Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re)

Logo uffiċjali għall-125 anniversarju

Is-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) ġiet imwaqqfa f’Ġunju tal-1898 mill-Kjierku Rev. Carmelo Bologna li kien ukoll rettur tal-Knisja ta’ Sta Ubaldesca, l-ewwel Knisja u parroċċa ta’ Raħal Ġdid. Rev. Carmelo Bologna kien jgħallem l-ewwel allievi fid-dar tiegħu numru 8 Strada Loggia fejn għalhekk twieldet din is-Soċjeta Mużikali. Sehem attiv fit-twaqqif ta’ din il-Banda kellhom ukoll is-Sur Salvatore Carabott, neguzjant tal-lumi flimkien mas-sinjuri Luigi Galea z-zukletti, Vittorio Pace, Emmanuele Grech u Ernesto Cutajar, li stinkaw u irsistew kemm felħu biex anke qajjmu din is-Soċjeta lura fl-1910 wara r-riposo li għaddiet minnu.

Is-Soċjeta kien xieraq li tiġi msemmijja għall-Gran Mastru li bena raħal twelidha, Antoine de Paule, u iktar riċenti, fl-1993, il-Banda tal-istess Soċjeta ġiet ddedikata lill-patrun tal-Parroċċa – Kristu Re. Għalhekk illum il-Banda hija iktar magħrufa bħala l-Banda Kristu Re. Illum magħrufa Soċjeta Filarmonika Gran Mastru Antoine De Paule – Banda Kristu Re. Bħala Banda li llum hija waħda rinomata f’pajjiżna u wkoll barra minn xtutna. Minbarra d-diversi okkażżjonijiet prestiġjużi u kunċerti memorabbli li ħadet sehem fihom, il-Banda Kristu Re daqqet ukoll fl-Istati Uniti, l-Kanada, L-Awstrija, l-Ungerija, il-Germanja u Franza.

Il-Banda rebbħet diversi unuri prestigjużi fosthom il-Konkors Nazzjonali tal-Baned fl-1988 u l-Malta International Brass and Woodwind Festival fl-1994. Klassifikat ukoll fit-tieni post fil-Konkors Nazzjonali fl-1994. Fis-sittinijiet taħt il-Maestro Guzeppi Stivala, il-Banda wkoll kisbet diversi unuri u kienet fost l-iktar popolari f’pajjiżna kif inhi llum. Il-Banda tgħati kunċerti regolari magħtul is-sena b’dak prinċipali jkun il-Kunċert Annwali ta’ Novembru li issa ilu jsir għal għoxrin sena konsekuttivi. Minbarra l-Banda, s-Soċjeta illum tinvolvi ruħha f’diversi inizzjattivi kulturali oħra. Permezz tad-diversi sotto-kumitati tagħha u s-Sezzjoni tal-Partitarji u Żgħażagħ, is-Soċjeta tgħati s-sehem tagħha f’armar artistiku fil-festa titulari ta’ Kristu Re u anke fil-Festi tal-Milied. Infatti inkisbu ħafna suċċessi u premijiet bl-armar tat-toroq u l-faċċata fil-Milied l-iktar wieħed dak mill-Malta Records bħala l-ikbar faċċata ta’ każin bl-iktar ammont ta’ bozoz u dawl armata għall-Milied. Isiru diversi attivitajiet u wirjiet magħtul perjodi differenti magħtul is-sena.

Is-sede tas-Soċjeta jinsab fiċ-ċentru tar-Raħal proprju f’numru 120 Pjazza Antoine De Paule, eżatt faċċata tat-tempju maestuż dedikat lil Kristu Re. Għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa s-Soċjeta De Paule tkun attiva ferm kemm permezz tal-Banda u l-mużika li toffri kif ukoll permezz ta’ attivitajiet oħra li jgħinu l-membru, lill-Pawlisti u lill-pubbliku inġenerali biex jirrifletti iktar fuq din il-ġrajja. Isiru l-visti għas-soċi u tittella’ Wirja tal-Aħħar ċena b’figuri life-size u oġġetti sagri, fil-kantina tal-każin. Għal xi żmien ukoll kien jittella l-Peagant tal-Passjoni ‘Ichtus’. Jintrama wkoll armar relatat ma’ dawn iż-żminijiet. Għal dawn l-aħħar snin il-Banda ħadet sehem f-Lejla ta’ Riflessjoni fil-Knisja Parrokkjali fejn hemm tesegwixxi mużika sagra u funebri akkumpanjata minn qari letterarju u rifflessjonijiet fuq il-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu Kristu. Impenn ieħor huwa dak fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Impenn importanti ħafna għas-Soċjeta De Paule fejn il-Banda Kristu Re tesegwixxi marċI funebri mill-aqwa li jagħmlu parti mir-repertorju vast ta’ dawn il-marċi li tipposjedi din il-Banda. Hawn jindaqqu l-aqwa marċi funebri ta’ surmastrijiet bħal Giuseppe Stivala, Vincenzo Ciappara, Hector H. Dalli u Ġużeppi Maria Dalli, Vincenzo Carabott, Carmelo Caruana (bandmaster), Ġianni Vella, Nikola Montebello, Angelo Melilli, Antonio Miruzzi u ħafna oħrajn. Il-Banda ilha tieħu sehem f’din il-purċissjoni b’mod regolari sa mil-bidu tas-snin sebgħin meta hemmekk żdiedu l-vari u bdew joħorġu l-persunaġġi. Tradizzjonalment il-Banda iddoqq quddiem il-Vara l-Kbira lejn tmiem il-purċissjoni u wara l-Vara tal-Veronka.

Il-Banda tieħu sehem ukoll fil-Purċissjoni ta’ Kristu Irxoxt f’Ħadd il-Għid filgħodu bid-daqq ta’ marċi Brijużi li jiċċelebraw il-Qawmien ta’ Sidna Ġesu Kristu mill-Imwiet.

Is-Surmast preżenti huwa Mro. David Joseph Sammut li inħatar Surmast direttur f’Lulju 2008. Surmast żagħżugħ li beda l-karriera mużikali tiegħu fl-istess Soċjeta. Infatti din is-sena il-Banda fakkret il-Ħames anniversarju mill-ħatra tas-Surmast Sammut billi preżentatlu bakketta tal-fidda fil-programm ta’ lejlet il-festa.

Fis-sena 2010 il-Banda Kristu Re kellha sehem kbir fil-Festi ċentinarji tal-Parroċċa. Kienet ukoll s-sena li fiha fakkret il-mitt anniversarju tal-Qawmien mill-ġdid ta’ din is-Soċjeta fl-1910. Biex dawn l-avvenimenti storċi jibqgħu imfakkra s-Soċjeta ħasbet f’diversi inizjattivi. Fil-Ftuħ tal-Festi Ċentinarji s-Soċjeta De Paule rregalat ir-Rigal ta` Ċentinarju lill-Parroċċa – Missal tal-Fidda li beda jintuża fil-funzjonijiet speċjali.

Fl-10 ta’ Lulju 2010 ġie inawgurat proġett ġdid biex ifakkar dan l-avvenimenti kbir. Arkivju artistiku mill-isbaħ u s-sala tiegħu biex hemm jinġabru t-teżori mużikali li tipposjedi din il-Banda. Dawn ġew inawgurati mill-E.T. Dr. George Abela president ta’ Malta u mbierka minn Mons. Pawlu Cremona Arċisqof ta’ Malta.

Organisation

Band Masters

No Band Masters From Until
01 Rev. Karm Bologna 1898 1910
02 Carlo Ronsisvale 1910 1911
03 Ignazio Catania 1911 1921
04 Francesco Parisi 1921 1923
05 Carmelo Busuttil 1923 1930
06 Carmelo Camilleri 1930 1935
07 Ġużeppi Stivala 1935 1948
08 Carmelo Baldacchino 1948 1954
09 Francesco Busuttil 1954 1980
10 Joseph Xuereb 1980 1986
11 Andrew Coleiro 1986 1987
12 Carmelo Caruana 1987 1993
13 Archibald Mizzi 1993 2008
14 David Joseph Sammut 2009

Presidenti

No Presidents From Until
01 Rev. Fr. Karm Bologna 1898 1910
02 Dr. Giancarlo Borg M.D. 1910 1915
03 Luigi Galea 1915 1919
04 Antonio Nicholas 1919 1923
05 Carmelo Cutajar 1923 1926
06 Antonio Nicholas 1926 1929
07 Francesco Degiovanni 1929 1930
08 Vittorio Pace 1930 1932
09 Emilio Camilleri 1932 1941
10 Joseph Camenzuli 1941 1945
11 Emilio Camilleri 1945 1951
12 Carmelo Dimech 1951 1982
13 Joseph Boffa 1982 2022
14 Dr. Raymond Busuttil 2023

Secretaries

No Secretarji From Until
01 Gordon Dalli 2001

Treasurers

No Treasurers From Until
01 Joseph Cassar 2020

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijużi - (1910 - 1987) Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1987) 1987 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1995) 1995 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1997) 1997 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2001) 2001 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2003) 2003 *
No Name of Cassettes Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1988) 1988 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1989) 1989 *
03 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1990) 1990 *
04 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1991) 1991 *
05 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1992) 1992 *
06 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1994) 1994 *
07 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1997) 1997 *
08 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (1999) 1999 *
09 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2000) 2000 *
10 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2001) 2001 *
11 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2001). 2001 *
12 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2003) 2003 *
13 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2003). 2003 *
14 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2005) 2005 *
15 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2006) 2006 *
16 Funeral Marches - Marċi Funebri - Soċjeta Fil. G.M. Fra Ant. De Paule Banda Kristu Re (2006). 2006 *

Cd's

No Name of Cd's Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Festi Ċentinarji 1898 - 1998 - Mis-Soċjeta Filarmonka Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re (1998) 1998 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi 2023 - Mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) (2023) 2023 *
No Name of Cd's Funeral Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Tlic Est Homo - 'Hawn hu l-Bniedem' (2014) - Mis-Soċjeta Filarmonika Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re (2014) 2014 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Eternita' (2023) (Vol.20) - Mis-Soċjeta Filarmonika Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re (2023) 2023 *
  • Il-Marċi minn 1988 sa 2006 kienu ħarġu fuq Cassettes u Cd's.

Programmes and Publications

Memorials

External links