shown)
Line 1: Line 1:
{{cleanup}}
{{cleanup}}


== History ==
== Storja tal-Banda Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa ==
[[File:Soċjeta Filamonika Banda San Pietru B'Bugia.jpg|300px|thumb|right|Soċjeta Filamonika Banda San Pietru B'Bugia A.D. 1990]]
Kien lejn tmiem is-sena ta l-1989 meta bdew isiru l-ewwel movimenti bl-iskop li titwaqqaf Banda ġdida f’[[Birżebbuġa]], minn grupp ta’ żgħażagħ li kienu nvoluti sew fl-organizzazzjoni tal-festa, speċjalment f’dak li huwa armar. Huma dejjem ħolmu li xi darba, f’Birżebbuġa tibda ssir festa aktar xierqa bħalma jsiru f’diversi bliet u rħula oħra. L-ewwel pass sar nħar il-5 ta’ Diċembru 1989 minn [[Alex Caruana]] u [[Angelo Vella]] meta iddeċidew li biex isir xi ħaġa ta’ ġid għall-festa, kien hemm il-bżonn urġenti li titwaqqaf banda ġdida. Dakinħar stess ingħaqdu magħhom [[Joseph Caruana]], [[Jason Vella]], [[Michael Muscat]] u [[Ray Cutajar]]. Peress li dawn kienu kollha żgħażagħ, xtaqu li magħhom ikollhom persuna ta’esperjenza biex jiggwidhom u avvi`inaw lil [[Anthony Camilleri]]. Huwa avżhom li biex twaqqaf banda ġdida ġo Birzebbuga ma' kienx faċli u ssuġġerilhom biex jibdew ifittxu l-membri.
 
Fl-14 ta' Diċembru 1989, f’post privat fi Triq San Ġużepp, saret laqgħa ta’ Kumitat Proviżorju u f’qasir żmien ġie ifformulat Statut, instab Surmast Direttur, u bdew isiru l-preparamenti u l-arranġamenti kollha meħtieġa biex issir l-ewwel Laqgħa Ġenerali.   
 
Il-ġurnata storika u tant mistennija waslet. Kien nħar il-Ħadd, 14 ta' Jannar 1990, meta ġewwa l-[[Lido Hall]], fi Triq San Edwardu, twaqqfet l-'''Għaqda Mużikali Birżebbuġa''', b’akklamazzjoni qawwija min numru kbir ta' dilettanti li ppakkjaw il-Lido Hall. Dakinħar inħatar l-ewwel Kumitat b’Anthony Camilleri President, Alex Caruana Segretarju, Jason Vella Kaxxier u [[Emanuel Axiaq]], [[Emanuel Mangion]], [[Patrick Gabaretta]], [[Raymond Abdilla]], [[Angelo Cutajar]], Raymond Cutajar, Joseph Caruana, [[Grazio Pullicino]], [[Thaddeo Agius]], [[Kevin Camilleri]], [[Josef Farrugia]] u [[Joseph Pace]] bħala membri. Mro. [[Michael Bugelli]], minn [[Ħaż-Żabbar]] inħatar bħala Surmast Direttur u Dun [[Charles Carabott]] sar id-Direttur Spiritwali. Pero, peress li sadanittant kien sar xi tibdil fl-isem tal-Banda l-oħra ta Birżebbuġa, inqalgħu xi intoppi biex jinħarġu l-permessi meħtieġa. Għalhekk, fl-laqgħa Straordinarja li nżammet nħar id-29 t’April 1990, l-isem tal-banda l-ġdida ġie mibdul għal ''Soċjetá Filarmonika Birżebbuġa A.D. 1990''. Inkomplu fuq l-isem, u nimxu lejn is-sena ta' l-1996, fejn waqt il-laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-Każin il-ġdid fl-14 ta' Jannar 1996, b’vot unanimu l-isem inbidel għall-[[Soċjetá Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa]] A.D.1990, biex b’hekk, is-Soċjetá rabtet darba għal dejjem il-Patrun tagħha ma’ isimha.
 
Nerġgħu lura għall-ewwel jiem tal-Banda, fejn insibu li l-ewwel kumitat beda għaddej bit-tiftix ta’post adekwat biex jiffunzjona bħala Każin, liema post kellu jkun il-fond numru  77, Triq Birżebbuga fil-Bajja ta’San Ġorġ,  magħruf aktar bħala l-''Morning Star''.  Numru ta’ voluntiera bdew jaħdmu mmedjatament biex jirrinovaw dan il-post u x-xogħol tant mexxa li fil-11 ta Frar 1990 saret laqgħa għall-ġenituri ta’dawk l-allievi li kienu nteressati jibdew jitgħallmu l-mużika. Minn l-għada stess is-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli u l-Assistent Surmast [[Joe  Vella]] bdew bit-tagħlim tal-Mużika.
 
Il-laqgħa ta' l-allievi tal-11 ta Frar 1989 kienet l-ewwel pass biex tifforma l-Banda. Bis-saħħa ta' numru ta’ benefatturi bdiet tinxtara l-istrumentatura. Mro Michael Bugelli kiteb l-''Innu tal-Banda Birżebbuga'' u l-''Innu Marċ Lill-Ġawhra ta' l-Iljuni''. Dawn l-Innijiet flimkien ma' l-''Innu Popolari Lil San Pietru'' ta’ Mro [[Carmelo Pace]] u diversi marċi oħrajn, ġew irrekordjati fuq cassette, f’recording storiku li sar ġewwa l-[[Lucky Hall]] nħar is-Sibt, 19 ta’ Mejju 1990. Il-Festa bdiet toqrob ġmiela. Il-Bord Editorjali ħa ħsieb il-pubblikażżjoni tal-programm tal-festa li ngħata l-isem ta' ''Minn Qalb l-Iljuni''. Il-Banda ħarġet ukoll l-ewwel bandisti tal-post tagħha. Dawn kienu [[Rocco Zahra]], [[Spiridione Camilleri]], Alex Caruana, [[Johan Polidano]], [[Felicienne Paris]], [[Eman Camilleri]] u [[Vincent Mifsud]].
 
Waslet ukoll dik il-ġurnata li l-banda l-ġdida tagħmel l-ewwel dehra tagħha. Kien il-Ħamis, 2 t’Awwissu 1990, it-Tieni Jum tat-Tridu tal-Festa ta’San Pietru,  meta fit-8.00 pm is-Soċjetá’ Filarmonika Birżebbuga bdiet marċ minn Triq il-Borok. Il-marċ għadda minn diversi toroq sakemm il-banda daħlet f’Misraħ il-Knisja u baqgħet tiela sa fuq iż-żuntier, akkumpanjata minn folla kbira ta' partitarji.
 
Hemmhekk kien hemm jistenniha il-Kappillan Dun [[Ġużepp Farrugia]] li bierek il-Banda. Wara, l-banda daqqet ghall-ewwel darba l-Innu tagħha fil-pubbliku. F’dik il-festa il-Banda daqqet ukoll il-Ġimgħa, 3 ta’Awwissu 1990, is-Sibt 4 ta’Awwissu 1990, u l-Ħadd filgħodu sar għal l-ewwel darba il-Marċ il-Kbir ta' l-Iljun. Is-sena ta’ wara, is-Soċjetá reġet ħadet sehem bil-kbir fil-festa ta' San Pietru, fejn għall-ewwel darba sar ukoll Programm Mużikali fil-Bajja s-Sabiħa nħar is-Sibt 3 t’Awwissu 1991.
 
Sa mill-ewwel sena, il-Kumitat inkoraġġixxa it-twaqqif ta’diversi Sotto Kumitati biex bix-xogħol attribwit lilhom, ikunu ta' għajnuna lejn il-Kumitat Eżekuttiv. L-ewwel Sotto Kumitat kien dak taż-Żgħażagħ, li ġie mwaqqaf nħar il-Festa tal-Kattedra ta' San Pietru, 22 ta Frar 1990 u fis-sena 2000 is-Sotto Kumitat Żgħażagħ sar [[Seżżjoni Żgħażagħ Iljuni]]. Fil-25 ta’ Ġunju 1990  twaqqaf is-Sotto Kumitat Nisa li fis-sena 2000 huma saru magħrufa bħala [[Seżżjoni Nisa Petrini]]. Fl-4 ta’Settembru 1990 ġie ffurmat is-''Sotto Kumitat tan-Nar'' bl-iskop li jieħu ħsieb il-ħruq tan-Nar li jkollna fil-festa ta’ San Pietru. Illum il-ġurnata nistgħu niftaħru li l-festa ħadet spinta l-quddiem f’dak li jirrigwarda n-Nar, speċjalment bl-ispettaklu tan-Nar ta' l-Art ta' lejliet il-festa. Fis-Sena 2000 l-isem inbidel għall-''Kummissjoni Nar'' u fl-2004 l-isem sar [[Għaqda tan-Nar 22 ta’Frar]].
 
Wara l-festa ta' l-1990, il-Kumitat għamel talba mal-Awtoritajiet ekklezjastiċi biex il-banda l-ġdida tkun tista tuża’ ukoll l-Istatwa ta’ San Pietru tal-Marċ tal-Ġimgħa, li hija propjeta’ tal-Parroċċa. Wara diversi laqgħat li rriżultaw fin-negattiv, is-Soċjetá’ ġiet imċaħda għall-dejjem, milli tagħmel marċ fl-aħħar Jum tat-Tridu bl-Istatwa ta’ San Pietru. Ma kienx fadal triq oħra ħlief li tiġi ordnata statwa ġdida ta’ San Pietru. Kien it-Tlieta, 6 ta Novembru 1990, meta ġiet ordnata Statwa ta’ San Pietru għand l-Iskultur famuż Kav. [[Alfred Camilleri Cauchi]]. Inħadem  pedestall minn Alex Caruana u Joe Cutajar. L-istess persuni ħadmu wkoll il-bradella u l-kolonna biex fuqha tibda tittellgħa l-istatwa. L-istatwa li  iżżanżnet nħar il-Ġimgħa, 2 t’ Awwissu 1991 meta nġiebet bil-baħar minn [[Marsaxlokk]] akkumpanjata minn għadd ta’ dgħajjes u  tniżżlet [[Wied il-Buni]]. Wara saret manifestażżjoni grandjuza mat-toroq tar-raħal, sakemm l-istatwa ittellgħet fuq il-kolonna li kienet armat fil-bidu ta’ Triq Żaren Dalli. Mil-festa ta'l-1995 bdiet tintuża kolonna oħra li nħadmet mill-aħwa Joe, Angelo u Ray Cutajar. Mill-1996 din bdiet tintrama fil-bajja s-Sabiħa.  Fl-1999 iżżanżnet bradella ġdida,  li nħadmet minn Mastru [[Ġużeppi Galea]] ta’ [[Ħal Luqa]]. Għall festa ta' l-2003, l-Istatwa ta' San Pietru ġiet indurata mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, fejn saret ukoll alterazzjoni fl-id ta’ l-Istatwa.
 
Is-Soċjetá’ Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuga A.D. 1990 għamlet diversi servizzi kemm f’Birzebbuga kif ukoll barra mir-raħal. Bla dubju l-ikbar sehem dejjem ingħata fil-Festa Titulari ta’ San Pietru fejn mill-1990 sal-festa tas-sena l-oħra il-banda għamlet numru kbir ta’ servizzi. Barra minhekk ġew mistiedna diversi baned barranin.  Il-Banda Birzebbuga ġiet mistiedna biex tagħmel servizzi f’diversi lokalitajiet differenti u dan juri li f’qasir żmien il-banda stabbilit isimha f’pajjiżna. Saru numru ta'  servizzi oħra f’Birzebbuga f’okkażżjonijiet u avvenimenti differenti.  Fost dawn insemmu il-Programm Mużikali Annwali “Mill-Bandisti għall-Membri” li ilu isir mill-1996.  Is-Soċjetá’ għamlet ukoll servizzi barra minn xtutna meta  waqt żjara ġewwa t-[[Tunezija]] saru servizzi mużikali fid-19, 20 u 21 ta' Marzu 2004.
 
Fl-okkażżjoni ta'l-10 Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetá’ saru festi kbar sabiex jikkomemoraw din il-ġurnata memorabbli fejn  il-qofol kien Programm Korali u Strumentali li sar nħar is-Sibt, 19 ta’ Frar 2000 fit-[[Teatru Sir Temi Zammit]] ta’ l-[[Universita’]]. Dakinhar il-Banda, li kienet taht id-Direzzjoni ta Mro Michael Bugelli daqqet ghall-ewwel darba l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus.
 
Nhar is-Sibt 5 t’Awissu 2000 gie mzanzan plancier gdid tal-banda li gie regalat lis-Soċjetá mis-Sur Ronnie Galea. Dakinħar ġie esegwit  fuqu Programm Korali u Strumentali f’Misraħ  il-Knisja, fejn għall-ewwel darba indaqq l-''Innu l-Kbir Tu Es Petrus'' ġewwa Birżebbuga. Fis-sena 2009 dan il-planċier għadda minn renovazzjoni estensiva biex ikun jista’ jakkomda aħjar lill-bandisti, lis-surmast, u l-Kor [[Xmun Pietru]], li twaqqaf f’Jannar tal-2006 taht id-direżżjoni tal- Mro. [[Felicienne Paris]] B.Ed (Hons), L.Mus. T.C.L., A.Mus. L.C.M.
 
Kif qed naraw, is-Soċjetá bdiet tikber b’ritmu tassew mgħaġġel , u kull ma' jmur bdiet tinħass il-ħtieġa ta’ każin akbar. Għalhekk , bl-approvazzjoni tal-membri,  fl-1991, bdew il-proċeduri biex il-Kumitat iffittex post li seta jservi bħala Każin. Kien hemm diversi proposti iżda l-Kumitat  tefa’ għajnejħ fuq il-fond 11/12 Triq Birżebbuga, it-triq prinċipali li mill-Bajja s-Sabiħa twasslek sa Misraħ il-Knisja.  Wara ħafna xogħol u riċerki, intlaħaq ftehim ma’ sid il-post u nħar is-16 ta’ Mejju 1992, gie ffirmat il-konvenju.  Fl-Laqgħa Ġenerali Straordinarja li nżammet nħar il-Ħadd 24 ta’ Mejju 1992, il-membri approvaw b’mod unanimu ix-xiri tal-post u kollox ġie ffinalizzat nħar il-15 ta’ Settembru 1992 meta dakinħar ġie ffirmat il-Kuntratt.
ċ
Kif il-Kumitat akkwista ċ-ċwievet tal-post bdew il-pjanijiet kif il-post seta jiġi alterat u rikostruwit biex jinagħta statura ta’ każin tal-banda. Iżda nħar it-8 ta’ Novembru 1992  [[Sunny Bonnici]] (ta’ Farfar) u [[Peter Camilleri]] (il-Pajju), issuġġerew li l-aħjar ħaġa kienet  li l-post jinħatt kompletament u jiġi ppjanat mill-ġdid, u fil-fatt hekk ġie deċiż. Fil-kesħa ta' Diċembru 1992 il-post beda jinħatt. Kienu ġranet u ljieli ta’ sagriffiċċji kbar fl-eqqel tax-xitwa. Kif kien komplut it-twaqqieħ, nħar is-27 ta’ Marzu 1993 beda jinbena l-Każin il-ġdid mill-pedamenti. Ix-xogħol sar taħt supervizjoni  ta’ l-Onorevoli Perit [[Karmenu Vella]] u l-Perit [[Michael Schembri]]., filwaqt li x-xogħol tal-bini kien immexxi minn Sunny Bonnici, Peter Camilleri, [[Victor Schembri]] u [[Pietru Camilleri]] (is-Sigarr). Dawn ta' kuljum kienu jkunu mgħejjuna minn għadd ta' volontiera, ħafna minnhom żgħażagħ. Il-Kumitat ma waqafx hawn u  fit-22 ta’ Novembru 1994, giet akkwistata bicca propjeta ohra, ir-remissa li hemm biswit il-Kazin. Din ir-remissa giet imhallsa kompletament f’Dicembru 1999. Ic-cwievet tar-remissa gew moghddija lis-Soċjetá’ nħar is-17 t’Awwissu 2004 u fil-Milied ta' l-2004, itellgħet wirja ta' presepju mekkanizzat ġewwa r-remissa, wirja li baqgħet tittellgħa kull Milied sussegwenti.
 
Meta kollox kien lest biex is-Soċjetá’ tibdel is-Sede tagħha, nħar is-17 ta’April 1996 is-Soċjetá’ imxiet fil-Każin il-ġdid li ngħata l-isem ta’ '''Ġawhra ta' San Pietru'''.  Fit-2 ta’Awwissu 1997 tqiegħdet simbolikament l-aħħar ħebla tal-Każin mil-President is-Sur Anthony Camilleri. L-għada, qabel il-marċ ta’ filgħodu, l-istess President tella’ għall-ewwel darba bandiera Maltija ma’ l-arblu tal-każin. Fis-16 ta’ Settembru 1997 saru festi kbar biex nikkomemoraw il-ġurnata li fiha il-Każin sar propjeta tas-Soċjetá’ u  ġie kkonsagrat għall-Qalb ta’ Ġesu u ta’ Marija.
 
Ix-xogħol fil-każin ma' waqaf qatt u fis-7 t’April 2000 tlesta it-tqegħid tal-granit fit-taraġ u sar poġġaman tal-ferrobattuto. Saru diversi xogħolijiet oħra ta’ tisbieħ bħal suffetti,  purtieri u għamara. Ftit ġimgħat qabel il-Festa ta' l-2002 ġie mwaħħal il-bieb prinċipali tal-Każin u nħar il-Ħadd,  28 ta' Lulju 2002, il-President is-Sur [[Simon Micallef]] tella għall-ewwel darba il-bandiera l-maġġura ma' l-arblu tal-każin.  F’Ottubru ta’ l-2003 ġew mibdula is-sitt bibien tal-faċċata li saru ta'l-eroko. Nħar il-Ħadd, 25 ta' Lulju 2004, Is-Sur Simon Micallef President tas-Soċjetá’, flimkien mas-Sur [[Robert Baldacchino]], President tas-Seżżjoni Żgħażagh Iljuni, inawguraw il-faċċata tal-Każin wara li din ħiet dekorata bl-irħam u b’żewġ kolonni taz-zonqor, xogħol tal-marmista [[Ronnie Pisani]]. Din il-faċċata ġiet iffinanzjata mis-Sezzjoni Żgħażagħ iljuni.  Din is-sena kienet ukoll l-ewwel sena li fiha bdiet tiġi ċċelebrata l-Ġimgha Mqaddsa fil-każin tagħna, bl-għajnuna ta’ bosta voluntiera.
 
Pass iehor storiku seħħ nħar il-Ġimgħa, 30 ta’ Lulju 2004, meta l-uffiċċjali  tal-Każin li kienu jokkupaw il-kariga dak iż-żmien, is-Sur Simon Micallef – President, is-Sur [[Johan Briffa]] - Segretarju u s-Sur [[Walter Pace]] - Kaxxier, għamlu l-konvenju li permezz tiegħu is-Soċjetá’ akkwistat l-ispiżerija ta’ maġenb il-każin.
 
Is-sena 2005 rat is-Soċjetá’ tikseb suċċessi fejn jidħol tiżjin tal-Milied – it-tieni post minn [[Malta]] kollha fil-kompetizzjoni tal-Presepji kif ukoll għat-Tizjin tat-Triq.  Il-banda wkoll kellha sena ta’ suċċess – il-banda tas-Soċjetá’ rebħet il-'''Gara Mużikali tas-sena 2005''', bil-ħila u l-kapaċita’ tal-bandisti tal-post – ħolma oħra li saret realta’ wara ħafna snin ta’ hidma.  Dan is-suċċess ġie ċċelebrat bi programm mużikali fit-22 ta’ Frar tas-sena ta’ wara, fis-sala tal-iskola primarja ta’ Birżebbuga, u għalih attendew il-Kumitat Amministrattiv tal-''Malta Band Association'' kif ukoll għaqdiet oħra mir-raħal u minn irħula oħra.
 
Fil-Laqgħa Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2005, il-maġġoranza tal-membri qablu li jkomplu in-negozjati biex tinxtara il-propjeta’ biswit il-każin.  Fi Frar 2006 tlestew il-pjanti tal-każin biex tiħi sottomessa l-applikazzjoni lill-[[MEPA]] biex nirregolarizzaw il-propjeta’ tal-każin.  U fl-aħħar wasal is-26 ta’ Mejju;  u s-Soċjetá’ uffiċċjalment akkwistat ispizerija.  Twaqqfet l-iskema ''Tkabbir tal-Każin'' – bl-għan li l-membri joffru għajnuna finanzjarja fit-tkabbir tal-każin.
 
Mbaghad fis-sena 2006 bdiet iniżjattiva oħra – fil-Karnival is-Soċjetá’ tagħna bdiet tieħu ħsieb li torganizza attivita’ biex ir-raħal kollu jiċċelebra din l-okkazjoni – sar daqq ta’ marċi minn ħdejn il-venda sa ħdejn il-każin, mbagħad wara ttellgħet serata ta’ żfin u divertiment.  Għal Ġimgħa 6 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena, għal-ewwel darba l-Għaqda 22 ta’ Frar ħadet ħsieb li tipprepara spettaklu sabiħ ta’ nar bl-isem is-''Sema mimlija bil-Kuluri'', bl-għajnuna tas-Sur [[Godfrey Zammit]] ''il-Lupsi'', liema spettaklu ttella’ minn fuq il-Bajja s-Sabiħa dakinħar li San Pietru ġie miġjub minn fuq il-baħar.  L-aħwa Anġlu u Raymond Cutajar ħadu ħsiebu li jlestu u jippreparaw il-kolonna li fuqha tintrama l-istatwa artistika ta’ San Pietru li tiġi armata quddiem l-għassa tar-raħal.
 
Din is-sena rat progress kbir fejn jidħol komunikażżjoni.  F’din is-sena l-Bord Editorjali beda jieħu ħsieb li jippublika ''newsletter'' bl-għan li jżomm lill-Birżebbugin infurmati b’dak li kien qed jiġri fis-Soċjetá’, publikażżjoni li niżlet tajjeb ħafna man-nies tal-lokal.  Dan ovvjament minbarra l-publikażżjonijiet li l-Bord joħroħ ta’ kull sena, bħal ma huma l-kalendarju u l-ktieb tal-festa.
 
Is-sena 2007 kienet is-sena li fih l-E.T Mons. Arċisqof Patri [[Pawl Cremona]] OP għoġbu jagħmel żjara ġewwa s-sede tagħna li saret fis-27 ta’ Lulju, 2007. liema żjara ġiet akkumpanjata minn ħafna entużażzmu min-nies, li ltaqgħu kollha fit-toroq biex jilqgħu lill-Eċċellenża tiegħu.
 
L-2008 rat proċċess ta’ manutenzjoni fit-tielet sular tal-każin, fejn intrama arkivju temporanju fis-sala tal-kunċerti biex b’hekk il-mużika issa hija kollha merfugħa fis-sede tagħna.  Intramat b’għamara moderna wkoll il-kamra tas-segretarju.  Din is-sena wkoll inħasset il-ħtieġa li jinbidel l-arblu l-maġġur u għalhekk bidet ħidma fuq l-arblu l-ġdid, liema arblu ġie iffinanzjat mill-Onor. Dr. [[Marlene Pullicino]].  Nħar il-Ħadd 20 ta’Lulju 2008, dan l-arblu sab postu fuq il-bejt tas-Soċjetá’, fost ħafna ċapċip u entużjazmu.
 
Is-sena 2009 hija mmarkata mill-anniversarju tal-miġja tal-vara ta’ San Pietru f’Malta. Anniversarju li ngħata l-prominenza li jixraqlu, b’ħafna sorpriżi għall-festa ta’ dik is-sena, fosthom innu ġdid. B’hekk, minbarra l-Innu Popolari tas-surmast Carmelo Pace, is-soċjetà issa se jkollha innu Petrin ieħor kollu kemm hu tagħha, l-innu ''Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk''; b’mużika ta’ Mro. Raymond Sciberras F.L.C.M. u versi tal-Professur Oliver Friggieri. Min-naħa l-oħra din is-sena saru wkoll alterazzjonijiet sinifikanti fil-planċier, biex issa sar iktar denju ta’ soċjetà li qiegħda dejjem tikber. Apparti dan l-innu, Alexander Caruana kiteb l-innu ''San Pietru fil-Glorja'' għal tenurm sopran u kor. Dan l-innu jindaqq kważi kull sena fl-għeluq tal-kunċert annwali tal-festa.
 
Waqt il-festa 2009, is-Segretarju [[Roderick Cachia]] kien wera x-xewqa ma’ Alexander Caruana biex jara hux possibbli li l-Banda Birżebbuġa, f’għeluq l-20 sena tagħha tmur iddoqq il-[[Vatikan]] u [[Ruma]]. Mill-ewwel, Alexander Caruana beda jaħdem fuq din il-ħolma. Minkejja li kienet ħolma diffiċli, nħar il-5 ta’ April 2010, il-banda flimkien mal-kumitat u bosta membri u partitarji telqu lejn Ruma. Dakinħar stess, il-banda daqqet programm mużikali fi Piazza Mignanelli. L-għada filgħodu saret quddiesa fil-Cappella del Coro fil-Bażilika ta’ San Pietru. Iċ-ċelebrant tal-quddiesa kien Dun [[Patrick Incorvaja]], saċerdot li hu minn Birżebbuġa imma jaħdem fil-Vatikan. Matul din il-quddiesa ħa sehem il-kor [[Xmun Pietru]] u filgħaxija l-banda u l-kor ħadu sehem f’akkademja fil-Bażilika San Pietro in Vincoli. Matul din l-akkademja sar ġemellaġġ bejn is-soċjetà u l-istess bażilika, ġemellaġġ illi anke bil-kuntatti li baqa’ jagħmel Alexander Caruana, wassal sabiex fis-sena 2012, l-istess bażilika rregalat kopja tal-ktajjen ta’ San Pietru lill-parroċċa ta’ Biżebbuġa. L-urna bil-kopja tal-ktajjen tinstab f’post prominenti fil-knisja parrokkjali.
 
L-Erbgħa 7 ta’ April, il-banda u l-kor ħadu sehem fl-Udjenza Ġenerali mal-Papa [[Benedittu XVI]] fi Piazza San Pietro. Kien bla dubju mument li ma jintesa qatt meta l-Papa għadda eżatt minn ħdejn il-banda u sellmilna. Barra minn hekk, mumenti li ma jintesew qatt huma l-eżekuzzjoni tal-innijiet Petrini fil-Belt Eterna ta’ Ruma, belt marbuta intrinsikament mal-patrun tagħna San Pietru Appostlu.
 
Fis-sena 2011 bdew pjanijiet biex tiġi restawrata s-sala prinċipali, proġett li beda jitmexxa mill-President [[Jason Vella]]. Dan ix-xogħol sar bejn l-2012 u l-2013 u tlesta minn kollox fis-sena 2014.
 
Is-sena 2013 ukoll tibqa’ mfakkra għaċ-Ċentinarju tal-Parroċċa. Fost is-servizzi li l-Banda Birżebbuġa għamlet matul dik is-sena wieħed isemmi l-massed band f’Jum iċ-Ċentinarju, nħar it-Tnejn 9 ta’ Settembru, kif ukoll nħar il-Ħadd 15 ta’ Settembru, festa liturġika ta’ Marija Addolorata, li kienet il-patruna ta’ Birżebbuġa bejn l-1913 u l-1936.
 
F’dan il-jum, il-Banda Birżebbuġa akkumpanjat il-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Marija Addolorata li ħareġ mill-knisja parrokkjali u mat-triq waqaf ukoll quddiem il-knisja l-antika tad-Duluri li tinsab fi Triq il-Knisja. Barra minn hekk, il-Banda Birżebbuġa ħadet sehem ukoll f’akkademja li saret fil-knisja parrokkjali flimkien mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen u l-kor tal-parroċċa. L-akkademja kienet taħt il-patroċinju tal-E.T. Dr. [[George Abela]], il-President ta’ Malta. Ta’ min isemmi li f’din is-sena speċjali kien inkiteb innu ieħor ad unur san Pietru; “Sliem Għalik Għażiż San Pietru” b’kompożizzjoni tas-surmast direttur Michael Bugelli u versi ta’ Alexander Caruana.
Fl-istess sena, Jason Vella ma’ reġax ikkontesta iktar għall-kariga ta’ President u laħaq [[Emanuel Zammit]]. Huwa rreżenja fil-bidu ta’ Marzu 2014, u f’Laqgħa Ġenerali Straordinarja, il-membri ħatru lil Alexander Caruana bħala l-ħames president tas-soċjetà.
 
Taħt it-tmexxija tal-President il-ġdid bdew il-pjanijiet sabiex jiġi ċċelebrat il-Ġublew tal-Fidda mit-twaqqif tas-soċjetà li kien se jseħħ fl-2015. Tlestiet is-sala prinċipali tal-każin, illi fuq xewqa ta’ Alexander Caruana ssemmiet għall-ewwel President tas-soċjetà [[Anthony Camilleri]]. Inħatret ukoll kummissjoni sabiex tgħin lill-kumitat fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-anniversarju. L-inawgurazzjoni tal-proġett tas-sala kien sar fl-14 ta’ Diċembru 2014. Imbagħad fl-14 ta’ Jannar, eżattament 25 sena wara t-twaqqif uffiċjali tas-soċjetà, saret Quddiesa Solenni fil-knisja parrokkjali. Iċċelebra l-quddiesa l-Arċisqof [[Pawlu Cremona]] O.P. li fiha ħa sehem il-kor Xmun Pietru u l-Banda Birżebbuġa. Wara, l-istess Arċisqof kixef u bierek lapida bl-ismijiet tal fundaturi tas-soċjetà.
 
Fl-24 ta’ Frar, il-Banda Birżebbuġa għamlet akkademja fil-knisja parrokkjali taħt il-patroċinju ta ET [[Marie Louise Coleiro Preca]], il-President ta’ Malta li wara kixfet lapida kommemorattiva fil-każin. F’din il-lapida hemm ukoll il-logo tal-25 sena li ġie ddisinjat minn [[Jeremy Cachia]]. F’din l-akkademja ndaqqu bosta xogħlijiet b’tema Petrina u sagra, fosthom l-innu l-kbir ''Tu es Petrus'' u cantata ġdida ad unur San Pietru bl-isem ''Petrus Princeps Apostolorum'', xogħol ta’ Alexander Caruana.
 
Fl-istess sena wkoll ġie inawgurat l-armar tal-faċċata tal-każin mill-Kummissjoni Armar u l-bandalora tar-rakkmu maħduma minn George Cassar b’pittura ta’ [[Mario Baldacchino]] fuq disinn ta’ Alexander Caruana. Dan il-proġett tħallas mis-[[Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni]].
 
Iżda waqt illi kien għaddej dan kollu, il-President kien qed jaħdem fuq ħolma oħra li kienet ilha mixtieqa imma dejjem dehret impossibbli: dik li s-soċjetà tixtri propjetà oħra u tidħol fil-pjazza. Fil-fatt kien f’Awwissu 2014 meta s-Segretarju [[Henry Bonnici]] wera x-xewqa mal-President biex jara x’jista’ jsir ħalli din il-ħolma ssir realtà. Ma kinitx xi ħaġa faċli, speċjalment minħabba li s-soċjetà kienet għadha qed tħallas is-self tal-ispiżerija u kellha ħafna spejjeż relatati mal-anniversarju, imma d-determinazzjoni tal-uffiċċjali bl-appoġġ tal-Kumitat Eżekuttiv wasslet sabiex f’Mejju ġie ffirmat l-Att tal-Konvenju quddiem in-nutar [[Marilyn Sultana]] minn Birżebbuġa. In-nutar Sultana kienet attiva għal xi żmien ukoll fis-soċjetà. Ġimgħa qabel il-festa titulari tal-2015, issejħet Laqgħa Ġenerali Straordinarja, bil-President iħabbar dan il-proġett quddiem sala ppakkjata bil-membri ħerqana li jkomplu jaraw lis-soċjetà tissokta tkabbar l-operat tagħha. Fl-istess laqgħa, il-membri qablu li jħallu f’idejn il-kumitat biex ikompli jaħdem fuq dan il-proġett u meta jkollu iktar dettalji ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja oħra, laqgħa li saret f’Jannar 2016 bil-membri jaqblu b’mod unanimu li jinxtara l-post 29 Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa. F’Mejju 2016 ġie ffirmat il-kuntratt, u b’hekk is-soċjetà issa kienet xtrat ir-raba’ propjetà tagħha. Fl-istess żmien, il-perit [[Michael Schembri]] u Jason Vella bdew bil-pjanti u saret l-applikazzjoni fl-Awtorità tal-Ippjanar biex isir proġett kbir ta’ rikostruzzjoni li jgħaqqad il-post tal-pjazza mal-kumplament tal-każin, xogħol illi tlesta sa Lulju 2017, u fl-1 ta’ Awwissu 2017 ġiet inawgurata l-estensjoni tal-każin mill-Prim Ministru ta’ Malta Dr. [[Joseph Muscat]] u l-President tas-soċjetà Alexander Caruana. Peress illi kien żmien il-festa titulari, il-Kummissjoni Armar Estern fi ħdan is-soċjetà ħadet ħsieb ukoll tagħmel armar ġdid għall-faċċata tal-pjazza wkoll.
 
Ta min isemmi wkoll illi f’April, wara ħafna snin ta’ attentati li dejjem irriżultaw fin-negattiv, il-Kurja Arċiveskovili ħalliet lis-soċjetà toħroġ l-istatwa ta’ Kristu Irxoxt li kienet inħadmet mill-artist [[Alfred Camilleri Cauchi]] fl-1999. Din id-dimostrazzjoni, illi qed tkun dejjem iktar imfittxija mill-poplu ta’ Birżebbuġa u d-dilettanti tal-Ġimgħa Mqaddsa f’pajjiżna, toħroġ akkumpanjata mill-Banda Birżebbuġa f’Jum l-Għid il-Kbir, filgħaxija.
Ix-xogħol ta’ tisbiħ baqa’ għaddej u kien hemm għajnuna kbira minn ħafna fondi, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Ewropa. B’hekk setgħu fi żmien qasir isiru wkoll bosta proġetti bħal-lift, it-taraġ il-ġdid bil-poġġaman, bibien u twieqi, madum u l-bqija.
 
F’Ottubru 2016 il-Banda Birżebbuġa għamlet it-tielet ġita tagħha, din id-darba f’ [[Riposto]], fi [[Sqallija]] fejn sar ġemellaġġ mal-banda tal-istess post li wkoll jiċċelebra l-festa ta’ San Pietru Appostlu.
Fis-sena 2017, apparti l-inawgurazzjoni tal-estensjoni tal-każin, konna qed niċċelebraw – skont it-tradizzjoni - l-anniversarju mill-Martirju u d-Dħul Glorjuż fil-Ġenna tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu. Għalhekk, il-Banda Birżebbuġa kienet ħadet sehem mal-[[Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen]] fil-festi speċjali li kienu saru fl-Imnarja tal-istess sena.
 
Nħar id-29 ta’ Ġunju filgħodu, kien sar pellegrinaġġ bl-istatwa l-antika ta’ San Pietru Appostlu. Dan il-pellegrinaġġ, minbarra li ċċelebra l-1950 sena mill-Martirju tal-Prinċep tal-Appostli San Pietru, iċċelebra wkoll it-80 sena minn meta f’Birżebbuġa ġiet iċċelebrata għall-ewwel darba l-festa ta’ San Pietru bħala l-festa titulari kif ukoll is-70 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ San Pietru, magħrufa mal-poplu ta’ Birżebbuġa bħala ''San Pietru ż-Żgħir''. F’din is-sena wkoll, il-vara titulari ta’ San Pietru Appostlu kienet qed tiġi restawrata mill-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi u ibnu [[Aaron Camilleri Cauchi]].
 
Nħar it-Tnejn 31 ta’ Lulju, 2017 tradizzjonalment Jum il-Ħruġ tal-Vara min-Niċċa, il-Banda Birżebbuġa flimkien mal-Banda San Pietru laqgħet l-istatwa ta’ San Pietru Appostlu lura f’Birżebbuġa u akkumpanjat l-istatwa titulari minn ħdejn il-moll ta’ San Ġorġ għal madwar it-toroq prinċipali ta’ Birżebbuġa sakemm tbierket mill-Arċisqof [[Charles J. Scicluna]] qabel iddaħħlet lura fil-knisja parrokkjali. Għal dawn l-okkażjonijiet kollha, [[Josef Schembri]] kien ikkummissjona innu ieħor bl-isem ''Baħar ta’ Fidi''. Dan l-innu, b’lirika ta’ [[Sebastian Saliba]] sar b’kompożizzjoni tal-Professur [[Joseph Vella]] li ħalla din id-dinja fil-25 ta Frar tas-sena ta’ wara fl-2018.
 
Lejn l-aħħar tas-sena 2017 kienet ġiet aċċettata applikazzjoni mal-[[Kunsill Malti għall-Arti]] sabiex il-banda tagħmel programm fil-[[Katidral Metropolitan]] tal-[[Imdina]] fejn kellna ndoqqu l-mużika ''The Archangels'' ta’ [[Franco Cesarini]]. Din hija silta mużikali kumplessa ħafna li kienet għadha ma’ ndaqqitx minn xi banda Maltija. Il-programm sar fl-24 ta’ Frar 2018 u kien suċċess kbir. F’din l-istess okkażjoni żżanżan ukoll Omaggio lis-Soċjetà Filarmonika San Pietru, kompożizzjoni tal-President Alexander Caruana.
 
Nħar is-17 ta’ Mejju 2019, il-Banda Birżebbuġa, dejjem diretta mis-Surmast Michael Bugelli għamlet programm ieħor memorabbli, din id darba fil-Pro [[Katidral Anglikan ta’ San Pawl]], il-Belt [[Valletta]]. Fost l-oħrajn, f’dan il-kunċert ġiet esegwita l-Overture ''Romeo and Juliet'' ta’ [[Peter Illich Tchaikovsky]]. F’din l-okkażjoni żżanżan sett timpani professjonali ġdid. Flimkien mal-Banda Birżebbuġa ħadet sehem is-soprano [[Ruth Sammut Casingena]] li kantat għall-ewwel darba l-versi tal-Omaggio li kien iżżanżan fil-Katidral tal-Imdina.
 
Fl-istess sena, wara kważi ħames snin ta’ Presidenza, flimkien ma’ Josef Schembri, Alexander Caruana beda jipprova jaqta’ xewqa oħra ta’ bosta membri tas-soċjetà, dik illi l-Banda Birżebbuġa jkollha fl-arkivji rikki tagħha oratorio ad unur San Pietru Appostlu. Fil-fatt, kienu diġà saru diskussjonijiet mal-kompożitur Ray Sciberras u mal-awtur Sebastian Saliba, imma fondi għal proġett kbir bħal dan kien għad ma hemmx. Wara ħafna sottomissjonijiet ta’ applikazzjonijiet, fl-aħħar, applikazzjoni minnhom għaddiet, u b’hekk is-soċjetà kienet ser tibbenefika minn fond tal-Kunsill Malti għall-Arti bi sħab mal-[[Għaqda Każini tal-Banda]] sabiex tikkummissjona dan l-oratorio. L-oratorio kellu jissemma ''Divo Petro''. Ix-xogħol kollu tlesta f’April 2020 waqt l-eqqel tal-pandemija [[Covid 19]]. L-għan tas-soċjetà kien illi l-oratorio jiġi esegwit għall-ewwel darba fis-7 ta’ Novembru 2020 fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina, madankollu wieħed dejjem irid jara kif se tiżvolġi s-sitwazzjoni relatata mal-pandemija.
 
Proġett kbir ieħor kien ir-rinovar tas-sular t’isfel tal-każin illi nbeda meta l-każin kien magħluq fi żmien il-pandemija. Ix-xogħol qed isir minn bosta voluntiera mmexxija minn [[Steve Briffa]] u Jason Vella. Qed isiru wkoll żewġ pitturi għaż-żewġ intrati mill-artist Għawdxi [[Josef Camilleri]]. Il-Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin qed tisponsorja dawn il-pitturi flimkien ma’ sett pitturi oħra li qed jitpoġġew fis-sala prinċipali tal-każin. Huwa ppjanat ukoll illi jsiru erba’ lapidi oħra, tal-Presidenti, Segretarji, Teżoriera u Surmastrijiet Diretturi tas-soċjetà. Dawn il-proġetti huwa ttamat illi jiġu inawgurati fiż-żmien illi ġej mill-ET Dr. [[George Vella]], il-President ta’ Malta. Saru wkoll żewġ niċeċ ġodda fis-sular ta’ isfel tal-każin, waħda għall-istatwa ta’ San Pietru Appostlu u oħra għall-istatwa ta’ Kristu Irxoxt, żewġ statwi li ġew restawrati mill-artist Aaron Camilleri Cauchi bi skema ta’ fondi Ewropej.
 
Ma nistgħux ma nsemmux ix-xogħol kbir illi dejjem jagħmlu d-dilettanti tan-nar fi ħdan is-soċjetà magħquda taħt l-isem ta’ [[Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar]], speċjalment fl-ispettaklu tal-logħob tan-nar tal-art illi jsir Lejlet il-Festa.
 
Bħalissa, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru qed taħdem fuq proġett li bbenefikat mill iskema ''Achievers'' fejn fost l-oħrajn, il-Banda Birżebbuġa se tkun qed tagħmel ir-raba’ ġita tagħha barra minn xtutna, din id-darba f’ [[Ruva di Puglia]], l-[[Italja]] t’isfel.
 
Ta’ min isemmi wkoll illi f’Diċembru 2019, is-soċjetà ħatret lil Mro. [[Christopher Bonnici]] bħala l-Assistent Surmast Direttur wara r riżenja ta’ Mro. [[Charles Wallace Suda]] li ddeċieda li jirtira minħabba l-età. Christopher Bonnici qed jgħallem ukoll it-Teorija Mużikali lill-istudenti tas-soċjetà filwaqt illi jressaqhom għall-eżamijiet tal-London College of Music. Huwa nħatar għalliem tat-Teorija fl-2018 wara li Mro. [[Robert Magro]], l-ewwel għalliem ta’ dan il-proġett kellu jħalli postu minħabba impenji oħra.
 
F’Diċembru 2019, is-soċjetà ħatret ukoll lil Mro. [[Ludwig Noel Desira]] bħala l-Għalliem tal-Istrumenti tal-Injam, u ssuċċeda wkoll lil Mro. Charles Wallace Suda. Matul dan iż-żmien kienu qed isiru taħdidiet mas-[[Soċjetà Filarmonika Santa Marija (Żebbuġ)]] [[Għawdex]] biex il-Banda Birżebbuġa tmur iddoqq fiż-Żebbuġ Għawdex. Dan is-servizz kellu jsir għall-ewwel darba fis-sena 2020, madankollu minħabba l-pandemija tħassru l-festi u għalhekk nittamaw li s-soċjetà tkun tista’ tibda tonora dan l-impenn mis-sena 2021.
 
Bħalissa wkoll qed tinkiteb fi ktieb l-istorja tas-soċjetà minn Christopher Bonnici, proġett ieħor li hu parti minn proġett ieħor kofinanzjat minn fondi Ewropej.
 
Hawnhekk tajna ħarsa biss lejn l-iktar mumenti sinifikanti tas-soċjetà. Ma ninsewx ix-xogħol bla waqfien li jibqa’ għaddej matul sena u li jsir ta’ kull sena; l-attivitajiet li jieħdu ħsieb jorganizzaw il-Kummissjonijiet (kemm bħala ġbir ta’ fondi, kif ukoll l-attivitajiet tal-Milied, tal-Karnival u l-bqija), il-publikazzjonijiet kollha tal-Bord Editorjali, is-sagrifiċċju li l-Għaqda 22 ta’ Frar tagħmel matul is-sena, ix-xogħol kontinwu tal-Kumitat Eżekuttiv – minbarra x-xogħol fiżiku u l-ħin li dan jieħu fil-każin. Ma ninsewx il-laqgħat u d-diskussjonijiet twal illi jsiru – dejjem bil-għan illi s-soċjetà tkompli tagħmel il-progress. Barra minn dawn in-nies kollha hemm dawk il-membri u persuni li jagħtu daqqa t’id kull meta jkun hemm bżonn, u ovvjament, ma nistgħux ma napprezzawx il-kontribuzzjonijet finanzjarji, illi sfortunatament huma important immens għall-każin.
 
Iżda jkun żbaljat min jaħseb li forsi lħaqna s-sema b’idejna! It-triq quddiemna hija twila u x-xogħol huwa iebes. Iżda l-futur għal din il-banda huwa wieħed sabiħ u ċert. Xhieda ta’ dan huwa n-numru sabiħ ta’ żgħażagħ illi jiffrekwentaw il-każin u jgħinu lis-soċjetà.
 
Iżda bla dubju ta' xejn, is-suċċess enormi li kisbet is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 matul dawn is-snin tafu lid-diversi benefatturi u volontiera li taw sehemhom f’din il-mixja glorjuża. Minn qalbna – grazzi.


== Organisation ==
== Organisation ==


=== Band Masters ===
=== Surmastrijiet ===
{| class="wikitable sortable" name="1st"
{| class="wikitable sortable" name="1st"
|-
|-
! No !! Band Master !! From !! Until
! No !! Surmastrijiet !! Minn !! Sa
|-
|-
| 01||[[Prof. Dr. Carmelo Zammit]] Ph.D,D.Mus.,F.L.C.M.,F.V.C.M.,F.R.S.A.,F.G.M.S. ||1957||1965
| 01||[[Michael Bugelli]] A.T.C.L.||1990||
|-
|-
| 02||[[Mro. Emmanuel Galea]]||1965||1968
|}
 
=== Presidenti ===
{| class="wikitable sortable" name="1st"
|-
! No !! Presidenti !! Minn !! Sa
|-
| 01||[[Anthony Camilleri]]||1989||1999
|-
|-
| 03||[[Mro. Carmelo Galea]] L. Mus L.C.M||1971||1981
| 02||[[Simon Micallef]]||1999||2005
|-
|-
| 04||[[Mro. Frank Galea]] T.C., D.E.A.M., F.L.C.M.||1981||1995
| 03||[[Jason Vella]]||2005||2013
|-
|-
| 05||[[Mro.Chev. Vincent Bonnici]] K.T.L||1995||
| 04||[[Emanuel Zammit]]||2013||2014
|-
| 05||Chev.[[Alexander Caruana]] o.s.j||2014||
|-
|-
|}
|}


=== Presidents ===
=== Segretarji ===
{| class="wikitable sortable" name="1st"
{| class="wikitable sortable" name="1st"
|-
|-
! No !! Presidents !! From !! Until
! No !! Segretarji !! Minn !! Sa
|-
|-
| 01||[[Eddie Paris]]||1957||1964
| 01||[[Stefan Zammit]]||1987||1989
|-
|-
| 02||[[Emmanuel Galea]]||1964*||1967
| 02||[[Alexander Caruana]]||1990||1993
|-
|-
| 03||[[Joseph Caruana]] Captain||1967||1968
| 03||[[Alex Azzopardi]]||1994||1997
|-
|-
| 04||[[Camelo Polidano]]||1971||1973
| 04||Stefan Zammit||1997||1998
|-
|-
| 05||[[Emmanuel Galea]]||1973||1986
| 05||[[Joseph Caruana]]||1998||2000
|-
|-
| 06||[[Salvu Fenech]]||1986||1997
| 06||Stefan Zammit||2000||2002
|-
|-
| 07||[[A. Caruana]]||1997||2002
| 07||[[Johan Briffa]]||2002||2007
|-
|-
| 08||[[Tarċisio Caruana]]||2002||2004
| 08||[[Roderick Cachia]]||2007||2010
|-
|-
| 09||[[Joseph M. Zahra]]||2004||2017
| 09||[[Robert Baldacchino]]||2010||2011
|-
|-
| 10||[[Anthero Aġius]]||2017||
| 10||Johan Briffa||2011||2012
|-
| 11||[[Henry Bonnici]]||2013||
|-
|-
|}
|}


=== Secretaries ===
=== Teżoriera ===
 
{| class="wikitable sortable" name="1st"
=== Treasurers ===
|-
! No !! Teżoriera !! Minn !! Sa
|-
| 01||[[Jason Vella]]||1990||1992
|-
| 02||[[Grazio Pullicino]]||1992||2003
|-
| 03||[[Walter Pace]]||2003||2011
|-
| 04||[[Robert Baldacchino]]||2011||2013
|-
| 05||[[Water Pace]]||2013||
|-
|}


==Band Commissions==
==Band Commissions==
Line 78: Line 203:
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Others'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Others'''
|-
|-
| 01||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi (1990) (Vol.1)]]||1990||*||||||
| 01||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1990) (Vol.1)]]||1990||*||||||
|-
| 02||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1992) (Vol.2)]]||1992||*||||||
|-
|-
| 02||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi (1992) (Vol.2)]]||1992||*||||||
| 03||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1994) (Vol.3)]]||1994||*||||||
|-
|-
| 03||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi (1994) (Vol.3)]]||1994||*||||||
| 04||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1996) (Vol.4)]]||1996||*||||||
|-
|-
| 04||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi (1996) (Vol.4)]]||1996||*||||||
| 05||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1998) (Vol.5)]]||1998||*||||||
|-
|-
| 05||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi (1998) (Vol.5)]]||1998||*||||||
| 06||[[Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (2000) (Vol.6)]]||2000||*||||||
|-
|-
|}
|}


{| class="wikitable sortable" name="Name of Cassettes"
==Cd's==
{| class="wikitable sortable" name="Name of Cd's"
|-
|-
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''No'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''No'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Name of Cassettes'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Name of Cd's'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Year'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Year'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Marches'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Marches'''
Line 100: Line 228:
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Others'''
| align="center" style="background:#f0f0f0;"|'''Others'''
|-
|-
| 01||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (1990) (Vol.1)]]||1990||*||||||
| 01||[[Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Birżebbuġa (2002) (Vol.7)]]||2002||*||||||
|-
| 02||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (1992) (Vol.2)]]||1992||*||||||
|-
| 03||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (1994) (Vol.3)]]||1994||*||||||
|-
| 04||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (1996) (Vol.4)]]||1996||*||||||
|-
|-
| 05||[[Festive Marches - Marċi Brijużi (1998) (Vol.5)]]||1998||*||||||
| 02||[[Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Birżebbuġa (2004) (Vol.8)]]||2004||*||||||
|-
|-
|}
|}
Line 122: Line 244:
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]]
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]]
[[Category:Band Clubs]]
[[Category:Band Clubs]]
[[Category:Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa]]

Latest revision as of 08:01, 12 August 2023

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa

Soċjeta Filamonika Banda San Pietru B'Bugia A.D. 1990

Kien lejn tmiem is-sena ta l-1989 meta bdew isiru l-ewwel movimenti bl-iskop li titwaqqaf Banda ġdida f’Birżebbuġa, minn grupp ta’ żgħażagħ li kienu nvoluti sew fl-organizzazzjoni tal-festa, speċjalment f’dak li huwa armar. Huma dejjem ħolmu li xi darba, f’Birżebbuġa tibda ssir festa aktar xierqa bħalma jsiru f’diversi bliet u rħula oħra. L-ewwel pass sar nħar il-5 ta’ Diċembru 1989 minn Alex Caruana u Angelo Vella meta iddeċidew li biex isir xi ħaġa ta’ ġid għall-festa, kien hemm il-bżonn urġenti li titwaqqaf banda ġdida. Dakinħar stess ingħaqdu magħhom Joseph Caruana, Jason Vella, Michael Muscat u Ray Cutajar. Peress li dawn kienu kollha żgħażagħ, xtaqu li magħhom ikollhom persuna ta’esperjenza biex jiggwidhom u avvi`inaw lil Anthony Camilleri. Huwa avżhom li biex twaqqaf banda ġdida ġo Birzebbuga ma' kienx faċli u ssuġġerilhom biex jibdew ifittxu l-membri.

Fl-14 ta' Diċembru 1989, f’post privat fi Triq San Ġużepp, saret laqgħa ta’ Kumitat Proviżorju u f’qasir żmien ġie ifformulat Statut, instab Surmast Direttur, u bdew isiru l-preparamenti u l-arranġamenti kollha meħtieġa biex issir l-ewwel Laqgħa Ġenerali.

Il-ġurnata storika u tant mistennija waslet. Kien nħar il-Ħadd, 14 ta' Jannar 1990, meta ġewwa l-Lido Hall, fi Triq San Edwardu, twaqqfet l-Għaqda Mużikali Birżebbuġa, b’akklamazzjoni qawwija min numru kbir ta' dilettanti li ppakkjaw il-Lido Hall. Dakinħar inħatar l-ewwel Kumitat b’Anthony Camilleri President, Alex Caruana Segretarju, Jason Vella Kaxxier u Emanuel Axiaq, Emanuel Mangion, Patrick Gabaretta, Raymond Abdilla, Angelo Cutajar, Raymond Cutajar, Joseph Caruana, Grazio Pullicino, Thaddeo Agius, Kevin Camilleri, Josef Farrugia u Joseph Pace bħala membri. Mro. Michael Bugelli, minn Ħaż-Żabbar inħatar bħala Surmast Direttur u Dun Charles Carabott sar id-Direttur Spiritwali. Pero, peress li sadanittant kien sar xi tibdil fl-isem tal-Banda l-oħra ta Birżebbuġa, inqalgħu xi intoppi biex jinħarġu l-permessi meħtieġa. Għalhekk, fl-laqgħa Straordinarja li nżammet nħar id-29 t’April 1990, l-isem tal-banda l-ġdida ġie mibdul għal Soċjetá Filarmonika Birżebbuġa A.D. 1990. Inkomplu fuq l-isem, u nimxu lejn is-sena ta' l-1996, fejn waqt il-laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-Każin il-ġdid fl-14 ta' Jannar 1996, b’vot unanimu l-isem inbidel għall-Soċjetá Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D.1990, biex b’hekk, is-Soċjetá rabtet darba għal dejjem il-Patrun tagħha ma’ isimha.

Nerġgħu lura għall-ewwel jiem tal-Banda, fejn insibu li l-ewwel kumitat beda għaddej bit-tiftix ta’post adekwat biex jiffunzjona bħala Każin, liema post kellu jkun il-fond numru 77, Triq Birżebbuga fil-Bajja ta’San Ġorġ, magħruf aktar bħala l-Morning Star. Numru ta’ voluntiera bdew jaħdmu mmedjatament biex jirrinovaw dan il-post u x-xogħol tant mexxa li fil-11 ta Frar 1990 saret laqgħa għall-ġenituri ta’dawk l-allievi li kienu nteressati jibdew jitgħallmu l-mużika. Minn l-għada stess is-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli u l-Assistent Surmast Joe Vella bdew bit-tagħlim tal-Mużika.

Il-laqgħa ta' l-allievi tal-11 ta Frar 1989 kienet l-ewwel pass biex tifforma l-Banda. Bis-saħħa ta' numru ta’ benefatturi bdiet tinxtara l-istrumentatura. Mro Michael Bugelli kiteb l-Innu tal-Banda Birżebbuga u l-Innu Marċ Lill-Ġawhra ta' l-Iljuni. Dawn l-Innijiet flimkien ma' l-Innu Popolari Lil San Pietru ta’ Mro Carmelo Pace u diversi marċi oħrajn, ġew irrekordjati fuq cassette, f’recording storiku li sar ġewwa l-Lucky Hall nħar is-Sibt, 19 ta’ Mejju 1990. Il-Festa bdiet toqrob ġmiela. Il-Bord Editorjali ħa ħsieb il-pubblikażżjoni tal-programm tal-festa li ngħata l-isem ta' Minn Qalb l-Iljuni. Il-Banda ħarġet ukoll l-ewwel bandisti tal-post tagħha. Dawn kienu Rocco Zahra, Spiridione Camilleri, Alex Caruana, Johan Polidano, Felicienne Paris, Eman Camilleri u Vincent Mifsud.

Waslet ukoll dik il-ġurnata li l-banda l-ġdida tagħmel l-ewwel dehra tagħha. Kien il-Ħamis, 2 t’Awwissu 1990, it-Tieni Jum tat-Tridu tal-Festa ta’San Pietru, meta fit-8.00 pm is-Soċjetá’ Filarmonika Birżebbuga bdiet marċ minn Triq il-Borok. Il-marċ għadda minn diversi toroq sakemm il-banda daħlet f’Misraħ il-Knisja u baqgħet tiela sa fuq iż-żuntier, akkumpanjata minn folla kbira ta' partitarji.

Hemmhekk kien hemm jistenniha il-Kappillan Dun Ġużepp Farrugia li bierek il-Banda. Wara, l-banda daqqet ghall-ewwel darba l-Innu tagħha fil-pubbliku. F’dik il-festa il-Banda daqqet ukoll il-Ġimgħa, 3 ta’Awwissu 1990, is-Sibt 4 ta’Awwissu 1990, u l-Ħadd filgħodu sar għal l-ewwel darba il-Marċ il-Kbir ta' l-Iljun. Is-sena ta’ wara, is-Soċjetá reġet ħadet sehem bil-kbir fil-festa ta' San Pietru, fejn għall-ewwel darba sar ukoll Programm Mużikali fil-Bajja s-Sabiħa nħar is-Sibt 3 t’Awwissu 1991.

Sa mill-ewwel sena, il-Kumitat inkoraġġixxa it-twaqqif ta’diversi Sotto Kumitati biex bix-xogħol attribwit lilhom, ikunu ta' għajnuna lejn il-Kumitat Eżekuttiv. L-ewwel Sotto Kumitat kien dak taż-Żgħażagħ, li ġie mwaqqaf nħar il-Festa tal-Kattedra ta' San Pietru, 22 ta Frar 1990 u fis-sena 2000 is-Sotto Kumitat Żgħażagħ sar Seżżjoni Żgħażagħ Iljuni. Fil-25 ta’ Ġunju 1990 twaqqaf is-Sotto Kumitat Nisa li fis-sena 2000 huma saru magħrufa bħala Seżżjoni Nisa Petrini. Fl-4 ta’Settembru 1990 ġie ffurmat is-Sotto Kumitat tan-Nar bl-iskop li jieħu ħsieb il-ħruq tan-Nar li jkollna fil-festa ta’ San Pietru. Illum il-ġurnata nistgħu niftaħru li l-festa ħadet spinta l-quddiem f’dak li jirrigwarda n-Nar, speċjalment bl-ispettaklu tan-Nar ta' l-Art ta' lejliet il-festa. Fis-Sena 2000 l-isem inbidel għall-Kummissjoni Nar u fl-2004 l-isem sar Għaqda tan-Nar 22 ta’Frar.

Wara l-festa ta' l-1990, il-Kumitat għamel talba mal-Awtoritajiet ekklezjastiċi biex il-banda l-ġdida tkun tista tuża’ ukoll l-Istatwa ta’ San Pietru tal-Marċ tal-Ġimgħa, li hija propjeta’ tal-Parroċċa. Wara diversi laqgħat li rriżultaw fin-negattiv, is-Soċjetá’ ġiet imċaħda għall-dejjem, milli tagħmel marċ fl-aħħar Jum tat-Tridu bl-Istatwa ta’ San Pietru. Ma kienx fadal triq oħra ħlief li tiġi ordnata statwa ġdida ta’ San Pietru. Kien it-Tlieta, 6 ta Novembru 1990, meta ġiet ordnata Statwa ta’ San Pietru għand l-Iskultur famuż Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Inħadem pedestall minn Alex Caruana u Joe Cutajar. L-istess persuni ħadmu wkoll il-bradella u l-kolonna biex fuqha tibda tittellgħa l-istatwa. L-istatwa li iżżanżnet nħar il-Ġimgħa, 2 t’ Awwissu 1991 meta nġiebet bil-baħar minn Marsaxlokk akkumpanjata minn għadd ta’ dgħajjes u tniżżlet Wied il-Buni. Wara saret manifestażżjoni grandjuza mat-toroq tar-raħal, sakemm l-istatwa ittellgħet fuq il-kolonna li kienet armat fil-bidu ta’ Triq Żaren Dalli. Mil-festa ta'l-1995 bdiet tintuża kolonna oħra li nħadmet mill-aħwa Joe, Angelo u Ray Cutajar. Mill-1996 din bdiet tintrama fil-bajja s-Sabiħa. Fl-1999 iżżanżnet bradella ġdida, li nħadmet minn Mastru Ġużeppi Galea ta’ Ħal Luqa. Għall festa ta' l-2003, l-Istatwa ta' San Pietru ġiet indurata mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, fejn saret ukoll alterazzjoni fl-id ta’ l-Istatwa.

Is-Soċjetá’ Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuga A.D. 1990 għamlet diversi servizzi kemm f’Birzebbuga kif ukoll barra mir-raħal. Bla dubju l-ikbar sehem dejjem ingħata fil-Festa Titulari ta’ San Pietru fejn mill-1990 sal-festa tas-sena l-oħra il-banda għamlet numru kbir ta’ servizzi. Barra minhekk ġew mistiedna diversi baned barranin. Il-Banda Birzebbuga ġiet mistiedna biex tagħmel servizzi f’diversi lokalitajiet differenti u dan juri li f’qasir żmien il-banda stabbilit isimha f’pajjiżna. Saru numru ta' servizzi oħra f’Birzebbuga f’okkażżjonijiet u avvenimenti differenti. Fost dawn insemmu il-Programm Mużikali Annwali “Mill-Bandisti għall-Membri” li ilu isir mill-1996. Is-Soċjetá’ għamlet ukoll servizzi barra minn xtutna meta waqt żjara ġewwa t-Tunezija saru servizzi mużikali fid-19, 20 u 21 ta' Marzu 2004.

Fl-okkażżjoni ta'l-10 Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetá’ saru festi kbar sabiex jikkomemoraw din il-ġurnata memorabbli fejn il-qofol kien Programm Korali u Strumentali li sar nħar is-Sibt, 19 ta’ Frar 2000 fit-Teatru Sir Temi Zammit ta’ l-Universita’. Dakinhar il-Banda, li kienet taht id-Direzzjoni ta Mro Michael Bugelli daqqet ghall-ewwel darba l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus.

Nhar is-Sibt 5 t’Awissu 2000 gie mzanzan plancier gdid tal-banda li gie regalat lis-Soċjetá mis-Sur Ronnie Galea. Dakinħar ġie esegwit fuqu Programm Korali u Strumentali f’Misraħ il-Knisja, fejn għall-ewwel darba indaqq l-Innu l-Kbir Tu Es Petrus ġewwa Birżebbuga. Fis-sena 2009 dan il-planċier għadda minn renovazzjoni estensiva biex ikun jista’ jakkomda aħjar lill-bandisti, lis-surmast, u l-Kor Xmun Pietru, li twaqqaf f’Jannar tal-2006 taht id-direżżjoni tal- Mro. Felicienne Paris B.Ed (Hons), L.Mus. T.C.L., A.Mus. L.C.M.

Kif qed naraw, is-Soċjetá bdiet tikber b’ritmu tassew mgħaġġel , u kull ma' jmur bdiet tinħass il-ħtieġa ta’ każin akbar. Għalhekk , bl-approvazzjoni tal-membri, fl-1991, bdew il-proċeduri biex il-Kumitat iffittex post li seta jservi bħala Każin. Kien hemm diversi proposti iżda l-Kumitat tefa’ għajnejħ fuq il-fond 11/12 Triq Birżebbuga, it-triq prinċipali li mill-Bajja s-Sabiħa twasslek sa Misraħ il-Knisja. Wara ħafna xogħol u riċerki, intlaħaq ftehim ma’ sid il-post u nħar is-16 ta’ Mejju 1992, gie ffirmat il-konvenju. Fl-Laqgħa Ġenerali Straordinarja li nżammet nħar il-Ħadd 24 ta’ Mejju 1992, il-membri approvaw b’mod unanimu ix-xiri tal-post u kollox ġie ffinalizzat nħar il-15 ta’ Settembru 1992 meta dakinħar ġie ffirmat il-Kuntratt. ċ Kif il-Kumitat akkwista ċ-ċwievet tal-post bdew il-pjanijiet kif il-post seta jiġi alterat u rikostruwit biex jinagħta statura ta’ każin tal-banda. Iżda nħar it-8 ta’ Novembru 1992 Sunny Bonnici (ta’ Farfar) u Peter Camilleri (il-Pajju), issuġġerew li l-aħjar ħaġa kienet li l-post jinħatt kompletament u jiġi ppjanat mill-ġdid, u fil-fatt hekk ġie deċiż. Fil-kesħa ta' Diċembru 1992 il-post beda jinħatt. Kienu ġranet u ljieli ta’ sagriffiċċji kbar fl-eqqel tax-xitwa. Kif kien komplut it-twaqqieħ, nħar is-27 ta’ Marzu 1993 beda jinbena l-Każin il-ġdid mill-pedamenti. Ix-xogħol sar taħt supervizjoni ta’ l-Onorevoli Perit Karmenu Vella u l-Perit Michael Schembri., filwaqt li x-xogħol tal-bini kien immexxi minn Sunny Bonnici, Peter Camilleri, Victor Schembri u Pietru Camilleri (is-Sigarr). Dawn ta' kuljum kienu jkunu mgħejjuna minn għadd ta' volontiera, ħafna minnhom żgħażagħ. Il-Kumitat ma waqafx hawn u fit-22 ta’ Novembru 1994, giet akkwistata bicca propjeta ohra, ir-remissa li hemm biswit il-Kazin. Din ir-remissa giet imhallsa kompletament f’Dicembru 1999. Ic-cwievet tar-remissa gew moghddija lis-Soċjetá’ nħar is-17 t’Awwissu 2004 u fil-Milied ta' l-2004, itellgħet wirja ta' presepju mekkanizzat ġewwa r-remissa, wirja li baqgħet tittellgħa kull Milied sussegwenti.

Meta kollox kien lest biex is-Soċjetá’ tibdel is-Sede tagħha, nħar is-17 ta’April 1996 is-Soċjetá’ imxiet fil-Każin il-ġdid li ngħata l-isem ta’ Ġawhra ta' San Pietru. Fit-2 ta’Awwissu 1997 tqiegħdet simbolikament l-aħħar ħebla tal-Każin mil-President is-Sur Anthony Camilleri. L-għada, qabel il-marċ ta’ filgħodu, l-istess President tella’ għall-ewwel darba bandiera Maltija ma’ l-arblu tal-każin. Fis-16 ta’ Settembru 1997 saru festi kbar biex nikkomemoraw il-ġurnata li fiha il-Każin sar propjeta tas-Soċjetá’ u ġie kkonsagrat għall-Qalb ta’ Ġesu u ta’ Marija.

Ix-xogħol fil-każin ma' waqaf qatt u fis-7 t’April 2000 tlesta it-tqegħid tal-granit fit-taraġ u sar poġġaman tal-ferrobattuto. Saru diversi xogħolijiet oħra ta’ tisbieħ bħal suffetti, purtieri u għamara. Ftit ġimgħat qabel il-Festa ta' l-2002 ġie mwaħħal il-bieb prinċipali tal-Każin u nħar il-Ħadd, 28 ta' Lulju 2002, il-President is-Sur Simon Micallef tella għall-ewwel darba il-bandiera l-maġġura ma' l-arblu tal-każin. F’Ottubru ta’ l-2003 ġew mibdula is-sitt bibien tal-faċċata li saru ta'l-eroko. Nħar il-Ħadd, 25 ta' Lulju 2004, Is-Sur Simon Micallef President tas-Soċjetá’, flimkien mas-Sur Robert Baldacchino, President tas-Seżżjoni Żgħażagh Iljuni, inawguraw il-faċċata tal-Każin wara li din ħiet dekorata bl-irħam u b’żewġ kolonni taz-zonqor, xogħol tal-marmista Ronnie Pisani. Din il-faċċata ġiet iffinanzjata mis-Sezzjoni Żgħażagħ iljuni. Din is-sena kienet ukoll l-ewwel sena li fiha bdiet tiġi ċċelebrata l-Ġimgha Mqaddsa fil-każin tagħna, bl-għajnuna ta’ bosta voluntiera.

Pass iehor storiku seħħ nħar il-Ġimgħa, 30 ta’ Lulju 2004, meta l-uffiċċjali tal-Każin li kienu jokkupaw il-kariga dak iż-żmien, is-Sur Simon Micallef – President, is-Sur Johan Briffa - Segretarju u s-Sur Walter Pace - Kaxxier, għamlu l-konvenju li permezz tiegħu is-Soċjetá’ akkwistat l-ispiżerija ta’ maġenb il-każin.

Is-sena 2005 rat is-Soċjetá’ tikseb suċċessi fejn jidħol tiżjin tal-Milied – it-tieni post minn Malta kollha fil-kompetizzjoni tal-Presepji kif ukoll għat-Tizjin tat-Triq. Il-banda wkoll kellha sena ta’ suċċess – il-banda tas-Soċjetá’ rebħet il-Gara Mużikali tas-sena 2005, bil-ħila u l-kapaċita’ tal-bandisti tal-post – ħolma oħra li saret realta’ wara ħafna snin ta’ hidma. Dan is-suċċess ġie ċċelebrat bi programm mużikali fit-22 ta’ Frar tas-sena ta’ wara, fis-sala tal-iskola primarja ta’ Birżebbuga, u għalih attendew il-Kumitat Amministrattiv tal-Malta Band Association kif ukoll għaqdiet oħra mir-raħal u minn irħula oħra.

Fil-Laqgħa Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2005, il-maġġoranza tal-membri qablu li jkomplu in-negozjati biex tinxtara il-propjeta’ biswit il-każin. Fi Frar 2006 tlestew il-pjanti tal-każin biex tiħi sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA biex nirregolarizzaw il-propjeta’ tal-każin. U fl-aħħar wasal is-26 ta’ Mejju; u s-Soċjetá’ uffiċċjalment akkwistat ispizerija. Twaqqfet l-iskema Tkabbir tal-Każin – bl-għan li l-membri joffru għajnuna finanzjarja fit-tkabbir tal-każin.

Mbaghad fis-sena 2006 bdiet iniżjattiva oħra – fil-Karnival is-Soċjetá’ tagħna bdiet tieħu ħsieb li torganizza attivita’ biex ir-raħal kollu jiċċelebra din l-okkazjoni – sar daqq ta’ marċi minn ħdejn il-venda sa ħdejn il-każin, mbagħad wara ttellgħet serata ta’ żfin u divertiment. Għal Ġimgħa 6 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena, għal-ewwel darba l-Għaqda 22 ta’ Frar ħadet ħsieb li tipprepara spettaklu sabiħ ta’ nar bl-isem is-Sema mimlija bil-Kuluri, bl-għajnuna tas-Sur Godfrey Zammit il-Lupsi, liema spettaklu ttella’ minn fuq il-Bajja s-Sabiħa dakinħar li San Pietru ġie miġjub minn fuq il-baħar. L-aħwa Anġlu u Raymond Cutajar ħadu ħsiebu li jlestu u jippreparaw il-kolonna li fuqha tintrama l-istatwa artistika ta’ San Pietru li tiġi armata quddiem l-għassa tar-raħal.

Din is-sena rat progress kbir fejn jidħol komunikażżjoni. F’din is-sena l-Bord Editorjali beda jieħu ħsieb li jippublika newsletter bl-għan li jżomm lill-Birżebbugin infurmati b’dak li kien qed jiġri fis-Soċjetá’, publikażżjoni li niżlet tajjeb ħafna man-nies tal-lokal. Dan ovvjament minbarra l-publikażżjonijiet li l-Bord joħroħ ta’ kull sena, bħal ma huma l-kalendarju u l-ktieb tal-festa.

Is-sena 2007 kienet is-sena li fih l-E.T Mons. Arċisqof Patri Pawl Cremona OP għoġbu jagħmel żjara ġewwa s-sede tagħna li saret fis-27 ta’ Lulju, 2007. liema żjara ġiet akkumpanjata minn ħafna entużażzmu min-nies, li ltaqgħu kollha fit-toroq biex jilqgħu lill-Eċċellenża tiegħu.

L-2008 rat proċċess ta’ manutenzjoni fit-tielet sular tal-każin, fejn intrama arkivju temporanju fis-sala tal-kunċerti biex b’hekk il-mużika issa hija kollha merfugħa fis-sede tagħna. Intramat b’għamara moderna wkoll il-kamra tas-segretarju. Din is-sena wkoll inħasset il-ħtieġa li jinbidel l-arblu l-maġġur u għalhekk bidet ħidma fuq l-arblu l-ġdid, liema arblu ġie iffinanzjat mill-Onor. Dr. Marlene Pullicino. Nħar il-Ħadd 20 ta’Lulju 2008, dan l-arblu sab postu fuq il-bejt tas-Soċjetá’, fost ħafna ċapċip u entużjazmu.

Is-sena 2009 hija mmarkata mill-anniversarju tal-miġja tal-vara ta’ San Pietru f’Malta. Anniversarju li ngħata l-prominenza li jixraqlu, b’ħafna sorpriżi għall-festa ta’ dik is-sena, fosthom innu ġdid. B’hekk, minbarra l-Innu Popolari tas-surmast Carmelo Pace, is-soċjetà issa se jkollha innu Petrin ieħor kollu kemm hu tagħha, l-innu Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk; b’mużika ta’ Mro. Raymond Sciberras F.L.C.M. u versi tal-Professur Oliver Friggieri. Min-naħa l-oħra din is-sena saru wkoll alterazzjonijiet sinifikanti fil-planċier, biex issa sar iktar denju ta’ soċjetà li qiegħda dejjem tikber. Apparti dan l-innu, Alexander Caruana kiteb l-innu San Pietru fil-Glorja għal tenurm sopran u kor. Dan l-innu jindaqq kważi kull sena fl-għeluq tal-kunċert annwali tal-festa.

Waqt il-festa 2009, is-Segretarju Roderick Cachia kien wera x-xewqa ma’ Alexander Caruana biex jara hux possibbli li l-Banda Birżebbuġa, f’għeluq l-20 sena tagħha tmur iddoqq il-Vatikan u Ruma. Mill-ewwel, Alexander Caruana beda jaħdem fuq din il-ħolma. Minkejja li kienet ħolma diffiċli, nħar il-5 ta’ April 2010, il-banda flimkien mal-kumitat u bosta membri u partitarji telqu lejn Ruma. Dakinħar stess, il-banda daqqet programm mużikali fi Piazza Mignanelli. L-għada filgħodu saret quddiesa fil-Cappella del Coro fil-Bażilika ta’ San Pietru. Iċ-ċelebrant tal-quddiesa kien Dun Patrick Incorvaja, saċerdot li hu minn Birżebbuġa imma jaħdem fil-Vatikan. Matul din il-quddiesa ħa sehem il-kor Xmun Pietru u filgħaxija l-banda u l-kor ħadu sehem f’akkademja fil-Bażilika San Pietro in Vincoli. Matul din l-akkademja sar ġemellaġġ bejn is-soċjetà u l-istess bażilika, ġemellaġġ illi anke bil-kuntatti li baqa’ jagħmel Alexander Caruana, wassal sabiex fis-sena 2012, l-istess bażilika rregalat kopja tal-ktajjen ta’ San Pietru lill-parroċċa ta’ Biżebbuġa. L-urna bil-kopja tal-ktajjen tinstab f’post prominenti fil-knisja parrokkjali.

L-Erbgħa 7 ta’ April, il-banda u l-kor ħadu sehem fl-Udjenza Ġenerali mal-Papa Benedittu XVI fi Piazza San Pietro. Kien bla dubju mument li ma jintesa qatt meta l-Papa għadda eżatt minn ħdejn il-banda u sellmilna. Barra minn hekk, mumenti li ma jintesew qatt huma l-eżekuzzjoni tal-innijiet Petrini fil-Belt Eterna ta’ Ruma, belt marbuta intrinsikament mal-patrun tagħna San Pietru Appostlu.

Fis-sena 2011 bdew pjanijiet biex tiġi restawrata s-sala prinċipali, proġett li beda jitmexxa mill-President Jason Vella. Dan ix-xogħol sar bejn l-2012 u l-2013 u tlesta minn kollox fis-sena 2014.

Is-sena 2013 ukoll tibqa’ mfakkra għaċ-Ċentinarju tal-Parroċċa. Fost is-servizzi li l-Banda Birżebbuġa għamlet matul dik is-sena wieħed isemmi l-massed band f’Jum iċ-Ċentinarju, nħar it-Tnejn 9 ta’ Settembru, kif ukoll nħar il-Ħadd 15 ta’ Settembru, festa liturġika ta’ Marija Addolorata, li kienet il-patruna ta’ Birżebbuġa bejn l-1913 u l-1936.

F’dan il-jum, il-Banda Birżebbuġa akkumpanjat il-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Marija Addolorata li ħareġ mill-knisja parrokkjali u mat-triq waqaf ukoll quddiem il-knisja l-antika tad-Duluri li tinsab fi Triq il-Knisja. Barra minn hekk, il-Banda Birżebbuġa ħadet sehem ukoll f’akkademja li saret fil-knisja parrokkjali flimkien mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen u l-kor tal-parroċċa. L-akkademja kienet taħt il-patroċinju tal-E.T. Dr. George Abela, il-President ta’ Malta. Ta’ min isemmi li f’din is-sena speċjali kien inkiteb innu ieħor ad unur san Pietru; “Sliem Għalik Għażiż San Pietru” b’kompożizzjoni tas-surmast direttur Michael Bugelli u versi ta’ Alexander Caruana. Fl-istess sena, Jason Vella ma’ reġax ikkontesta iktar għall-kariga ta’ President u laħaq Emanuel Zammit. Huwa rreżenja fil-bidu ta’ Marzu 2014, u f’Laqgħa Ġenerali Straordinarja, il-membri ħatru lil Alexander Caruana bħala l-ħames president tas-soċjetà.

Taħt it-tmexxija tal-President il-ġdid bdew il-pjanijiet sabiex jiġi ċċelebrat il-Ġublew tal-Fidda mit-twaqqif tas-soċjetà li kien se jseħħ fl-2015. Tlestiet is-sala prinċipali tal-każin, illi fuq xewqa ta’ Alexander Caruana ssemmiet għall-ewwel President tas-soċjetà Anthony Camilleri. Inħatret ukoll kummissjoni sabiex tgħin lill-kumitat fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-anniversarju. L-inawgurazzjoni tal-proġett tas-sala kien sar fl-14 ta’ Diċembru 2014. Imbagħad fl-14 ta’ Jannar, eżattament 25 sena wara t-twaqqif uffiċjali tas-soċjetà, saret Quddiesa Solenni fil-knisja parrokkjali. Iċċelebra l-quddiesa l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. li fiha ħa sehem il-kor Xmun Pietru u l-Banda Birżebbuġa. Wara, l-istess Arċisqof kixef u bierek lapida bl-ismijiet tal fundaturi tas-soċjetà.

Fl-24 ta’ Frar, il-Banda Birżebbuġa għamlet akkademja fil-knisja parrokkjali taħt il-patroċinju ta ET Marie Louise Coleiro Preca, il-President ta’ Malta li wara kixfet lapida kommemorattiva fil-każin. F’din il-lapida hemm ukoll il-logo tal-25 sena li ġie ddisinjat minn Jeremy Cachia. F’din l-akkademja ndaqqu bosta xogħlijiet b’tema Petrina u sagra, fosthom l-innu l-kbir Tu es Petrus u cantata ġdida ad unur San Pietru bl-isem Petrus Princeps Apostolorum, xogħol ta’ Alexander Caruana.

Fl-istess sena wkoll ġie inawgurat l-armar tal-faċċata tal-każin mill-Kummissjoni Armar u l-bandalora tar-rakkmu maħduma minn George Cassar b’pittura ta’ Mario Baldacchino fuq disinn ta’ Alexander Caruana. Dan il-proġett tħallas mis-Sezzjoni Żgħażagħ Iljuni.

Iżda waqt illi kien għaddej dan kollu, il-President kien qed jaħdem fuq ħolma oħra li kienet ilha mixtieqa imma dejjem dehret impossibbli: dik li s-soċjetà tixtri propjetà oħra u tidħol fil-pjazza. Fil-fatt kien f’Awwissu 2014 meta s-Segretarju Henry Bonnici wera x-xewqa mal-President biex jara x’jista’ jsir ħalli din il-ħolma ssir realtà. Ma kinitx xi ħaġa faċli, speċjalment minħabba li s-soċjetà kienet għadha qed tħallas is-self tal-ispiżerija u kellha ħafna spejjeż relatati mal-anniversarju, imma d-determinazzjoni tal-uffiċċjali bl-appoġġ tal-Kumitat Eżekuttiv wasslet sabiex f’Mejju ġie ffirmat l-Att tal-Konvenju quddiem in-nutar Marilyn Sultana minn Birżebbuġa. In-nutar Sultana kienet attiva għal xi żmien ukoll fis-soċjetà. Ġimgħa qabel il-festa titulari tal-2015, issejħet Laqgħa Ġenerali Straordinarja, bil-President iħabbar dan il-proġett quddiem sala ppakkjata bil-membri ħerqana li jkomplu jaraw lis-soċjetà tissokta tkabbar l-operat tagħha. Fl-istess laqgħa, il-membri qablu li jħallu f’idejn il-kumitat biex ikompli jaħdem fuq dan il-proġett u meta jkollu iktar dettalji ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja oħra, laqgħa li saret f’Jannar 2016 bil-membri jaqblu b’mod unanimu li jinxtara l-post 29 Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa. F’Mejju 2016 ġie ffirmat il-kuntratt, u b’hekk is-soċjetà issa kienet xtrat ir-raba’ propjetà tagħha. Fl-istess żmien, il-perit Michael Schembri u Jason Vella bdew bil-pjanti u saret l-applikazzjoni fl-Awtorità tal-Ippjanar biex isir proġett kbir ta’ rikostruzzjoni li jgħaqqad il-post tal-pjazza mal-kumplament tal-każin, xogħol illi tlesta sa Lulju 2017, u fl-1 ta’ Awwissu 2017 ġiet inawgurata l-estensjoni tal-każin mill-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat u l-President tas-soċjetà Alexander Caruana. Peress illi kien żmien il-festa titulari, il-Kummissjoni Armar Estern fi ħdan is-soċjetà ħadet ħsieb ukoll tagħmel armar ġdid għall-faċċata tal-pjazza wkoll.

Ta min isemmi wkoll illi f’April, wara ħafna snin ta’ attentati li dejjem irriżultaw fin-negattiv, il-Kurja Arċiveskovili ħalliet lis-soċjetà toħroġ l-istatwa ta’ Kristu Irxoxt li kienet inħadmet mill-artist Alfred Camilleri Cauchi fl-1999. Din id-dimostrazzjoni, illi qed tkun dejjem iktar imfittxija mill-poplu ta’ Birżebbuġa u d-dilettanti tal-Ġimgħa Mqaddsa f’pajjiżna, toħroġ akkumpanjata mill-Banda Birżebbuġa f’Jum l-Għid il-Kbir, filgħaxija. Ix-xogħol ta’ tisbiħ baqa’ għaddej u kien hemm għajnuna kbira minn ħafna fondi, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Ewropa. B’hekk setgħu fi żmien qasir isiru wkoll bosta proġetti bħal-lift, it-taraġ il-ġdid bil-poġġaman, bibien u twieqi, madum u l-bqija.

F’Ottubru 2016 il-Banda Birżebbuġa għamlet it-tielet ġita tagħha, din id-darba f’ Riposto, fi Sqallija fejn sar ġemellaġġ mal-banda tal-istess post li wkoll jiċċelebra l-festa ta’ San Pietru Appostlu. Fis-sena 2017, apparti l-inawgurazzjoni tal-estensjoni tal-każin, konna qed niċċelebraw – skont it-tradizzjoni - l-anniversarju mill-Martirju u d-Dħul Glorjuż fil-Ġenna tal-patrun tagħna San Pietru Appostlu. Għalhekk, il-Banda Birżebbuġa kienet ħadet sehem mal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen fil-festi speċjali li kienu saru fl-Imnarja tal-istess sena.

Nħar id-29 ta’ Ġunju filgħodu, kien sar pellegrinaġġ bl-istatwa l-antika ta’ San Pietru Appostlu. Dan il-pellegrinaġġ, minbarra li ċċelebra l-1950 sena mill-Martirju tal-Prinċep tal-Appostli San Pietru, iċċelebra wkoll it-80 sena minn meta f’Birżebbuġa ġiet iċċelebrata għall-ewwel darba l-festa ta’ San Pietru bħala l-festa titulari kif ukoll is-70 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ San Pietru, magħrufa mal-poplu ta’ Birżebbuġa bħala San Pietru ż-Żgħir. F’din is-sena wkoll, il-vara titulari ta’ San Pietru Appostlu kienet qed tiġi restawrata mill-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi u ibnu Aaron Camilleri Cauchi.

Nħar it-Tnejn 31 ta’ Lulju, 2017 tradizzjonalment Jum il-Ħruġ tal-Vara min-Niċċa, il-Banda Birżebbuġa flimkien mal-Banda San Pietru laqgħet l-istatwa ta’ San Pietru Appostlu lura f’Birżebbuġa u akkumpanjat l-istatwa titulari minn ħdejn il-moll ta’ San Ġorġ għal madwar it-toroq prinċipali ta’ Birżebbuġa sakemm tbierket mill-Arċisqof Charles J. Scicluna qabel iddaħħlet lura fil-knisja parrokkjali. Għal dawn l-okkażjonijiet kollha, Josef Schembri kien ikkummissjona innu ieħor bl-isem Baħar ta’ Fidi. Dan l-innu, b’lirika ta’ Sebastian Saliba sar b’kompożizzjoni tal-Professur Joseph Vella li ħalla din id-dinja fil-25 ta Frar tas-sena ta’ wara fl-2018.

Lejn l-aħħar tas-sena 2017 kienet ġiet aċċettata applikazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti sabiex il-banda tagħmel programm fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina fejn kellna ndoqqu l-mużika The Archangels ta’ Franco Cesarini. Din hija silta mużikali kumplessa ħafna li kienet għadha ma’ ndaqqitx minn xi banda Maltija. Il-programm sar fl-24 ta’ Frar 2018 u kien suċċess kbir. F’din l-istess okkażjoni żżanżan ukoll Omaggio lis-Soċjetà Filarmonika San Pietru, kompożizzjoni tal-President Alexander Caruana.

Nħar is-17 ta’ Mejju 2019, il-Banda Birżebbuġa, dejjem diretta mis-Surmast Michael Bugelli għamlet programm ieħor memorabbli, din id darba fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Fost l-oħrajn, f’dan il-kunċert ġiet esegwita l-Overture Romeo and Juliet ta’ Peter Illich Tchaikovsky. F’din l-okkażjoni żżanżan sett timpani professjonali ġdid. Flimkien mal-Banda Birżebbuġa ħadet sehem is-soprano Ruth Sammut Casingena li kantat għall-ewwel darba l-versi tal-Omaggio li kien iżżanżan fil-Katidral tal-Imdina.

Fl-istess sena, wara kważi ħames snin ta’ Presidenza, flimkien ma’ Josef Schembri, Alexander Caruana beda jipprova jaqta’ xewqa oħra ta’ bosta membri tas-soċjetà, dik illi l-Banda Birżebbuġa jkollha fl-arkivji rikki tagħha oratorio ad unur San Pietru Appostlu. Fil-fatt, kienu diġà saru diskussjonijiet mal-kompożitur Ray Sciberras u mal-awtur Sebastian Saliba, imma fondi għal proġett kbir bħal dan kien għad ma hemmx. Wara ħafna sottomissjonijiet ta’ applikazzjonijiet, fl-aħħar, applikazzjoni minnhom għaddiet, u b’hekk is-soċjetà kienet ser tibbenefika minn fond tal-Kunsill Malti għall-Arti bi sħab mal-Għaqda Każini tal-Banda sabiex tikkummissjona dan l-oratorio. L-oratorio kellu jissemma Divo Petro. Ix-xogħol kollu tlesta f’April 2020 waqt l-eqqel tal-pandemija Covid 19. L-għan tas-soċjetà kien illi l-oratorio jiġi esegwit għall-ewwel darba fis-7 ta’ Novembru 2020 fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina, madankollu wieħed dejjem irid jara kif se tiżvolġi s-sitwazzjoni relatata mal-pandemija.

Proġett kbir ieħor kien ir-rinovar tas-sular t’isfel tal-każin illi nbeda meta l-każin kien magħluq fi żmien il-pandemija. Ix-xogħol qed isir minn bosta voluntiera mmexxija minn Steve Briffa u Jason Vella. Qed isiru wkoll żewġ pitturi għaż-żewġ intrati mill-artist Għawdxi Josef Camilleri. Il-Kummissjoni Tisbiħ tal-Każin qed tisponsorja dawn il-pitturi flimkien ma’ sett pitturi oħra li qed jitpoġġew fis-sala prinċipali tal-każin. Huwa ppjanat ukoll illi jsiru erba’ lapidi oħra, tal-Presidenti, Segretarji, Teżoriera u Surmastrijiet Diretturi tas-soċjetà. Dawn il-proġetti huwa ttamat illi jiġu inawgurati fiż-żmien illi ġej mill-ET Dr. George Vella, il-President ta’ Malta. Saru wkoll żewġ niċeċ ġodda fis-sular ta’ isfel tal-każin, waħda għall-istatwa ta’ San Pietru Appostlu u oħra għall-istatwa ta’ Kristu Irxoxt, żewġ statwi li ġew restawrati mill-artist Aaron Camilleri Cauchi bi skema ta’ fondi Ewropej.

Ma nistgħux ma nsemmux ix-xogħol kbir illi dejjem jagħmlu d-dilettanti tan-nar fi ħdan is-soċjetà magħquda taħt l-isem ta’ Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, speċjalment fl-ispettaklu tal-logħob tan-nar tal-art illi jsir Lejlet il-Festa.

Bħalissa, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru qed taħdem fuq proġett li bbenefikat mill iskema Achievers fejn fost l-oħrajn, il-Banda Birżebbuġa se tkun qed tagħmel ir-raba’ ġita tagħha barra minn xtutna, din id-darba f’ Ruva di Puglia, l-Italja t’isfel.

Ta’ min isemmi wkoll illi f’Diċembru 2019, is-soċjetà ħatret lil Mro. Christopher Bonnici bħala l-Assistent Surmast Direttur wara r riżenja ta’ Mro. Charles Wallace Suda li ddeċieda li jirtira minħabba l-età. Christopher Bonnici qed jgħallem ukoll it-Teorija Mużikali lill-istudenti tas-soċjetà filwaqt illi jressaqhom għall-eżamijiet tal-London College of Music. Huwa nħatar għalliem tat-Teorija fl-2018 wara li Mro. Robert Magro, l-ewwel għalliem ta’ dan il-proġett kellu jħalli postu minħabba impenji oħra.

F’Diċembru 2019, is-soċjetà ħatret ukoll lil Mro. Ludwig Noel Desira bħala l-Għalliem tal-Istrumenti tal-Injam, u ssuċċeda wkoll lil Mro. Charles Wallace Suda. Matul dan iż-żmien kienu qed isiru taħdidiet mas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija (Żebbuġ) Għawdex biex il-Banda Birżebbuġa tmur iddoqq fiż-Żebbuġ Għawdex. Dan is-servizz kellu jsir għall-ewwel darba fis-sena 2020, madankollu minħabba l-pandemija tħassru l-festi u għalhekk nittamaw li s-soċjetà tkun tista’ tibda tonora dan l-impenn mis-sena 2021.

Bħalissa wkoll qed tinkiteb fi ktieb l-istorja tas-soċjetà minn Christopher Bonnici, proġett ieħor li hu parti minn proġett ieħor kofinanzjat minn fondi Ewropej.

Hawnhekk tajna ħarsa biss lejn l-iktar mumenti sinifikanti tas-soċjetà. Ma ninsewx ix-xogħol bla waqfien li jibqa’ għaddej matul sena u li jsir ta’ kull sena; l-attivitajiet li jieħdu ħsieb jorganizzaw il-Kummissjonijiet (kemm bħala ġbir ta’ fondi, kif ukoll l-attivitajiet tal-Milied, tal-Karnival u l-bqija), il-publikazzjonijiet kollha tal-Bord Editorjali, is-sagrifiċċju li l-Għaqda 22 ta’ Frar tagħmel matul is-sena, ix-xogħol kontinwu tal-Kumitat Eżekuttiv – minbarra x-xogħol fiżiku u l-ħin li dan jieħu fil-każin. Ma ninsewx il-laqgħat u d-diskussjonijiet twal illi jsiru – dejjem bil-għan illi s-soċjetà tkompli tagħmel il-progress. Barra minn dawn in-nies kollha hemm dawk il-membri u persuni li jagħtu daqqa t’id kull meta jkun hemm bżonn, u ovvjament, ma nistgħux ma napprezzawx il-kontribuzzjonijet finanzjarji, illi sfortunatament huma important immens għall-każin.

Iżda jkun żbaljat min jaħseb li forsi lħaqna s-sema b’idejna! It-triq quddiemna hija twila u x-xogħol huwa iebes. Iżda l-futur għal din il-banda huwa wieħed sabiħ u ċert. Xhieda ta’ dan huwa n-numru sabiħ ta’ żgħażagħ illi jiffrekwentaw il-każin u jgħinu lis-soċjetà.

Iżda bla dubju ta' xejn, is-suċċess enormi li kisbet is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 matul dawn is-snin tafu lid-diversi benefatturi u volontiera li taw sehemhom f’din il-mixja glorjuża. Minn qalbna – grazzi.

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Michael Bugelli A.T.C.L. 1990

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Anthony Camilleri 1989 1999
02 Simon Micallef 1999 2005
03 Jason Vella 2005 2013
04 Emanuel Zammit 2013 2014
05 Chev.Alexander Caruana o.s.j 2014

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Stefan Zammit 1987 1989
02 Alexander Caruana 1990 1993
03 Alex Azzopardi 1994 1997
04 Stefan Zammit 1997 1998
05 Joseph Caruana 1998 2000
06 Stefan Zammit 2000 2002
07 Johan Briffa 2002 2007
08 Roderick Cachia 2007 2010
09 Robert Baldacchino 2010 2011
10 Johan Briffa 2011 2012
11 Henry Bonnici 2013

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Jason Vella 1990 1992
02 Grazio Pullicino 1992 2003
03 Walter Pace 2003 2011
04 Robert Baldacchino 2011 2013
05 Water Pace 2013

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1990) (Vol.1) 1990 *
02 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1992) (Vol.2) 1992 *
03 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1994) (Vol.3) 1994 *
04 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1996) (Vol.4) 1996 *
05 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (1998) (Vol.5) 1998 *
06 Festive Marches - Marċi Brijjużi Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa (2000) (Vol.6) 2000 *

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Birżebbuġa (2002) (Vol.7) 2002 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Mis-Soċjeta Filarmonika San Pietru Birżebbuġa (2004) (Vol.8) 2004 *

Programmes and Publications

Memorials

External links