Sempliċiment Tat-Triq

From M3P
Revision as of 11:37, 14 September 2013 by Lib66 (talk | contribs)
Jump to navigation Jump to search

Sempliċiment Tat-Triq hija klikka ta MC's (mastri taċ-ċerimonji) li jesperimentaw ma' diversi ġeneri ta' mużika u artisti Maltin u internazzjonali imma dejjem jużaw l-ilsien Malti. Din il-klikka iffurmat madwar sentejn ilu bejn l-iŻdong u l-Ħaxxaxxin. Maż-żmien daħal ukoll is-Susa, Gilson bħala beat-maker u producer kif ukoll Nick Morales bħala kittarist, il-Fre bhala bassista u Ryan bħala drummer. Il-mużika tagħhom tiffoka fuq problemi soċjali u l-hajja kwotidjana.