Difference between revisions of "Soċjeta Filarmonika 11 ta' Frar"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Soċjeta Filarmonika 11 ta' Frar)
Line 160: Line 160:
! No !! Band Masters !! From !! Until
! No !! Band Masters !! From !! Until
|-
|-
|01||[[Abel Joseph Mizzi]]||1977||  
|01||[[Joseph Caruana]]||2012||  
|}
|}



Revision as of 14:30, 26 November 2021

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Soċjeta Filarmonika 11 ta' Frar F' Paola

Din is-Soċjeta` Filarmonika twaqqfet fil-25 ta’ Novembru 2012 meta sitta minn nies iddeċidew li jerġgħu iqajjmu l-interessta’ banda fil-Parroċċa tal-Madonna tal-Lourdes f’ Paola. Peress li l-Għaqda ma kelliex sede, l-ewwel laqgħat saru fil-Każin tal-Pawla Wolves. Fis-sena 2013 Joseph Caruana kien appuntat Surmast Direttur tal-Banda “l-ġdida”.

Fil-festa f’ ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes ta’ Awwissu 2013, il-Banda ma’ ħaditx sehem peress li l-Kappillan kien diġa miftihem ma’ erba’ baned minn lokalitajiet oħra minn sena qabel sabiex ikopru l-erba’ servizzi tal-festa. L’ erba’ servizzi tal-festa huma: marċ brijuż tal-Ġimgħa filgħaxija li jibda mill-inħawi tal-flats biswit l-iskola tal-M.C.A.S.T. u jintemm f’tarf telgħat Raħal Ġdid billi jsir it-tlugħ ta’ l-istatwa tal-Malta fuq il-kolonna. Is-Sibt filgħaxija jsir marċ ieħor mat-toroq tal-Parroċċa. Il-Ħadd filgħodu jsir il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li kien jintemm fis-sagħtejn ta’ wara nofs-inħar quddiem il-Knisja Parrokkjali. Ir-raba’ u l-aħħar servizz kien mal-purċissjoni bil-istatwa titulari tal-Madonna ta’ Lourdes liema purċissjoni tintemm fl-għaxra u nofs ta’ filgħaxija.

Fil-bidu tas-sena 2014 l-istess ġara, billi l-Kappillan kellu ftehim sabiex l-erba’ servizzi msemmija fil-pargrafu ta’ qabel, ikunu bil-baned minn lokalijiet oħra. Għalhekk il-Kumitat tas-Soċjeta` kellu l-ħsieb sabiex il-Banda tas-Soċjeta tibda ddoqq is-servizzi tal-festa mis-sena 2015. Bi preparament għas-sena ta’ wara, s-Surmast Joseph Caruana ħejja l-ewwel sett ta’ libretti tal-marċi tas-Soċjeta` Filarmonika 11 ta’ Frar. Pero` li bħal sajjetta fil-bnazzi, lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2014, il-Kappillan informa lis-Segretarju, li l-Banda li kella tiġi tagħmel is-Servizz tas-Sibt 23 ta’ Awwissu 2014, ma’ kienitx ġejja u staqsa jekk il-Banda tas-Soċjeta` tistax tagħmel is-servizzi hija. Is-Segretarju Mark A. Ferris Conti mill-ewwel ċempel lis-Surmast Joseph Caruana biex jinfurmah b’ dak li qallu l-Kappillan. Hawn is-Surmast Joseph Caruana qarras xi ftit wiċċu peress li ż-żmien kien qasir wisq sabiex jinstabu l-bandisti. Imma s-Surmast Joseph Caruana, li kellu l-għajnuna mill-Konsulent Keziah Ellul, minn hawn u minn hemm, irnexxilhom isibu bandisti sabiex isir dak is-servizz. Mn’Alla s-Surmast Caruana kien ħejja l-libretti tal-marċi, għax li kieku għal tali servizz il-Banda kella tiddobba xi libretti. Peress li s-servizz kien jinkludi programm mill-Banda, is-Surmast ħaseb sabiex ikun hemm tlett provi tal-banda sabiex iservu ta’ preparazzjoni għal-bandisti mistiedna. Is-servizz tas-Sibt 23 ta’ Awwissu 2014, kien marċ u programm, u dak kien l-ewwel programm tal-Banda tas-Soċjeta. Il-biċċiet li indaqqu kienu dawn:-

  • “I want to spend my time loving you”, mill-film “Zorro” ta’ James Horner
  • “Think of me”, mill-film “Phantom of the Opera” ta’ Sir Andrew Lloyd Weber
  • Conquest of Paradise, mill-film “1492 Conquest of Paradise” ta’ Vangelis
  • L-Imnarja, mużikatradizzjonaliMaltija ta’ Mro. Carmelo Pace
  • Ol’ Man River, mill-musical “Show Boat” ta’ Jerome Kern
  • A Night at the Ballet – mużika mill-Balletti ta’ Peter Illic Tchaikovsky
  • Alba d’Amore – MarċSinfoniku ta’ Mro. Giovanni Giumarra
  • Blue Danube Walz, valtz ta’ Johann Strauss Jr
  • Waves of the Danube, valtz ta’ Josif Ivanovici

Ma dawn is-siltiet, indaqq għall-ewwel darba l-Innu tal-Banda li kkompona s-Surmast Joseph Caruana.

Għas-serata kien hemm attendenza mhux ħażin inkluz is-Sindku, il-Kappillan u xi Membri Parlamentari tal-lokal. Wara l-programm il-Banda kompliet, b’marċ mill-pjazza li ntemm fil-wesgħha quddiem in-niċċa tal-Madonna fejn kien hemm in-nar tal-art.

Dik is-sena, jiġifieri fis-sena 2014 il-Kumitat ħaseb sabiex il-Banda tagħti is-sehem tagħha waqt il-Purċissjoni tal-Bambin li ssir kull sena fi żmien il-Milied, u dak kien it-tmiem tas-servizzi ta’ l-ewwel sena tad-daqq tal-Banda fi ħdan is-Soċjeta Filarmonika 11 ta’ Frar.

Issa, bejn Jannar u Frar 2015 il-Kumitat kellu taħditiet mal-Kappillan sabiex is-servizzi tal-festa, jibdew isiru bil-Banda tal-lokal, pero` il-Kapillan informa lil-Kumitat li l-baned kienu tiġa msejjħa ħlief dik il-banda li ma’ għamlitx s-servizz tas-Sibt. Għalhekk is-sehem tal-Banda kien sejjer jerġa jkun bħal dik tas-sena ta’ qabel, jiġifieri li ddoqq f’ Marċ u Programm nħar is-Sibt 22 ta’ Awwissu 2015. Issa, Surmast Joseph Caruana, dejjem bl-għajnuna tal-Konsulent tal-Banda Keziah Ellul, kellhom iżjed ċans sabiex jsibu l-bandisti sabiex jiġu għal provi tal-banda u tas-serivizz tas-Sibt filgħaxija. Intlaħaq ftehim mal-Kappillan sabiex mis-sena 2016 is-sehem tal-Banda fil-festa f’ ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes tkun akbar, ħlief is-sehem mal-Purċissjoni tal-Ħadd filgħaxija, peress li l-Kappillan kellu ftehim mal-Banda tal-Marsa għal xi snin.

Il-mużika li daqqet il-Banda fis-servizz tas-Sibt 22 ta’ Awwissu 2015 kienu:-

  • I want to Spend mytime Loving you mill-film “Mask of Zorro” ta’ James Horner
  • Premier Valse ta’ Auguste Durand
  • Think of me mir-Rock opera “Phantom of the Opera” ta’ Sir Andrew Lloyd Weber
  • Il-“Largo” mis-SinfonijaNru. 9 ta’ Antonin Dvorăk
  • Ol’ Man River mill-musical “Show Boat” ta’ Jerome Kern
  • Il-marċmilitari “Old Comrades” ta’ Carl Teike
  • Blue Danube Waltz ta’ Johann Strauss Jr.
  • Waves of the Danube Waltz ta’ JosifIvanovici
  • Nimrod mill-“Enigma Variations” ta’ Edward Elgar
  • U fl-aħħar l-Innu tal-Banda tas-Surmast tal-Banda Mro.Joseph Caruana

Wara l-programm il-Banda kompliet,b’marċ mill-pjazza li ntemm fil-wesgħha quddiem in-niċċa tal-Madonna fejn kien hemm in-nar tal-art.

Għal banda s-sena 2016 bdiet b’ servizz ta’ siegħa nħar il-Ħamis 17 ta’ Awwissu 2016, mill-Knisja Parrokkja li sal-Każin tal-Banda sabiex isir il-ftuħ uffiċjali tal-Każin tal-Banda il-ġdid, li qiegħed fil-lok 92, Triq Ninu Cremona. Wara li l-banda temmet is-servizz tagħha, sar il-ftuħ uffiċjali tal-Każin. L-għada l-Gimgħa l-Banda 11 ta’ Frar tista’ tgħid li għamlet l-ewwel marċ “sħiħ” tagħha. Bi “sħiħ” qiegħed infisser b’servizz ta’ marċ ta’ tlett siegħat billi beda mill-inħawi tal-M.C.A.S.T. u wara li dar ma diversi toroq tal-parroċċa, intemm fit-Telgħat Raħal Ġdid, biswit il-Każin tal-Paola Wolves fejn sar it-tlugħ tal-istatwa tal-Malta fuq il-pedestal. L-għada is-Sibt 20 ta’ Awwissu, 2016, il-Banda kienet ippreparata, skond ma’ kien miftiehem mill-Kumitat mas-Surmast Joseph Caruana, sabiex tfakkar l-ewwel Surmast tagħha, jiġifieri lis-Surmast Abel Joseph Mizzi. Għal dan il-għan is-Surmast Joseph Caruana ħejja librett ta’ marċi u innijiet tas-Surmast Abel J. Mizzi. Dan sar billi kien deċiż li l-banda tesegwixxi l-programm tagħha mhux iżjed fil-pjazza quddiem il-Knisja Parrokkjali, iżda fil-wisgħa quddiem id-Dar tax-Xjuħ “Casa Paula”. Dan sar billi l-programm ingħata bidu fit-tmienja u kwart bil-programm li kien jikkonsisti f’marċi li kien ukoll kollha kompożizzjoni tas-Surmast Abel Joseph Mizzi li kienu:

  • Ċikku Ċekċek
  • Davrin
  • Gran Torero
  • Popeye
  • In-Nannu Pikard
  • Noemi

Wara id-diskorsi fosthom tal-President tal-Banda is-Sur Patrick Spiteri, il-Banda temmet is-servizz bl-Innu tal-Banda tas-Surmast tagħha Joseph Caruana. B’ hekk, l-ewwel sar programm ta’ tifkira tas-Surmast Abela J. Mizzi li damma dwar siegħa u kwart, u wara sar marċ ta’ madwar siegħa u nofs, mawdar iċ-ċentru tal-Parroċċa. L-għada l-Ħadd filgħodu l-Bandisti inġabru fil-Każin tal-Banda fejn fil-11 ta’ filgħodu inbeda s-servizz tal-Ħadd filgħodu. Dan is-servizz dam tlett siegħat li intemm fis-sagħtejn ta’ wara nofsinħar bl-Ave Maria quddiem il-Knisja Parrokkjali. Dik is-sena, jiġifieri s-sena 2016, il-Banda ħadet sehem b’ daqq ta’ Innijiet tal-Milied fit-toroq tal-Parroċċa mal-Bambin tas-Soċjeta` tal-M.U.S.E.U.M.

Is-sena 2017 kienet sena oħra fejn il-Kumitat ħaseb għall-attivitajiet sabiex ikun kopert bil-finanzi għal-banda. Il-Banda bdiet bil-marċ tradizzjonali tal-Ġimgħa 18 ta’ Awwissu 2017, mill-IMCAST u wara li l-banda daqqet marċi brijużi fit-toroq tal-parroċċa li ntemm fil-bidu ta’ Telgħat Raħal Ġdid bit-tlugħ tal-Malta fuq il-pedestal. Għas-Sibt 19 ta’ Awwissu, 2017, il-programm miftiehem kien li jkun imfakkar il-Maġġur Anthony Aquilina li dak inħar kien it-32 sena mill-mewt tiegħu. Għalhekk wara l-Innu Popolari, indaqqu l-marċi ta’ Aquilina u tas-Surmast Caruana:

  • Il-Bożen
  • Come on Baldas
  • Balfrendozan
  • Granada
  • Melita
  • Benedict Silver
  • Jubille
  • Zorro
  • L-Innu tal-Banda

Wara l-programm tal-Marċi ta’ Anthony Aquilina, il-Banda kompliet is-servizz b’daqq ta’ marċi brijuzi fit-toroq taċ-ċentru tal-Parroċċa. L-għada l-Ħadd filgħodu l-Bandisti inġabru fil-Każin tal-Banda għal marċ tradizzjonali tal-Ħadd filgħodu li beda fil-ħdax ta’ filgħodu. Wara dawra mat-toroq tal-Parroċċa, il-marċ intemm fis-sagħtejn bid-daqq tal-Ave Maria quddiem il-Knisja Parrokkjali. Is-sehem tal-Banda tas-sena 2017 intemm bid-daqq tal-Innijiet tal-Milied waqt il-purċissjoni tal-Bambin tas-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M li bdiet mill-Knisja Parrokkjali u ntemmet wara siegħa fiċ-Ċentru Parrokjali fi Triq is-Sultana.

Is-sena 2018 kienet sena speċjali għal-Banda peress li kienet magħżula mill-Kunsill Lokali sabiex f’ Novembru tal-istess sena kella l-unur li ddoqq f’serata speċjali ta’ Jum Paola. Imma is-sena 2018 bdiet bix-xewqa tas-Surmast li wera lil kumitat biex b’ banda żgħira jdoqqu xi marċi funebri fil-Knisja Parrokkali ddedikata lil Madonna taħt it-titlu ta’ Lourdes. Din ix-xewqa tas-Surmast intlaqet mill-membri kollha tal-Kumitat, kif jgħidu “unanimament”. Pero`,ta li programm kellu jkun għar-Randan tas-sena ta’ wara, jiġifieri tas-sena 2019 fejn ukoll kellu jinkiseb il-permess tal-Kappillan tal-Parroċċa. Fil-festa ta’ Awwissu 2018, il-banda ħadet sehem fis-servizzi li issa saru “tas-Soltu”, jiġifieri tal-Ġimgħa fil-għaxija, is-Sibt u l-Ħadd filgħodu. Pero` għas-servizz tas-Sibt is-Segretarju kien ġab il-permess sabiex jakkwista xi marċi tas-Surmast Archibald Mizzi biex issir serata f’ġieħu bil-marċi tiegħu. B’hekk is-serata tas-Sibt 18 ta’ Awwissu 2018, il-programm li issa beda jsir quddiem id-Dar tax-Xjuħ Casa Paula beda fit-tmienja u Kwart bl-Innu tal-Maddonna ta’ Lourdes, arranġament tas-Surmast Joseph Caruana u l-Innu Popolari tas-Surmast Abel Joseph Mizzi. Wara ndaqqu dawn il-marċi tas-Surmast Arcibald Mizzi:

  • Anniversarju
  • Bessford
  • Blue Diamond El Toro
  • Emperor
  • Iacchus
  • Melita Pauli
  • Lion Empire

Wara d-diskorsital-okkazjoni, il-bandatemmet it-programm bl-Innu Marċ tas-Surmast Abel Joseph Mizzi u bl-Innu tal-Banda tas-Surmast Joseph Caruana. Is-serata kompliet b’daqq ta’ marċi brijuzi ma xi toroq fiċ-ċentru tal-parroċċa li l-Banda temmet is-sehem tagħha fil-ħdax ta’ filgħaxija fejn ingħata bidu tal-wirja tradizzjoni tan-nar tal-art. L-għada l-Ħadd, sar il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu fejn il-Banda temmet is-sehem tagħha għal-festa f’ ġieħ il-Madonna taħt it-titlu ta’ Lourdes għas-sena 2018.

Tista tgħidi li mill-għada bdew il-preparamenti sabiex il-banda tieħu sehem f’ Jum Paola. Dan billi kellu jsir Programm Sinfoniku f’ Teatru f’ Paola stess li fix-xahar ta’ Ottubru il-Kunsill informa lil Kumitat li ta’ li kunċert kellu jsir fis-Sala tal-iskola Sekondarja Kulleġġ St. Thomas Moore (ex Skola Ġuże` D’Amato), fi Triq Ġuże` D’Amato, Paula. Mill-ewwel, is-Surmast, mgħejjun mill-Konsulent tal-Banda is-Sur Keziah Ellul, dew jikkuntatjaw lil bandisti magħzulin sabiex idoqqu f’tali programm Sinfoniku. Saru diversi laqgħat bejn xi membri tal-kumitat u s-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali, speċjalment bejn s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali li kien qiegħed jieħu ħsieb l-organizzazjoni tas-serata u s-Surmast Joseph Caruana fejn f’ laqgħa minnhom kien iffissat il-programm kollu tas-serata inkluż il-mużika. Is-Surmast Joseph Caruana għażel mużika verjata bejn tradizzjonali Maltija, Operistika, Sinfonika u Melodjuża, pero` l-għażla tas-Surmast Caruana kellha titnaqqas xi ftit peress li skond s-Segretarju Eżekuttiv “kien hemm ħafna mużika għal ħin tas-serata”. Is-Surmast Caruana irrisponda lis-Segretarju Eżekuttiv: “mhux aħjar ikollna aktar mużika mill-għandna bżonn, milli ma jkollniex biżżejjed mużika?” U b’ hekk intlaħaq kompromess u fl-aħħar il-programm, anke dak mużikali kien iffissat. Hawn mhux sejjer nidħol fid-dettal tal-preparamenti u tal-loġistika għall-Programm Sinfoniku. Inkompli ngħid li saru tlett provi tal-Banda: tnejn fil-bini tal-Kunsill Lokali u l-aħħar wieħed sar fit-Teatru tal-iskola stess. Ta’ min jgħid li waqt dan l-aħħar prova tal-Banda, ġara incident li bil-grazzja t’ Alla s-Surmast ma’ weġġax, iżda spiċċa fl-art jidħaq bħal kull min kien hemm fis-Sala. Dan billi s-Surmast biss kien fuq “platform” quddiem il-palk, sabiex il-palk jikber ftit. Imma ġara, li taħt naħa waħda ta’ din il-“platform” ma kienx hemm il qugħ. Tant li malli s-Surmast fettillu jirfes in-naħa tax-xellug ta’ din il-“platorm”, din inbitdlet f’żurieqa u f’ kemm ili ngħidlek is-Surmast iżżerżag ħelu ħelusa l-art, mogħxi bid-daħq. Ma għandiex xi ngħidu, dak il-ħin stess tali “platform” kienet irranġata fejn sarilha l-ilqugħ minn taħt fin-naħa tax-xellug.

L-attendenza għal dan il-programm kienet tajba ħafna fejn attendew il-membri kollha tal-Kunsill Lokali, xi membri Parlamentari tad-Distrett, iż-żewġ Kappillani, Dun Marc Anton Camilleri (Kappillan tal-Parroċċa Kristu Re) u Dun John Muscat (Kappillan tal-Paroċċa Madonna ta’ Lourdes). Is-Serata ukoll intweriet fuq it-Televizjoni ta’ Xejk Television. Il-mużika li indaqqet kienet:-

  • Innu Popolari “lil Madonna ta’ Lourdes” ta’ Mro. Abel Joseph Mizzi
  • Il-marċ militari “Old Comrades” ta’ Carl Teike
  • Nimrod mill-“Enigma Variations” ta’ Edward Elgar
  • Alba d’Amore, Marcia Sinfonica ta’ Mro. Giovanni Giumarra
  • Il-mużika tradizzjonali “L-Imnarja” ta’ Mro. Carmelo Pace
  • Is-Sinfonija tal-Opra “Bohemian Girl” ta’ Michael William Balfe
  • A Night at the Ballet, taħlita ta’ tlettBalletti ta’ PyotrIlylic Tchaikovsky
  • L-Intermezz “In a Persian Market” ta’ Albert William Ketelby
  • Il-Fantasia “Concerto d’Amore” ta’ Jacob de Haan
  • Il-marċ Grandjuż “Radetzky March” ta’ Johann Strauss Sr.
  • U fl-aħħar indaqq l-Innu tal-Bandatas-Surmast Joseph Caruana
  • U l-Innu Nazzjonali Malti ta’ Mro. Robert Samut

F’ dik is-sena stess il-banda b’ammont ridott ta’ bandisti (kif soltu kien isir) ħadet sehem fl-aħħar servizz tas-sena 2018. Dan kien fejn il-banda daqqet Innijiet tal-Milied fil-puċissjoni bil-Bambin organizzat mis-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. li bdiet fis-7.00pm minn fejn il-Knisja Parrokkjali u ntemmet siegħa wara quddiem iċ-Ċentru Parrokjali fi Triq is-Sultana.

Fil-jum tal-Epifanija, jiġifieri il-Ħadd 6 ta’ Jannar 2019, l-istess banda (ridotta) inġabret f’Dar Paola (fid-Dar tax-Xjuħ il-ġdida) fit-Triq Valletta, fejn il-Banda allegrat lix-xjuħ residenti bid-daqq ta’ Innijiet tal-Milied u xi Marċi Brijużi. Hemm hekk ix-xjuħ dehru kuntenti ħafna kemm bid-daqq tal-Innijiet tal-Milied, kif ukoll bil-Marċi brijużi.

Fl-ewwel jiem tas-Sena 2019 l-Kumitat flimkien mas-Surmast laqgħu lis-Sur Charles Scicluna fejn aċċetta il-kariga ta’ Assistent Surmast u Għalliem tal-istrumenti tar-Ram.

Is-Sena 2019, kien sejjer ikun bidu tajjeb għal-banda tas-Soċjeta Filarmonika 11 ta’ Frar. Dan billi l-kumitat avviċina lis-Surmast Joseph Caruana sabiex issir Akkademja Funebri-Letterarja fil-Parroċċa. Is-Surmast verament ħa ġost b’din l-idea tal-kumitat u s-Segretarju mill-ewwel infurmaħ li kien hemm sponsor anominu li ħallas għal tali serata. Id-Data li ngħażlet għal tali serata kienet l-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2019.Ix-xogħol għal tali serata inbeda mill-ewwel bill is-Surmast wara li ra xi ftit mill-marċi funebri, għażel il-marċi li sejrin jindaqqu. Wara dan, s-Surmast kien ħejja lista ta’ 19-il bandist sabiex ikunu kkuntatjati mill-ewwel fejn ħafna minnhom aċċettaw li jiġu jdoqqu. Fil-bidu ta’ Frar 2019, il-Kumitat iltaqa` mal-Kappillan sabiex fost oħrajn jitolbu formalment il-permess sabiex il-Banda ddoqq fil-Knisja, liema permess il-Kappillan ikkonċeda mill-ewwel. Barra minnhekk is-Surmast Joseph Caruana staqsa lil Kappillan għandux xi marċ funebri li xtaq li jindaqq waqt is-serata. Għal dan il-Kappillan irrisponda bil-marċ “Ċipresso” ta’ Mro. Angelo Mellili.

Is-Surmast ċempel lis-Sur Daniel Vella, sabiex jara jekk jistax jippreżenta s-serata. Dan tal-aħħar laqgħa l-istedina u hemmhekk is-Surmast Joseph Caruana u s-Sur Daniel Vella ftehmu f’jum u ħin biex jiltaqgħu fejn jitkellmu dwar l-andament tas-serata. F’ nofs Frar is-Segretarju nforma lis-Surmast li jkun aħjar jekk il-jum tal-Akkademja Funebri jinbidel għal Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019 peress li meta kellu sejjer jsir, kien hemm il-purċissjoni tar-Redentur fl-Isla. Għalhekk is-Surmast reġa kkuntatja lil bandisti fejn għarrafhom bil-bidla tal-jum tas-serata. Issa tista tgħid li kollox kien imħejji sewwa. Ġimgħa qabel is-Surmast, flimkien mal-Assistent Surmast iltaqgħu l-Każin tal-Banda fejn ħejjew il-partijiet tal-marċi funebri għal bandisti, fejn jum qabel, jiġifieri il-Ħamis 28 ta’ Marzu 2019 kien sejjeri kun hemm l-unika prova tal-banda li saret fil-Knisja Parrokkjali stess. Din il-prova saret; l-ewwel nett sabiex il-bandisti ikunu jafu fejn sejrin ikunu ppustjati, liema sessjoni ħadet xi ħmistax-il minuta, peress li kien deċiż li l-banda, bl-eċċezzjoni tas-Surmast, kellha toqgħod kollha kemm hija fuq l-post tal-artal, barra minnhekk kellhom jindaqqu l-marċi funebri li kellhom jindqqu l-għadha sabiex il-bandisti jkunu ppreparati sewwa.

L-għada l-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019, il-bandisti kollha kienu fil-ħin fil-Knisja. Kulħadd stenna li tintemm il-quddiesa tas-6:00 ta’ filgħaxija, fejn il-membri tal-Kumitat ippustjaw is-siġġijiet u l-leġijji sabiex ikunu lest igħall-Akkademja Funebri. Wara li s-Surmast intona lil bandisti, u dawn kulħadd mar jieħu postu lesti biex jibda d-daqq. Is-Serata bdiet fis-7.15pm fejn barra minn 7 marċi funebri l-preżentatur bejn kull żewġ marċi kien qiegħed jaqra l-letteratura “L-Użanzi f’ jiem tar-Randan”. Il-marċi li indaqqu f’din is-serata kienu:-

Fi tmiem is-serata, qabel l-aħħar marċ funebri, kien hemm diskorsi mill-Kappillan Dun John Muscat u mill-President tas-Soċjeta` Filarmonika 11 ta’ Frar, is-Sur Patrick Spiteri. Is-Serata damet xi siegħa u ħmistax-il minuta li ntemmet fit-8.30 ta’ filgħaxija. Din is-serata kienet irrekordjata, fejn is-Segretarju kien bi ħsiebu joħroġ CD ta’ din l-okkażjoni. L-attendenza għal ta li serata kienet mhux ħażin fejn nofs il-bankijiet tal-Knisja kienu mimlija bin-nies. Kull min attenda għal ta li serata ħa gost kemm bil-qari tal-letteratura u kemm bid-daqq tal-marċi funebri.

B’ hekk issa l-preparamenti tal-Banda kienu ffukati lejn l-Kunċert ta’ marċi funebri li sar fl-Oratorju tal-Kurċifiss fil-Birgu. Dan sar nħar is-Sibt 6 ta’ April, 2019. Dan l-Oratorju jifforma parti mill-Kumpless tal-Parroċċa ddedikata lil San Lawrenz. Dan il-Kunċert ta’ marċi funebri kien sponsorjat minn Mro. Josef Grech li kien wieħed milli dderieġu xi marċi funebri, kompożizzjoni tiegħu stess. Barra minn dan l-Assistent Surmast Charles Scicluna u s-Surmast Joseph Caruana, ma’ għandiex xi ngħidu ħadu l-bakketta f’idejhom biex jidderieġu erbgħa u ħames marċi funebri rispettivament, fil-waqt li Mro. Josef Grech iderieġa tlett marċi kompożizzjoni tiegħu stess. F’ dan il-Programm ta’ marċi funebri indaqqu dawn li ġejjin:

  • Mater Dolorosa ta’ Mro. Mariano Bartolocci
  • Cordoglio ta’ Mro. Antonio Miruzzi
  • In the Loving Memory of Joseph Aquilina PC 732 ta’ Mro. Josef Grech
  • Allamemoria dell’mio famiglia recanone Gwakkin Grech ta’ Mro. Josef Grech
  • Mamma ta’ Mro. Josef Grech
  • Fi Triqti lejn Qabri ta’ Mro. Abel Joseph Mizzi
  • A Mia Madre ta’ Mro. Giuseppe Maria Dalli
  • Una Lagrima Sulla Tomba di Mia Madre ta’ Mro. Amadeo Vella
  • Rimpianto ta’ Mro. Vincenzo Ciappara
  • In Memoriam ta’ Mro. Carmelo Caruana
  • Ai Caduti della Patria ta’ Mro. Vincenzo Caruana Spiteri
  • Cipressota’ Mro. Angelo Melilli.

Wara dawn iż-żewġ kunċerti ta’ marċi funebri, fejn il-Banda ħarġet bl-unuri kollha meħtieġa, issa l-Kumitat kien qiegħed iħares lejn is-servizzi tal-Banda għal-festa titulari tal-Madonna taħt it-titolu ta’ Lourdes. Sa dan it-tant, il-Kumitat ħaseb li għas-sena 2019, jsir it-tieni sett ta’ Libretti tal-marċi għall-Banda li sar minn Mro. Josef Grech u li jsir recording ta’ l-ewwel CD bl-innijiet u xi marċi brijuzi li hemm fl-Arkivju ta’ din s-Soċjeta` Filarmonika. Il-librett tal-marċi brijużi kien lest madwar xahar u nofs qabel il-festa u ġimgħa wara sar ir-recording tas-CD tal-Innijiet u l-marċi brijużi. Dan sabiex kemm il-libretti kun imżanan waqt il-festa titulari, kif ukoll is-CD tkun imħabbra ftit qabel il-festa.

Saru diversi attivitajiet sabiexj inġabru l-fondi biex il-Kumitat ikollu fondi biex ikopri l-ispejjes li jkun hemm waqt id-daqq fis-servizzi ta’ matul il-festa. B’ hekk sar il-marċ tradizzjonali tal-Ġimgħa li jibda mill-inħawi tal-IMCAST u jintemm f’ tarf ta’ Telgħat Raħal fejn ittellgħet l-istatwa tal-Malta fuq il-pedestal. Għas-servizz tas-Sibt 17 ta’ Awwissu 2019, il-programm kien maħsub sabiex ifakkar is-Surmast Emmanuel Bugeja fit-12-il sena minn mewtu. B’ hekk is-Surmast Joseph Caruana ħaseb li l-libretti kun imħejji b’tali mod li l-bandisti jkunu jistgħu jdoqqu l-marċi ta’ Mro. Emmanuel Buġeja. Dan il-Programm inbeda bid-daqq tal-Innu lil Madonna tal-Lourdes u wara indaqqu dawn il-marċi kollha kompożizzjoni ta’ Mro. Emmanuel Buġeja:

  • L-Ewwel Banda
  • Golden Jubilee
  • 900 Sena Parroċċa
  • Glekami
  • Grand Feast
  • Benjamin

Wara kien hemm id-diskors mill-President tas-Soċjeta` Filarmonica 11 ta’ Frar – is-Sur Patrick Spiteri. Il-Kunċert intemm bl-Innu marċ tas-Surmast Abel J. Mizzi u bl-Innu tal-Banda tas-Surmast Joseph Caruana.

L-għada l-Ħadd filgħodu l-Bandisti inġabru fil-Każin tal-Banda fejn fil-11 ta’ filgħodu inbeda s-servizz tal-Ħadd filgħodu. Dan is-servizz dam tlett siegħat li intemm fis-sagħtejn ta’ wara nofsinħar bl-Ave Maria quddiem il-Knisja Parrokkjali. Dik is-sena, jiġifieri s-sena 2019, il-Banda ħadet sehem b’daqq ta’ Innijiet tal-Milied fit-toroq tal-Parroċċa mal-Bambin tas-Soċjeta` tal-M.U.S.E.U.M.

Is-sena 2020 is-sena inbdiet bid-daqq ta’ Innijiet tal-Milied u Marċi Brijużi fil-Casa Paola, jew fid-Dar tax-Xjuħ fejn ix-xjuħ ferħu ħafna bid-daqq tal-Banda. Ma għandiex xi ngħidu, wara tali attivita`, issa kien imiss li l-banda ddoqq fl-Akkademja Funebri. Dan wara li s-sena ta’ qabel kienet saret Akkademja Funebri, fejn l-idea kienet intgħoġbot kemm mill-Kumitat, mill-Kappillan u min nies in ġenerali. Għalhekk fil-bidu Frar 2020 il-Kumitat flimkien mas-Surmast Joseph Caruana u l-Assistent Surmast Charles Scicluna kienu bdew il-preparamenti sabiex ikun hemm it-tieni Akkademja Funebri li kellha ssir is-Sibt 14 ta’ Marzu 2020. Imma kif jafkulħadd fil-bidu ta’ Marzu 2020 bil-miġja fosta tal-virus Covid-19, kull attivita` kultura li kellha titħassar għal ħarsien tas-saħħa tal-poplu.

B’ hekk mhux biss dik l-attivita` tħassret, iżda anke il-laqgħat tal-Kumitat kienu ridotti. Kien hemm xaqq ta’ tama li l-Banda setgħet tieħu sehem fil-purċissjoni bl-istatwa titulari tal-Madonna ta’ Lourdes. Dan wara li tali purċissjonijiet, fosthom dik ta’ Kristu Re li saret fl-Lulju, imma l-Awtoritarjiet tas-Saħħa reġgħu ssospendew l-attivitajiet kollha li kien hemm ippjanati għal-Awwissu u b’ hekk il-Banda tas-Soċjeta` Filarmonika 11 ta’ Frar ma’ daqqetx aktar fis-sena 2020.

Dan il-virus qerriedi baqa’ jippersisti f’ Malta, saħansitra bil-varjazjonijiet tiegħu, anke fis-sena 2021 tant li l-ebda festa f’ Malta ma’ saret fis-sena 2021 u l-Banda tas-Soċjeta` Filarmonika 11 ta’ Frar ma kienetx eċċezzjoni. Lejn nofs is-sena 2021, kunċerti bandistiċi saru, bil-banda kollha bilqiegħda u l-udjenza ukoll bilqiegħda bid-distanza meħtieġa, u dan f’ xi serati ta’ okkazjonijiet speċjali f’ xi lokalitajiet. B’ dan għal ħabta ta’ Settembru 2021, il-Kumitat kien qiegħed jittama li l-Akkademja Funebri, li issa hi jappjanata għalMarzu 2022, il-ħajja terġa lura għan-normal tant li tali attivita` tkun tista ssir.

Organisation

Band Masters

No Band Masters From Until
01 Joseph Caruana 2012

Presidents

No Presidents From Until
01 Chev. Lorenzo Depasquale 1977

Secretaries

Treasurers

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

No Name of Cd's Year Festive Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festival Marches - Marċi Brijużi (2019) - Mis-Soċjeta Filarmonika 11 ta' Frar (2019) 2019 *

Programmes and Publications

Memorials

External links