Salvatore Galea Abela

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Salvatore Galea Abela, kien it-tifel adottat ta’ Genesio Galea Abela u Maria Mercieca. Twieled f’Tas-Sliema fil-5 ta’ Novembru 1877. Huwa waqqaf is-Società Mandolinistica tal-Birgu. Din l-orkestra kienet iddoqq fit-teatri, fil-pjazez u anke kienet titqabbad iddoqq f’okkażjonijiet privati speċjali.

Hu żżewweġ lil Domitella Mattei, bint in-negozjant Gaetano Mattei, il-proprjetarju tal-kumpanija tal-ferries li kienet topera bejn il-Birgu, l-Isla, il-Belt Valletta, u bejn Marsamxett u Tas-Sliema. Huma żżewġu fil-Kappella tal-Lunzjata f’ Ħaż-Żabbar fis-26 ta’ Jannar 1915, biċ-ċelebrant ikun il-Kappillan Dun Leopoldu Farrugia. Huma kellhom żewġt ibniet – Vivienne u l-pjanista famuża Erminia Cilia Abela L.R.C.M.

Is-Surmast Galea Abela kien Surmast Direttur tal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae bejn 1906 u 1908. Salvatore Galea Abela miet fir-residenza tiegħu Nru.139 Triq Rudolph f’Tas-Sliema fit-12 t’Awwissu 1926 u ndifen fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.