Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard A.D.1871

Storja tal-Banda Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard A.D. 1871

Għall-ħabta ta’ l-1869, li Ġanni Azzopardi, bandist man-Navy Ingliża, beda jgħallem il-mużika lil xi żgħażagħ Mostin u bl-entużjażmu tagħhom flimkien ma’ xi diriġenti twaqqfet “Il-Banda tal-Mosta”. Dan ġara fil-15 t’Ottubru 1871, meta l-Banda daqqet għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda tal-Mosta.

Naturalment l-ewwel surmast kien Ġanni Azzopardi. Iżda wara riċerka li saret dan l-aħħar snin, sar magħruf li fit-18 ta’ Marzu, 1876, kien idderieġa l-Banda Mro. Epifanio Agius. Warajh kien hemm Mro. Giuseppe Demajo li kien Surmast Direttur sal-1885, imbagħad kompla Mro. Nerik Camilleri. Sfortunatament ftit nafu dwar l-ewwel snin tas-Soċjetà, ħlief li s-Surmastrijiet kienu: Mro Giuseppe Borg (1886-1887), Mro. Giuseppe Micallef (1888-1890), Mro. Spiru Zammit (1891-1893), il-magħruf Anton Miruzzi (1984-1909), u fl-1910 ġie maħtur Mro. Ferdinando Camilleri.

Bħala diriġenti nsibu diversi persunaġġi importanti. L-ewwel President kien il-Prof. Napuljun Tagliaferro u fi żmienu l-banda bidlet isimha għal ‘Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard’ ad unur il-kompożitur Malti ta’ fama internazzjonali. Bħala Presidenti warajh ġew is-sur Ġużè Chetcuti fl-1889, u fl-1903 insibu lil Dun Ġwann Fenech. Fl-1908 laħaq l-Avukat Pasquale Debono u fl-1912 l-Avukat Oreste Grech Mifsud. Avveniment importanti kien f’April 1913 meta fir-Rotunda tal-Mosta kien sar l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali.

Waqt iż-żminijiet diffiċli tal-ewwel gwerra, il-Banda kienet waqfet, iżda fl-1916 Mons. Edgar W. Salomone nħatar President u nkariga lil Mro. Salvatore Mifsud biex jieħu ħsieb l-Banda. Fl-1922 ġie maħtur Mro. Ġanni Vella bħala Surmast Direttur filwaqt li bħala President insibu lill-Avukat Albert Magri. Issa l-entużjażmu kiber fost il-Mostin u fl-1923 marret f’każin ikbar - propjetà tal-Familja Grech Mifsud - u li għadha fih sal-lum. Sena wara bħala President laħaq it-Tabib Rużar Mizzi u l-attivitajiet bdew jiżdiedu.

Fl-1932 it-Tabib Ferdinando Calleja ġie maħtur President u l-Banda kienet fl-aqwa tagħha b’aktar minn ħamsin bandist tal-post. Fl-1936 ħadet sehem fl-inawgurazzjoni ta’ l-induratura tal-koppla tar-Rotunda, imħallsa mill-Kav. Carmelo Dimech li kien ukoll it-Teżorier tas-Soċjetà. Fl-1937 il-Banda daqqet fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tar-Re Ġorġ VI u jumejn qabel daqqet ukoll fil-Mosta.

F’Ġunju 1940 faqqgħet it-tieni gwerra u l-Każin kellu jintuża f’kenn għar-refuġjati. Iżda malli spiċċat, Mro Ġanni Vella reġa’ ġabar il-bandisti. Fl-okkażjoni tal-75 anniversarju sar programm fil-Mosta li xxandar dirett fuq ir-Rediffusion fl-20 t’Ottubru, 1946. F’Awwissu 1948 il-Banda pparteċipat fiċ-ċelebrazzjoni ta’ meta l-istatwa ta’ Santa Marija ġiet ‘mibdula’ għal dik li għandna llum.

F’Mejju 1954 il-Banda sellmet lill-M.T. ir-Reġina Eliżabetta II meta żaret il-Mosta, kif l-istess għamlet f’Novembru 1967. Fi Frar 1955 miet Mro Ġanni Vella, wara tmexxija ta’ 33 sena, u warajh laħaq Mro Anthony Sammut. F’Settembru 1956 il-Banda ħadet sehem fil-Festi Nazzjonali fil-Belt Valletta.

F’Jannar 1958 laħaq President Ġużè Cauchi u f’Settembru l-Banda marret Sirakuża fi Sqallija biex iddoqq hemmhekk. F’Lulju 1960 daqqet fil-festi ċentinarji ta’ San Pawl. F’Jannar 1961 inħatar Carmelo J. Schembri bħala President.

F’Ottubru 1971 ġie ċċelebrat l-ewwel ċentinarju bil-parteċipazzjoni tal-E.T. il-Gvernatur ta’ Malta, Sir Anthony Mamo, u l-E.T. il-Kard. Corrado Ursi. F’Settembru 1973 il-Banda daqqet fil-Belt Valleta fl-okkażjoni tal-Festa Nazzjonali tal-Vitorja. F’Mejju 1974 sar marċ fl-okkażjoni tal-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni mill-Mosta F.C.

Fl-10 t’Awwissu 1975 ħadet sehem attiv fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tal-Assunta. Fl-1976 bdiet tipparteċipa fil-peġint tal-Irxoxt fil-Mosta. F’Settembru 1977 miet il-President Carmelo Schembri u floku reġa’ nħatar Ġużè Cauchi. F’Mejju 1980 ġew inawgurati erba’ swali ġodda li nbnew bil-għajnuna tal-kuntrattur u benefattur kbir tas-Soċjetà, is-sur Piju Vassallo, li jiġi missier Nazzareno Vassallo, li mexxa s-Soċjetà bħala President mill-2001 sal-2013. F’Ottubru 1980, Mro. Clemente Sciberras inħatar bħala Surmast Direttur.

Fl-1983 Mro. Victor Zammit ġie maħtur Surmast Direttur. F’Mejju tfakkar il-150 anniversarju mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tar-Rotunda, u f’Novembru l-Banda daqqet fit-Teatru Manoel. F’Ottubru 1986 ġie ċċelebrat il-115-il sena mill-fondazzjoni, u f’Diċembru reġgħet daqqet fit-Teatru Manoel. F’Marzu 1987 daqqet fil-Belt Valletta f’Jum il-Ħelsien. F’April 1989 reġgħet daqqet fit-Teatru Manoel fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta, u f’Settembru pparteċipat fil-maratona tal-Baned Maltin fil-Furjana.

Fis-26 ta’ Mejju, 1990, flimkien mal-poplu Mosti, il-Banda sellmet lil Papa Ġwanni Pawlu II waqt li għadda mill-Mosta. F’Diċembru 1992 sar kunċert ieħor fl-Università ta’ Malta. F’Jum il-Mosta 1995 tellgħet programm organizzat mill-Kunsill Lokali, li s-Sindku tiegħu kien is-sur Nazzareno Vassallo, li wara laħaq President tas-Soċjetà.

F’Ottubru 1997 saru festi kbar fl-okkażjoni tal-125 anniversarju mill-fondazzjoni, fosthom programm fl-Università ta’ Malta, żewġ marċi ferrieħa waqt li s-Sindku tal-Mosta, inawgura l-prospettiva tal-bust ta’ Nicolò Isouard fil-bitħa tal-Każin. Dan sar fuq disinn tal-iskultur Mosti Ġanni Bonnici, u nħadem mid-ditta Vassallo Builders Group, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha.

F’Settembru, 1998, il-President Ġużè Cauchi ġie mogħti l-onorifiċenza ‘Ġieħ il-Mosta’ mill-Kunsill Lokali. F’Diċembru 1999 iddebutta Mro. Emanuel Spagnol bħala Surmast Direttur.

F’Jannar 2001, Nazzareno Vassallo ġie maħtur bħala President, u s-Soċjetà għamlet il-qabża fil-kwalità fl-attivitajiet tagħha tant li saret fost l-ewlenin fil-gżejjer Maltin. F’Ġunju, il-Banda tellgħet programm fil-lukanda Radisson SAS fl-okkażjoni tal-55 anniversarju ta’ Vassallo Builders Group.

F’Ottubru 2001 għamlet programm fl-Università ta’ Malta fejn indaqqet is-Sinfonija Scheherazade ta’ Kimsky-Korsakov. F’Novembru saret ġita storika fl-Isvizzera, fejn bil-parteċipazzjoni tal-Banda Santa Marija tal-Mosta, daqqet fis-sala prinċipali tal-bini tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra.

Fl-2002 saret l-ewwel fażi ta’ tisbiħ tal-Każin u f’Ottubru sar kunċert biex jitfakkar il-175 anniversarju mill-mewt ta’ L. Van Beethoven. F’Awwissu 2003 ġiet esegwita għall-ewwel darba ‘L-Għanja tal-Konvoj ta’ Santa Marija’ fuq kompożizzjoni ta’ Mro. Emanuel Spagnol u versi tal-Prof. Oliver Friggieri.

L-2004 kienet sena storika għax ġie ċċelebrat il-125 sena minn meta ‘Il-Banda tal-Mosta’ bidlet isimha. F’April ġiet esegwita l-Messa da Requiem ta’ G. Verdi fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. E. Spagnol u s-sehem ta’ 155 ruħ bejn mużiċisti u koristi. Bejn Settembru u Ottubru saret ġita memorabbli fl-Amerika u l-Kanada fejn grupp ta’ 108 ruħ bejn bandisti u membri żaru Dearborn, San Francisco u Toronto. F’Settembru wkoll is-Soċjetà ġiet mogħtija l-onorifiċenza ‘Ġieħ il-Mosta’ mill-Kunsill Lokali.

F’Mejju 2005 ġiet imtella’ r-Requiem ta’ Anton Nani fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mill-mewt ta’ Fortunato Mizzi fil-lukanda Hilton, u f’Ottubru ttella’ programm b’mużika ta’ Gershwin u Tschaikowsky fl-Università ta’ Malta. Fl-2006 saret it-tieni fażi ta’ tisbiħ tal-Każin biex sar aktar attraenti u akkoljenti. F’Ottubru 2007 il-Banda esegwiet programm impenjattiv b’mużika ta’ Gustav Holst, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana.

Fl-2008 ġie ċċelebrat l-400 sena tal-Mosta bħala Parroċċa, us-Soċjetà organizzat ħafna attivitajiet. F’Jannar ġie mtella’ l-Kunċert tal-Epifanija, fit-18 ta’ Marzu ġiet esegwita l-iStabat Mater ta’ G. Rossini fit-Teatru Manoel, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Emanuel Spagnol u fuq l-arranġament tas-Surmast Emeritus Victor Zammit, kif ukoll is-solitu Kunċert tal-Kwindiċina f’Lulju.

F’Ottubru 2009 sar il-kunċert annwali fl-awditorju tal-Istitut Kattoliku, il-Furjana, fejn idaqqet mużika ta’ M. Ravel. F’Marzu, 2010, il-Banda għamlet marċ biex tfakkar il-150 sena mill-bini tar-Rotunda, u fis-17 t’April, flimkien mal-Banda Santa Marija, sellmet lill-Papa Benedittu XXI meta għadda mill-Mosta. F’Ottubru sar kunċert ieħor fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, fejn indaqqet mużika tal-kompożitur Malti Mro. Charles Camilleri, fuq l-arranġament ta’ Victor Zammit, u d-direzzjoni ta’ Mro. E. Spagnol.

F’Ottubru tal-2011 u tal-2012 saru żewġ kunċerti kbar oħra fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Fis-27 t’April, 2013, fir-Rotunda tal-Mosta ġiet esegwita l-Messa di Gloria ta’ G. Puccini fuq l-arranġament tas-Surmast Emeritus Victor Zammit, fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tal-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Emanuel Spagnol.

F’Jannar 2014 bħala President ġie maħtur l-Avukat Emmanuel Schembri. Fl-1 Novembru, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Stephen Dimech sar kunċert kbir ad unur lill-eks President Nazzareno Vassallo, fil-kumpless Landmark, Ħal-Qormi.

F’Jannar 2016 bħala President ġiet maħtura s-Sinjura Sylvia Micallef, u l-attivitajiet baqgħu għaddejjin regolarment. Fl-2019 ir-Rotunda tal-Mosta ġiet elevata għal Bażilika Minuri u l-Banda pparteċipat bis-sħiħ. F’Marzu 2020 faqqgħet il-pandemija covid-19 u ġew impost restrizzjonijiet kbar, tant li l-attivitajiet ġew limitati għal kważi xejn.

Imma l-2021 kienet sena speċjali għas-Soċjetà għax ħabat il-150 anniversarju mit-twaqqif ta’ ‘Il-Banda tal-Mosta’. Saru ħafna attivitajiet biex jitfakkar dan l-anniversarju importanti, fosthom tliet kunċerti fil-Bażilika tal-Mosta, fil-11 u 13 t’Awwissu fejn indaqqu innijiet Marjani, kif ukoll ieħor fis-16 t’Ottubru, taħt il-patroċinju tal-E.T. President ta’ Malta, Dr. George Vella.

Il-Banda Nicolò Isouard tieħu sehem attiv f’avvenimenti annwali bandistiċi fil-Mosta u f’diversi parroċċi madwar Malta u Għawdex. Ġew irrekordjati diversi diski kompatti, fosthom kunċerti mużikali, marċi brijużi u funebri. Ġew ippubblikati 35 edizzjoni tal-annwal għal żmien il-festa ta’ Santa Marija, kif ukoll żewġ volumi Mustensia. Fl-2008 ġie ppubblikat il-ktieb ‘Il-Mosta – Ġrajjietha u Niesha’, fl-okkażjoni tal-400 sena tal-Mosta bħala Parroċċa. Ma’ dawn inżidu wkoll id-diversi wirjiet tal-Milied u l-Ġimgħa l-Kbira u ruxxmata attivitajiet kulturali u sportivi.

Kitba ta' Frans Deguara u Saviour Dimech

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Ġamri Azzopardi 1869 1871
02 Epifanio Agius 1871 1871
03 Giuseppe Demajo 1871 1884
04 Nerik Camilleri 1885 1886
05 Ġiuseppe Borg 1886 1887
06 Ġiuseppe Micallef 1888 1890
07 Spiro Zammit 1891 1893
08 Antonio Miruzzi 1894 1909
09 Ferdinando Camilleri 1910 1913
10 Salvatore Mifsud 1914 1922
11 Ġianni Vella 1922 1955
12 Anthony Sammut A. Mus. L.C.M. 1955 1980
13 Clemente Sciberras A. Mus. L.C.M. 1980 1983
14 Victor Zammit 1983 1999
15 Emanuel Spagnol F.L.C.M., L.L.C.M. (Hons.) 1999 2013
16 Stephen Dimech L. Mus. L.C.M.., A.Mus. L.C.M., L.L.C.M. A.L.C.M.,M.B.A., B.Mech, Eng. (Hons) 2014 2016
17 Twanny Borg A.L.C.M., A.Mus. V.C.M. 2017

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Profs. Napuljun Tagliaferro I.S.O. 1869 1888
02 Ġuże Chetcuti 1889 1902
03 Rev. Dun.Ġwann Fenech 1903 1907
04 Dr. Pasquale Debono LL.D. 1908 1911
05 Dr.Oreste Grech Mifsud LL.D. C.M.G 1912 1915
06 Mons.Can. Edgar W. Salomone P.E.P, G.C.O.M., K.J.M., H.C.F. 1916 1917
07 Dr. Albert Magri LL.D. 1918 1923
08 Dr. Rużar Mizzi B.A., M.D. 1924 1931
09 Dr. Ferdinando Calleja B.Sc., M.D., F.R.C. Path. (Lond) 1932 1957
10 Ġuże Cauchi 1958 1960
11 Carmelo Schembri O.St.J 1961 1977
12 Ġuże Cauchi 1978 2000
13 Nazzareno Vassallo 2001 2013
14 Dr.Emmanuel Schembri LL.D. (Melit), Dip. Not. Publ. (Melit) LL.B. (Melit). M.B.A.(Henley) Brunel, UK,Dip.EDuc. (Adm. & Mngt.). B.A. Stud. Rel., B.A.(Gen.) Dip. Stud. REl., TC (SMCE) 2014 2016
15 Sylvia Micallef 2016

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Saviour Dimech 1998 2000
02 Frans Deguara 2001 2002
03 Arthur Zammit 2003 2009
04 John Dimech 2010 2015
05 Saviour Dimech 2016 2017
06 Christopher Cuschieri 2018 2019
07 Dr.Bernard Bezzina 2000

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Raymond Deguara 1998 2004
02 Raymond Debattista 2005 2009
03 Raymond Deguara 2010 2013
04 Stanley Mangion 2014 2015
05 Raymond Deguara 2016 2019
06 Martin Galea 2020

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Santa Marija 1984 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol. 00) 1984 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fl-Okkażjoni Tal-115 il-Sena mit-Twaqqif tal-Banda 1871 - 1986 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol. 01) 1986 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fl-Okkażjoni Tas-Sena Marjana 1988 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol. 02) 1988 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fl-Okkażjoni Tas-Ħmistax Anniversarju tal-Inkurunazzjoni - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol. 03) 1990 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fl-Okkażjoni Tal-Festa Ta' Santa Marija - 1993 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol. 05) 1993 *
06 Hymns Marches - Innijiet Marjani - Innijiet Marjani - 1994 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol. 06) 1994 * *
07 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fl-Okkażjoni Tal-125 Anniversarju 1871 - 1996 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol. 07) 1996 *
08 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festa Santa Marija 1998 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol. 08)(1998) 1998 *

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Fl-Okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa 1991 (Vol.4) - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (Vol.04) (1991) 1991 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive March - Marċi Brijuzi - Festa Santa Marija 2000 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2000) 2000 *
02 Festive March - Marċi Brijuzi - Festa Santa Marija 2004 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2004) 2004 *
03 Festive March - Marċi Brijuzi - Festa Santa Marija 2016 Fl-okkażjoni tal-145 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2016) 2016 *
No Name of Cd's - Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Fl-Okkażjoni tal-130 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Banda - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2001) 2001 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Mro. Ġanni Vella 1890 - 1955 - Ġimgħa Mqaddsa 2005 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2005) 2005 *
03 Funeral Marches - Marċi Funebri - Ġimgħa Mqaddsa 2008 u r-Raba' Ċentinarju Parroċċa tal-Mosta - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2008) 2008 *
04 Funeral Marches - Marċi Funebri - Antonio Miruzzi (1867-1944) 'Le Sette Parole' u l-Marċi Funebri Ġimgħa Mqaddsa 2010 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2010) 2010 *
05 Funeral Marches - Marċi Funebri - Pietatis Lachryma Marċi Funebri 2016 Fl-okkażjoni tal-150 sena mill-ewwel purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Mosta (30 ta' Marzu 1866) - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2016) 2016 *

Others

No Name of Cd's - Others Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Classic Marches - Marċi Klassiċi - Minn Ġianni Azzopardi sa Emanuel Spagnol, sett t' Marċi klassiċi fl-okkażjoni tal-140 sena mill-foundazzjoni - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard (1871 - 2011) (2011) 2011 *
02 Stabat Mater ta' Giocchino Rossini (fuq l-arranġament ta' Mro. Victor Zammit bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet biex jitfakkar ir-Raba' Ċentinarju tal-Parroċċa tal-Mosta - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2008) 2008 *
03 Marian Hymns - Innijiet Marjani - Inno Alla Beata Maria Vergine - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2002) 2002 *
04 Instrumental Concert - Kunċert Strumentali f'Għelqu il-134 sena mit-twaqqif tal-Banda - Gerswin u Tschaikowsky - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2005) 2005 *
05 Concert, Vocal and Instrumental - Kunċert, Vokali u Strumentali fl-okkażjoni tal-135 sena Anniversarju mill-fondazzjoni tal-Banda - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2006) 2006 *
06 Kunċert Sinfoniku fl-okkażjoni tal-bidu ta' l-attivitajiet li jfakkru r-Raba' Ċentinarju tal-Parroċċa tal-Mosta 1608 - 2008 Anniversarju mill-fondazzjoni tal-Banda - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2008) 2008 *
07 Programm Korali u Strumentali, fl-okkażjoni tal-130 Anniversarju mill-fondazzjoni tal-Banda 1871 - 2001 - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard (2001) 2001 *
08 Programm Vokali u Strumentali fl-okkażjoni tal-175 anniversrju mill-mewt ta' Ludwig Van Beethoven - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouad (2002) 2002 *
09 Festa Santa Marija 2003 - L-Għanja tal-Konvoj ta' Santa Marija - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard (2003) 2003 *
10 Messa Da Requiem ta' Giuseppe Verdi - Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard (2004) 2004 *

Programmes and Publications

Memorials

External links