Difference between revisions of "Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 17: Line 17:


==Surmastrijiet imexxuha kellha sitt diretturi mużikali==  
==Surmastrijiet imexxuha kellha sitt diretturi mużikali==  
Il-Banda tal-Għaqda Filarmonika Prekursur tax-Xewkija, sa issa kellha seba’ Surmastrijiet diretturi li kienu; - [[Indri` Borg]] (1929 – 1961), [[Carmelo G. Borg]] M.P.R.S. (London)  (1961 – 1968), [[Gużeppi Farrugia]] (1968 – 1987), [[Colin Attard]] F.L.C.M. (1987 – 1993), [[Andrew Coleiro]] (1993 – 1997), [[Tonio Borg]] (1997– 2019]] u [[Mark Gauci]] (2019 -      )
Il-Banda tal-Għaqda Filarmonika Prekursur tax-Xewkija, sa issa kellha seba’ Surmastrijiet diretturi li kienu; - [[Indri` Borg]] (1929 – 1961), [[Carmelo G. Borg]] M.P.R.S. (London)  (1961 – 1968), [[Gużeppi Farrugia]] (1968 – 1987), [[Colin Attard]] F.L.C.M. (1987 – 1993), [[Andrew Coleiro]] (1993 – 1997), [[Tonio Borg]] (1997– 2019) u [[Mark Gauci]] (2019 -      )


Il-fundatur Maestro Andrea Borg fejn idderieġa l-banda mill-1930 sal-1961.  Is-surmast Andrea Borg ikkompona diversi biċċiet mużikali, l-aktar importanti fosthom l-Innu l-Kbir, La Nativita` Di San Giovanni Battista.  Fit-12 ta' Settembru 1959 taħt id-direzzjoni tas-surmast Andrea Borg il-banda Prekursur kienet l-ewwel banda li daqqet L-Innu lil Għawdex, miktub mill-Prof. [[Joseph Vella]].  It-tieni surmast tal-banda kien Mro Carmelo G. Borg li dam imexxi din il-banda għal madwar seba` snin.  Mro Ġużeppi Farrugia kien it-tielet surmast direttur ta' din il-banda.  Huwa dam imexxiha għal aktar min dsatax il-sena.  Dan is-surmast jibqa` imfakkar għal fatt li taħt id-direzzjoni tiegħu daqqet għall-ewwel darba l-Innu l-Kbir “La Nativita` Di San Giovanni Battista”.  Ir-raba` surmast tal-banda Prekursur kien iż-żagħżugħ surmast Colin Attard li dam imexxija għal sitt snin.  F'Ottubru tal-1993 l-banda prekursur fdat id-direzzjoni f'idejn Mro Andrew Coleiro.  Taħt is-surmast Andrew Coleiro l-banda marret it-[[Tuneżija]] fejn għamlet marċ u programm.  Iż-żjara tal-banda Prekursur fit-Tuneżija kienet ġrajja kbira għal din il-banda, għaliex din kienet l-ewwel darba li l-banda ħalliet xtutna flimkien ma ħafna ammiraturi tagħha  u daqqet f'pajjiż barrani.  Ġewwa t-Tuneżija l-banda Prekursur ġiet milqugħa tajjeb ħafna, fejn daqqet diversi marċi f'Port Kantau u esegwiet programm mużikali fil-belt ta' Susa.   
Il-fundatur Maestro Andrea Borg fejn idderieġa l-banda mill-1930 sal-1961.  Is-surmast Andrea Borg ikkompona diversi biċċiet mużikali, l-aktar importanti fosthom l-Innu l-Kbir, La Nativita` Di San Giovanni Battista.  Fit-12 ta' Settembru 1959 taħt id-direzzjoni tas-surmast Andrea Borg il-banda Prekursur kienet l-ewwel banda li daqqet L-Innu lil Għawdex, miktub mill-Prof. [[Joseph Vella]].  It-tieni surmast tal-banda kien Mro Carmelo G. Borg li dam imexxi din il-banda għal madwar seba` snin.  Mro Ġużeppi Farrugia kien it-tielet surmast direttur ta' din il-banda.  Huwa dam imexxiha għal aktar min dsatax il-sena.  Dan is-surmast jibqa` imfakkar għal fatt li taħt id-direzzjoni tiegħu daqqet għall-ewwel darba l-Innu l-Kbir “La Nativita` Di San Giovanni Battista”.  Ir-raba` surmast tal-banda Prekursur kien iż-żagħżugħ surmast Colin Attard li dam imexxija għal sitt snin.  F'Ottubru tal-1993 l-banda prekursur fdat id-direzzjoni f'idejn Mro Andrew Coleiro.  Taħt is-surmast Andrew Coleiro l-banda marret it-[[Tuneżija]] fejn għamlet marċ u programm.  Iż-żjara tal-banda Prekursur fit-Tuneżija kienet ġrajja kbira għal din il-banda, għaliex din kienet l-ewwel darba li l-banda ħalliet xtutna flimkien ma ħafna ammiraturi tagħha  u daqqet f'pajjiż barrani.  Ġewwa t-Tuneżija l-banda Prekursur ġiet milqugħa tajjeb ħafna, fejn daqqet diversi marċi f'Port Kantau u esegwiet programm mużikali fil-belt ta' Susa.   

Revision as of 12:45, 30 September 2022

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STORJA

Soċjeta Filarmonika Prekursur - (Xewkija) A.D. 1929

Il-Bidu

L-Għaqda Filarmonika Prekursur tax-Xewkija Għawdex, ġiet imwaqqfa fit-13 ta' Mejju 1929 mis-Sur Wenzu Cauchi u s-Surmast Andrea Borg. L-għan ewlieni tat-twaqqif ta' din l-għaqda kien li tiġi mwaqqfa banda Mużikali fix-Xewkija, sabiex din tieħu sehem fil-jiem tal-festa tat-Twelid ta' San Ġwann Battista, Patrun tar-raħal tax-Xewkija. Il-Kavallier Lorenzo Zammit Haber, mexxa l-ewwel laqgħa tal-kumitat nhar it-Tnejn, 13 ta' Mejju 1929. Dan l-ewwel kumitat ħadem bis-sħiħ sabiex din il-ħolma tal-poplu tax-Xewkija, li jkollu l-banda tiegħu ssir realta`.

Kien fl-1 ta' Jannar 1930 meta l-banda daqqet għall-ewwel darba marċijiet fix-Xewkija fl-okkażjoni ta' l-ewwel tas-sena. F'Ġunju ta' l-istess sena l-banda ħadet sehem attiv fil-festa ta' San Ġwann Battista, fejn il-banda żanżnet standard waqt li daqqet diversi marċi mat-toroq tax-Xewkija u esegwiet programm fil-Pjazza tax-Xewkija taħt is-Surmast Andrea Borg. L-ewwel servizz tal-banda barra mir-raħal kien meta ħadet sehem fil-festa tal-Madonna ta' Lourdes, l-Imġarr, Għawdex nhar is-17 ta' Lulju 1930.

Sa mill-ewwel ġranet mit-twaqqif tal-banda Prekursur, ta' spiss kienet tkun mistiedna biex tieħu sehem fil-festi titulari li jiġu ċċelebrati fl-irħula t'Għawdex u ta' Malta, u ċelebrazzjonijiet ta' festi nazzjonali. Il-banda Prekursur ħadet sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li kkommemoraw l-Inkoronazzjoni tar-Re Ġorġ Vl. Fl-1934 il-moviment tal-Boy Scouts ingħaqad mall-banda Prekursur u sar parti integrali ma l-istess banda. Fis-sena 1936 il-Gvernatur ta' Malta Sir Charles Bhoam Carter għamel żjara fil-każin tal-banda, fejn ġie milquħ bid-daqq ta' marċi brijużi. Fil-31 ta' Lulju 1938 l-banda prekursur qasmet il-fliegu tal-gżejjer Maltin għall-ewwel darba u ħadet sehem fil-festa ta' Marija Addolorata f'San Pawl il-Baħar fejn għamlet marċ u programm mużikali. Madanakollu għall-aħħar tas-sena 1939, l-attivitajiet kollha tal-banda kellhom jieqfu ħesrem, billi faqqgħet it-tieni gwerra dinjija fejn il-każin tal-banda kien ġie rekwiżizzjonat mill-militar.

Fil-bidu tas-sena 1956 grupp ta' dilettanti tal-mużika, fosthom Wenzu Camilleri, Toni Camilleri, Ġanninu Haber, Żakkarija Cilia, Ġanni Vella u Ġużepp Vella, Toni Curmi u oħrajn, għamlu l-isforz tagħhom kollu sabiex jerġgħu jqajmu l-banda Prekursur. It-tabib Henry Copperstone mexxa l-ewwel kumitat u s-surmast Andrea Borg reġa` ġie maħtur bħala surmast direttur tal-banda Prekursur mgħejjun min Patri Gabrijel Farrugia.

Fis-Sena 1957 il-banda ħadet sehem fil-festa ta' San Ġwann Battista fix-Xewkija. Il-banda kienet mistiedna sabiex tieħu sehem f'diversi festi titulari f'irħula oħra, kif ukoll fil-festi ta' San Ġorġ u ta' Santa Marija tar-Rabat, t'Għawdex. Hija ħadet sehem ukoll fil-festi nazzjonali u fil-karnival, billi ħadet sehem fil-karrijiet, fil-maskli grotteski u fil-kumpaniji taż-żfin. Sa mit-twaqqif tagħha l-banda ta' sikwit kienet tkun mistiedna biex tmur Malta sabiex tieħu sehem f'diversi festi titulari fosthom, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Ħal Qormi, tas-Sliema u l-Mellieħa. Ħadet sehem ukoll fil-karnival ta' Malta li jsir fil-belt Valletta.

Sal-lum il-ġurnata, l-banda kellha jmexxuha 16 il-president, l-ewwel wieħed il-Kavallier Lorenzo Zammit Haber, It-Tabib Pawlu Borg Olivier, Ġużeppi, Zammit, Mikiel Zammit, Joseph J. Vella, It-Tabib Henry Copperstone, it-Tabib Victor Attard Bondi, Francis Zammit Haber, Wenzu Camilleri, Toni Camilleri, it-Tabib John Xuereb Dingli, John Haber, Wistin Dingli, Louis Vella u John Vella.

Surmastrijiet imexxuha kellha sitt diretturi mużikali

Il-Banda tal-Għaqda Filarmonika Prekursur tax-Xewkija, sa issa kellha seba’ Surmastrijiet diretturi li kienu; - Indri` Borg (1929 – 1961), Carmelo G. Borg M.P.R.S. (London) (1961 – 1968), Gużeppi Farrugia (1968 – 1987), Colin Attard F.L.C.M. (1987 – 1993), Andrew Coleiro (1993 – 1997), Tonio Borg (1997– 2019) u Mark Gauci (2019 - )

Il-fundatur Maestro Andrea Borg fejn idderieġa l-banda mill-1930 sal-1961. Is-surmast Andrea Borg ikkompona diversi biċċiet mużikali, l-aktar importanti fosthom l-Innu l-Kbir, La Nativita` Di San Giovanni Battista. Fit-12 ta' Settembru 1959 taħt id-direzzjoni tas-surmast Andrea Borg il-banda Prekursur kienet l-ewwel banda li daqqet L-Innu lil Għawdex, miktub mill-Prof. Joseph Vella. It-tieni surmast tal-banda kien Mro Carmelo G. Borg li dam imexxi din il-banda għal madwar seba` snin. Mro Ġużeppi Farrugia kien it-tielet surmast direttur ta' din il-banda. Huwa dam imexxiha għal aktar min dsatax il-sena. Dan is-surmast jibqa` imfakkar għal fatt li taħt id-direzzjoni tiegħu daqqet għall-ewwel darba l-Innu l-Kbir “La Nativita` Di San Giovanni Battista”. Ir-raba` surmast tal-banda Prekursur kien iż-żagħżugħ surmast Colin Attard li dam imexxija għal sitt snin. F'Ottubru tal-1993 l-banda prekursur fdat id-direzzjoni f'idejn Mro Andrew Coleiro. Taħt is-surmast Andrew Coleiro l-banda marret it-Tuneżija fejn għamlet marċ u programm. Iż-żjara tal-banda Prekursur fit-Tuneżija kienet ġrajja kbira għal din il-banda, għaliex din kienet l-ewwel darba li l-banda ħalliet xtutna flimkien ma ħafna ammiraturi tagħha u daqqet f'pajjiż barrani. Ġewwa t-Tuneżija l-banda Prekursur ġiet milqugħa tajjeb ħafna, fejn daqqet diversi marċi f'Port Kantau u esegwiet programm mużikali fil-belt ta' Susa.

Dan is-Surmast dam imexxi l-banda għal erba` snin. Is-sitt surmast direttur tal-banda huwa Mro Tonio Borg li ġie maħtur surmast direttur f'Lulju 1997. Taħt dan is-surmast l-banda marret l-Italja, fejn għamlet programm mużikali fil-Palazzo di Congressi f’Telese u marċ u programm mużikali fil-knisja parrokjali ta’ San Barbato f’Castelvenere. Dan is-surmast preżentament huwa surmast direttur ukoll tal-banda Imperial tal-Mellieħa. Is-seba surmast direttur tal-banda huwa Mro Mark Gauci li ġie maħtur f’Ġunju tas-sena 2019 bħala Surmast Direttur tal-Banda Prekursur u fl-istess sena Mark ikkompona innu reliġjuż “Għażiż Ġwanni, Patrun Tagħna” li jindaqq kull sena mill-Banda Prekursur.

Sa mil-1965 l-Għaqda Filarmonika Prekursur għandha s-sede tagħha fi Triq Santa Katerina. Matul is-snin saru diversi rinovar fil-każin fosthom meta mbniet is-Sala Żakkarija Cilia u aktar riċenti sar rinovar kbir fis-sular t’isfel ħdejn il-bar.

Illum il-ġurnata l-għan tal-banda huwa li tgħallem il-mużika, torganizza affarijiet kulturali, soċjali u torganizza l-festi esterni tal-Patrun Tagħha San Ġwann Battista, billi tieħu sehem b'diversi servizzi matul il-ġimgħa tal-festa fejn tesegwixxi l-Innu l-Kbir La Nativita` Di San Giovanni Battista. Tieħu ħsieb li tistieden il-baned barranin sabiex jieħdu sehem fil-festa. Għal dawn l-aħħar tletin sena din il-banda ħarġet xejn inqas min 25 kassett bl-isem Allegrija, 2 kassett bl-isem Addolorata, 1 compact disk ta' marċi brijużi u 1 compact disk tal-Innu l-Kbir Lil San Ġwann Battista u innijiet oħra.

Ta' kull sena l-banda tieħu sehem attiv fil-purċissjoni pageant ta' Marija Addolorata li jssir fix-Xewkija. Ta' kull sena l-banda tieħu sehem fil-festa tal-martirju ta' San Ġwann Battista li issir fix-Xewkija. Lejn l-aħħar ta' Novembru l-banda tieħu sehem attiv f'jum ix-Xewkija fejn tagħmel programm mużikali. F'lejlet il-Milied il-banda tieħu sehem fil-purċissjoni tal-Bambin tal-Milied billi ddoqq għanjiet tal-Milied.

Kitba minn M.Angelo Camillerii (Bandist)

Is-Sehem tal-Banda Prekursur fil-Purċussjoni tad-Dulur fix-Xewkija

Kien propju l-Ġimgħa 24 ta’ Marzu 1972 meta għall-ewwel darba saret il-puċissjoni pageant fix-Xewkija. F’dan il-pageant ħadu sehem madwar 200 ruħ kollha mix-Xewkija. Dan l-ispettaklu jikkonsisti fis-Seba’ Duluri tal-Madonna flimkien ma’ personaġġi bibliċi u suldati Rumani. Il-Banda Prekursur ħadet sehem f’dan il-pageant billi daqqet sett ta’ marċi funebri fosthom l-Innu Sul Calvario tas-surmast fundatur Indri Borg u l-Innu “Lil Marija Addolorata” ta’ Mro Vincenzo Ciappara versi tal-poeta Xewki s-Sur Anton Haber.

Sa mil-ewwel purċissjoni pageant li ġiet organizzata, il-banda Prekursur dejjem tat s-sehem tagħha, sena wara l-oħra, għajr ħlief għal meta l-purċissjoni ma’ saritx. Kienu biss żewġ okkażżjonijiet li ma saritx din il-purċissjoni, fl-2018 minħabba l-maltemp u fl-2020, 2021 u 2022 minħabba l-pandemija tal-Covid19. Kien hemm diversi okkażżjonijiet li minħabba l-maltemp, il-purċissjoni flok f’Jum id-Duluri saret il-Ħadd ta’ wara propju f’nhar il-Ħadd il-Palm.

L-imħabba lejn Ommna Addolorata hija ukoll espressa fl-attendenza numeruża mill-bandisti tal-lokal li jagħtu s-sehem tagħhom f’dan is-servizz, fejn ta’ kull sena, f’dan is-servizz naraw l-ikbar attendenza ta’ bandisti mix-Xewkija.

Il-Banda Prekursur għandha reportorju kbir ta’ marċi u mużika funebri u dan propju biex ikun jistgħu jindaqqu fil-purċissjoni tad-duluri. F’din il-purċissjoni li tirrepreżenta s-Seba’ Duluri, jinħarġu erba’ statwi mis-sett kollhu li l-parroċċa għandha tal-Ġimgħa l-Kbira. Dawn huma r-Redentur, il-Vara l-Kbira, id-Duluri u dik ta’ Ġesu’ Mejjet. Ta’ min isemmi li f’din il-purcissjoni, l-banda dejjem iddoqq u timxi quddiem l-istatwa tant għażiża tad-Duluri, li tagħha tkun qed isir il-festa. Il-banda Prekursur kienet ħadet sehem f’purċissjoni li kienet saret nhar is-16 ta’ Marzu 1985 meta nġiebet l-istatwa ġdida ta’ Ġesu’ Redentur fil-parroċċa tax-Xewkija u li kienet ħadet post oħra aktar qadima li kien ħadem Wistin Camilleri.

Innu funebri popolari ħafna fix-Xewkija hu l-Innu “Lil Marija Addolorata” mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Xewki s-Sur Anton Haber, marċ mill-isbaħ, propjeta’ tal-Banda Prekursur.

Matul is-snin, il-Banda Prekursur ħarġet cassettes u cd ta’ marċi funebri. Insibu li l-ewwel wieħed sar fl-14 ta’ Marzu 1978, bl-oħrajn isegwu fit-12 ta’ Marzu 1988, fl-4 ta’ Frar 1995 u fis-6 ta’ Frar 2010 l-aktar wieħed riċenti. Dawn kollha saru taħt surmastrijiet differenti. Ta’ min jgħid li fl-aħħar snin, propju bejn is-snin 2016 u 2019, Il-Banda Prekursur tat wkoll kunċerti Funebri b’mużika letterarja fil-knisja Rotunda, iżda lura fis-snin insibu li serata simili saret ukoll ukoll fis-sena 1976.

Il-Banda Prekursur dejjem tat dan is-servizz b’imħabba u dedikazzjoni kbira u hekk lesta tibqa’ tagħmel matul is-snin.

Kitba minn Omar Camillerii (Bandist)

Organisation

Band Masters

No Band Master From Until
01 Indri Borg 1929 1961
02 Carmelo G. Borg 1961 1968
03 Ġużeppi Farrugia 1968 1987
04 Colin Attard 1987 1993
05 Andrew Coleiro 1993 1997
06 Anthony Borg 1997 2019
07 Mark Gauci 2019

Presidents

No Presidents From Until
01 Chev. Lorenzo Zammit Haber 1929
02 Dr. Paul Borg Olivier M.D. 1929 1932
03 Chev. Lorenzo Zammit Haber 1932 1933
04 Ġużeppi Zammit 1933 1934
05 Mikiel Zammit 1934 1938
06 Joseph J. Vella 1938 1956
07 Dr. Henry Copperstone M.D. 1956 1959
08 Dr. Victor Attard Bondi M.D. 1959 1961
09 Francis Zammit Haber 1961 1963
10 Wenzu Camilleri 1963 1974
11 Toni Camilleri 1974 1982
12 Dr. John Xuereb Dingli M.D. 1982 1996
13 John Haber 1996 1996
14 Wistin Dingli 1996 2002
15 Louis Vella 2002 2015
16 John Vella 2015

Secretaries

No Secretaries From Until
01 Chev. Lorenzo Zammit Haber 1929 1930
02 Ġużeppi Zammit 1930 1932
03 Marcel Mercieca 1933 1934
04 Ġużeppi Borg 1934 1939
05 Mikiel Zammit 1939 1941
06 Nazzareno Calleja 1956 1961
07 John Mercieca 1961 1962
08 Felic Busuttil 1962 1963
09 Nazzareno Calleja 1963 1971
10 Frans Magro 1971 1972
11 Nazzareno Calleja 1972 1974
12 Wistin Dingli 1974 1981
13 Carmelo Attard 1981 1996
14 Joseph Hili 1996 1996
15 Louis Vella 1999 2002
16 Mariano Pace 2002 2002
17 Joe Spiteri 2002 2003
18 Lorry Zammit 2003 2006
19 Omar Camilleri 2006 2010
20 Carmel Attard 2010 2015
21 Charles Borg 2015

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija (2000) (Vol. 03) 2000 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija (2002) 2002 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - 10 Anniversarju tas-Surmast Anthony Borg - Mis-Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija (2007) (Vol. 09) 2007 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija (2009) (Vol. 11) 2009 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija (2010) (Vol. 12) 2010 *
06 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija (2011) (Vol. 13) 2011 *

Programmes and Publications

Memorials

External links