Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Soċjeta Mużikali Santa Marija

Soċjeta Mużikali Santa Marija - Mosta A.D. 1905

Huwa maħsub li is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta twaqqfet fis-sena 1900 wara li kien hemm numru ta’ membri u bandisti li nfirdu mill-każin l-ieħor. F’dan iż-żmien il-banda kienet magħrufa bhala Circolo Unione u kienet taħt it-tmexxija ta’ Mro. Antonio Miruzzi. Insibu dokumentat li fis-sena 1903 is-sede tal-Għaqda Santa Marija, li f’ dan iż-żmien insibu referenza għaliha bħala ‘Casino Santa Maria’, kien jinsab f’ numru 103, Strada Rjali. Nota taħt il-firma tal-president Cesareo Chetcuti, tgħid li d-direzzjoni ta’ dan il-kumitat kompost minn president, segretarju, kaxxier u direttur, jilqgħu membri ġodda fi ħdan din l-għaqda bi ħlas ta’ miżata. Din l-istess informazzjoni insibuha wkoll għas-sena 1905 fejn nafu wkoll li parti mill-ispejjeż tax-xogħol tal-gwarniċun tar-Rotunda tħallsu mill-president Cesareo Chetcuti tal-Casino Santa Maria.

Fil-Malta Tagħna tal-1905 insibu li l-Banda Santa Marija kienet diġà mwaqqfa u stabbilità sew, tant hu hekk, li matul l-istess sena din il-banda tal-Mosta tat diversi servizzi mużikali fil-publiku kemm fil-Mosta kif ukoll barra mill-Mosta. F’din is-sena il-banda għaddiet taħt it-tmexxija ta’ Mro. Giuseppe Micallef. Fost is-servizzi mużikali li kellha nsibu dak tat-23 ta’ Lulju fejn il-Banda esegwiet programm mużikali fil-pjazza tal-Mosta. F’dan il-programm il-banda esegwiet il-marċ Core ed Arte ta’ D. Barbara, l-overture Masaniello ta’ Auber, l-opra Aida ta’ Giuseppe Verdi, il-kavatina Barbiere ta’ Giacomo Rossini, il-valz El Turia ta’ D. Granado u l-polka Aux Frendchaft ta’ Liebig. Il-Banda Santa Marija għalqet il-programm mużikali bid-daqq tal-Innu L-Unione u l-God Save the King.

Insibu dokumentat ukoll li f’ din l-istess sena, 1905, Il-Banda Santa Marija daqqet fil-festa ta’ Marija Addolorata ċċelebrata f’ San Pawl il-Baħar.

Rapport ieħor fuq il-gazzetta Malta Tagħna tat-23 ta’ Settembru 1905 jindika wkoll li l-Banda Santa Marija daqqet programm mużikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tad-Duluri fil-Mosta.

Is-sena 1906 ġabet magħha xi ftit tal-inkwiet. Jidher ċar li f’dan iż-żmien iż-żewġ baned Mostin kienu impikati sew ma’ xulxin tant hu hekk li fil-festa ta’ San Ġużepp tal-istess sena, fis-saħna tal-piki, seħħew l-incidenti. Jingħad li l-kwistjoni kollha bdiet fuq min miż-żewg baned kellu d-dritt għall-preċedenza. Tant saħnu l-irjus li, billi ma setax jintlaħaq kompromess, il-purċissjoni ta’ dik is-sena kienet tħassret.

Intant fil-bidu tas-sena 1907 il-Banda Santa Marija li kienet għadha taħt it-tmexxija ta’ Mro. Micallef, esegwiet programm mużikali fil-pjazza tal-Mosta. Fl-1908 nsibu li tħallset is-somma ta’ 5 liri ta’ żewġ servizzi mużikali li għamlet fis-7 u 8 ta’ Settembru għall-festa tal-Vitorja fin-Naxxar. Ta’ min jgħid li Mro. Giuseppe Micallef kellu sehem kbir in konnessjoni mal-Peace Band Club tan-Naxxar, waqt li din il-banda kienet ukoll tagħti xi servizzi fil-Mosta. J.F. Caruana jgħarrafna li Mro. Micallef, fl-1910, kien għadu surmast direttur tal-Banda Santa Marija waqt li jgħid ukoll li kien ikkompona l-marcia sinfonika La Giovane Turche għall-istess Banda Santa Marija tal-Mosta.

Fil-Guida Generale tal-1920 niltaqgħu mal-banda Santa Marija bl-isem ta’ L-Assunta u li bħala direttur mużikali tagħha kellha lil Mro. Antonio Miruzzi. Insibu li s-sede tal-banda kien f’numru 179, Triq il-Kungress Ewkaristiku, waqt li bħala president tagħha kellha lis-sur Giovanni Schembri. Is-segretarju kien Carmelo Gatt u kaxxier lil Vinċenz Mifsud. Fl-istess Guida Generale tas-snin ta’ wara nsibu l-Każin tal-Għaqda Mużikali L-Assunta baqa’ fl-istess lok u s-surmast kien Antonio Miruzzi. Fl-1923 insibu president lil Cesareo Chetcuti, Anġlu Gatt kaxxier, u lil Pietru Camilleri bħala direttur ġenerali. L-istess sors għas-sena 1925 juri lil Cesareo Chetcuti president, Pietru Camilleri segretarju u Angelo Grech bħala kaxxier.

Fl-1931 insibu bħala president lis-sur Andrea Scicluna – persuna maħbuba u rispettata ħafna mill-Mostin. Ġamri Vella u Manuel Vella, Nazzareno Sammut u Ġużeppi Sammut, Karmelo Catania, Elia Mifsud, Salvu Calleja u Ġużeppi Falzon kienu membri fil-kumitat il-ġdid li baqgħu attivi għal ħafna snin. Tant hu hekk li dan il-kumitat indaħal biex jibda jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-festa ta’ Santa Marija ġewwa l-Mosta bi ġbir ta’ flus matul is-sena u bl-armar u tiżjin fit-toroq.

Fi Frar tal-1940 il-każin kien ġie rekwizizzjonat mill-gvern biex fiħ jiġu akkomodati refuġjati li ġew mill-Kottonera joqogħdu l-Mosta matul il-gwerra. Wara 3 snin, propju fil-11 ta’ Ġunju 1943, il-każin reġa’ għadda mill-ġdid għand il-kumitat. F’dan il-perjodu, għalkemm is-Soċjetà baqgħet attiva però ma jidhirx li huwa l-istess għall-Banda.

Fil-laqgħa ġenerali tal-21 ta’ Jannar 1956, it-tabib Frans Vella nħatar president tas-Soċjetà, G. Vella segretarju u Ġamri Vella Kaxxier. Il-Każin beda kull ma jmur jiġi aktar attrezzat. Meta miet it-tabib Vella fl-1965, is-sur Carmelo Galea nħatar president u dam f’ din il-kariga sal-1979. F’dan iż-żmien bdew jiġu organizzati diversi attivitajiet, bħall diskussjonijiet, lekċers u riċevimenti tal-okkażjoni. Fil-laqgħa ġenerali tat-3 ta’ Marzu 1980 inħatar kumitat ġdid għas-Soċjetà Santa Maria fuq statut li kien għadu kemm ġie approvat. Il-Maġġur Joe Vella ġie propost bħala president ad vitam iżda fl-14 ta’ Frar 1985 inħatar president is-sur Alex Vella filwaqt li l-Maġġur Joe Vella ġie maħtur president onorarju għal għomru. Is-Soċjetà bdiet kull ma tmur torganizza aktar ruħha, żdiedu l-membri u lkumitati raw uċuh ġodda. Is-sala tal-każin bdiet tinkera għat-tiġijiet u magħmudijiet. F’dan l-istess żmien beda jinħass il-vojt kbir li kien hemm nhar l-Assunta filgħodu għalhekk beda jberren f’moħħ il-kumitat li jerġa’ jwaqqaf millġdid il-Banda tas-Soċjetà.

Kien propju nhar il-31 ta’ Marzu 1985 meta saret laqgħa ġenerali straordinarja li għaliha kienu preżenti 11-il membru u 57 soċi fejn fiha ġie emendat statut u ġie deċiż li s-Soċjetà tieħu l-isem ta’ ‘Filarmonika Santa Marija’, li tiġi organizzata u tinżamm Banda, u li l-ħatra tal-kumitat tibda ssir kull sentejn. Il-laqgħa kienet spiċċat b’applaws kbir u bil-ħruq ta’ sfafar u musketterija.

Kien fil-Ġimgha l-Kbira, f’Marzu tal-1986, meta ‘l-banda lġdida’ għamlet l-ewwel dehra tagħha fil-publiku. L-ewwel surmast kien Mro. Ronnie Debattista, dan dam f'din il-kariga għal seba' snin fejn wara ġie maħtur is-Surmast Pawlu Busuttil li dak iż-żmien kien Assistent Surmast. Kienu saru ċelebrazzjonijiet kbar u tħejja programm ta’ attivitajiet speċjali nħar id-9 ta' Awwissu tal-1986 biex jiġi mfakkar it-twaqqif mill-ġdid tal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija. Dan l-avveniment ġab miegħu fervur u entużjażmu ġdid illi influenza pożittivament il-ħajja soċjali u kulturali tal-Mosta.

L-impenn ewlieni kien il-parteċipazzjoni tal-banda fil-purċissjoni tal-Ġimgha l-Kbira bid-daqq ta' marċi funebri u bissehem attiv fil-festi esterni ta' Santa Marija. Il-Banda bdiet ukoll toħroġ għal servizzi barra mill-Mosta fosthom insibu s-servizz ta’ daqq ta’ innijiet Marjani fil-festa tal-Madonna Addolorata f’ San Pawl il-Baħar u bid-daqq ta’ marċi brijużi fil-festa ta’ San Ġużepp ġewwa Ħaż-Żebbuġ fost oħrajn.

Rifondazzjoni tal-Banda

Fi ftit żmien il-banda stabbiliet ruħha bħala waħda millewlenin tal-gżejjer Maltin. Tant hu minnu li propjament fit-28 ta’ April 1989 il-Banda Santa Marija tal-Mosta kienet ġiet fl-ewwel post fil-konkors tal-baned Maltin. Dan kien sar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena tal-Indipendenza. Kienu ħadu Sehem il-Baned: Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun, Għaqda Mużikali Santa Marija - Qrendi, Soċjeta Mużikali Santa Katarina f'iż-Żurrieq, Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard u Soċjeta Filarmonika Santa Marija Mosta. Kienu saru festeġġamenti kbar hekk kif ġriet l-aħbar li din il-Banda tal-Mosta, li dak iż-żmien kienet għadha qas għalqet it-3 snin mit-twaqqif tagħha, rebħet dan il-konkors hekk prestiġjuż.

Is-sena 1991 tibqa’ mfakkra għall-ftuħ tal-fabbrika tan-nar tal-istess Soċjetà f’ Wied Qannotta limiti tal-Bidnija. Kien tħejja programm speċjali tal-okkażjoni propju fl-1 ta’ Awwissu tal-istess sena. L-impenn tal-logħob tan-nar għall-festa ta’ Santa Marija ġewwa l-Mosta issa beda jinqasam bejn iż-żewġ Soċjetajiet Pirotekniċi Mostin.

Id-9 ta' Awwissu baqa’ jitqies bħala Jum il-Filarmonika Santa Marija u kull sena jiġi kkommemorat bid-daqq ta' programm vokali u strumentali ġo pjazza Rotunda u logħob tan-nar. Marċi oħra jsiru lejliet u nhar l-Assunta u daqq ta' innijiet matul il-purċissjoni. Attrazzjoni ewlenija li żiedet mal-briju u allegrija, li tat ħajja ġdida liċ-ċelebrazzjonijjet esterni u li saret l-aktar attività mlewna u popolari hija l-marċ li jsir filgħodu nhar il-15 ta' Awwissu. Dan isir kull sena bl-inizzjattiva tal-istess Soċjetà. Kien beda fl-1984 fuq l-inizzjattiva tal-membri tas-Soċjetà Santa Marija u maż-żmien kiseb popolarità kbira tant li mill-1986, is-sena tat-twaqqif mill-ġdid tal-Banda, sal-lum baqa’ jsir, ta kull sena, mill-Banda u l-partitarji tal-istess Soċjetà Filarmonika Santa Marija.

Fis-sena 1998 ġiet imwaqqfa s-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Istilla, kif bdiet tiġi mlaqqma l-istess banda minn dakinhar. Dawn urew ix-xewqa li jibdew jagħtu l-kontribut tagħhom fl-organizzazjonijiet ta’ kompetizzjonijiet tal-biljard u jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom fil-marċ ta’ filghodu, b’armar ġdid, nhar il-15 ta’ Awwissu.

Fis-sena 2005 s-Soċjetà Filarmonika Santa Marija ċċelebrat bi kbir il-100 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Saru numru ta’ attivitajiet imferxa tul is-sena kollha biex jikkomemoraw dan l-avveniment. Ta’ importanza kbira kien it-tisbieħ tal-każin li ngħata derha ġdida. Fil-preżent is-surmast direttur talBanda Santa Marija hu Mro. Raymond Sciberras. Il-Kumitat ċentrali, Kummissjoni Banda, is-sezzjoni Piroteknika, is-sezzjoni Żgħażagħ tal-Istilla, Kummissjoni kultura u attivitajiet soċjali flimkien mas-Surmast direttur, assistent Surmast, għalliema tal-mużika, bandisti u allievi, qatt ma naqsu millħeġġa u l-ħidma tagħhom li ma taqta’ xejn, biex jaraw lil din is-Soċjetà timxi dejjem aktar ‘il quddiem u tkun minn ta’ quddiem nett għall-ġid tal-Mosta.

Referenzi:

  • Il-bidu u l-ewwel żminijiet tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta. – Grazio A. Grech. - Ex Annalibus Mustae. Editur: George Cassar. * Is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta l-Bidu u it-twaqqif mill-ġdid tal-Banda. - J. Grech - Il-Każini tal-Baned ta’ Malta u Għawdex.
  • Is-Soċjetà Santa Marija minn għaqda soċjali għal Soċjetà Filarmonika. - J.J. Camilleri - Ex Annalibus Maustae. Editur: George Cassar
  • L-istorja fil-qosor tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta. (Tarrif miġbur minn: Mario Calleja B.Ed. Hons.)

Organisation

Surmastrijiet

No Surmastrijiet Minn Sa
01 Antonio Miruzzi 1900
02 Giuzeppe Micallef 1905 1911
03 Antonio Miruzzi 1920 1927
04 Ronnie Debattista 1985 1993
05 Paul Busuttil 1993 2006
06 Raymond Sciberras 2007 2022
07 Wayne Bartolo 2022

Presidenti

No Presidenti Minn Sa
01 Cesario Chetcuti 1903 1906
02 Edward Grech 1906 1920
03 Giovanni Schembri 1920 1922
04 Cesario Chetcuti 1922 1931
05 Andrea Scicluna 1931 1956
06 Dr. Frans Vella 1956 1964
07 Carmel S.Galea 1964 1979
08 Alex Vella 1979 1980
09 Maġ. Joe Vella 1980 1985
10 Alex Vella 1985 2005
11 Armand Galea 2005 2006
12 Perit Chris Grech 2006

Segretarji

No Segretarji Minn Sa
01 Carmelo Gatt 1920 1921
02 Feliċ Schembri 1922 1924
03 Pietru Camilleri 1925
04 Emmanuel Vella 1936 1943
05 Tumes Xuereb 1943 1945
06 Paul Caruana 1945 1956
07 Joe Vella 1956 1980
08 Alex Vella 1980 1985
09 Victor Grech 1985 1991
10 Victor Galea 1991
11 Charlie Magri 1991 1993
12 Paul Attard 1993 1995
13 Ronald Azzopardi 1995 1996
14 Victor Galea 1996 1997
15 Ġiovanni Chetcuti 1997 1999
16 Armand Galea 1999 2003
17 Louis Chetcuti 2003 2006
18 Eric Frendo 2006 2017
19 David Micallef 2017

Teżoriera

No Teżoriera Minn Sa
01 Vincenz Mifsud 1920 2021
02 Anġlu Grech 1922 1925
03 Ġio Maria Vella 1943 1980
04 Emmanuel Gatt 1980 1985
05 Alfred Magri 1985 2006
06 Raymond Bonavia 2006

Licencees Fire Works Factory

No Licencees Factory Minn Sa
01 Alfred Magri 1991 2009
02 Edmond Saliba 2009 2016
03 Louis Chetcuti 2016

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - B'Tifkira tat-Twaqqif Mill-Ġdid tal-Banda Filarmonika Santa Marija Mosta - Wara 75 Sena (Vol. 01) 1986 *
02 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta (1989) (Vol.2) 1989 *
03 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta (1993) (Vol.3) 1993 *
04 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta (1996) (Vol.4) 1996 *
05 Festive Marches - Marċi Brijużi - Mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta (2000) (Vol.5) 2000 *
No Name of Cassettes Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta (1986) (Vol.1) 1986 *

Cd's

No Name of Cd's Year Marches Festive Marches Waltzes Others
01 L-Innijiet ta' Santa Marija - F'għeluq il-125 sena mill-kompożiżjoni tal-Ewwel Innu O Del Cielo Regina Possente 1897-2022 2022 *
No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Funeral Marches - Marċi Funebri - Mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta(2000) (Vol.1) 2000 *
02 Funeral Marches - Marċi Funebri - Marċi Brijużi - Mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta (2017) (Vol.2) 2017 *

Others

No Name of Cd's Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 L-Oratorju - Mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta (2005) 2005 *

Programmes and Publications

Memorials

External links