Ronald Pisani

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Ronald Pisani twieled fl-1951. Minn età żgħira Ronald wera l-ħajra tiegħu fl-arti u waqt il-lezzjonijiet tal-iskola Ronald kien mhux biss jikteb dwar is-suġġett, iżda kien ipinġi sitwazzjoni tal-lezzjoni partikolari u b’hekk kien jirbaħ marki biżżejjed speċjalment waqt xi eżami.

Ta’ 10 snin beda jistudja l-mużika. L-ewwel strument li tgħallem kienet il-kitarra klassika. Wara kompla jistudja l-vjolin fil-Malta Society of Arts taħt is-surmast Mro. Carmelo Callus filwaqt li taħt Mro. Carmelo Pace u Mro. Carmelo Schembri, Pisani studja l-armonija u t-teorija tal-mużika.

Ronald Pisani beda jieħu interess fl-arti tal-iskultura u għal xi żmien kien jattendi il-Poly Technic tal-Imsida fejn tħarreġ taħt l-artisti Esprit Barthet u Anton Agius. Wara ħa t-taħriġ fit-teknika biex jagħmel il-forma tal-ġibs għand Ġużeppi Genius.

Maż-żmien Ronald Pisani beda jaħdem fl-irħam. Fl-1967 huwa beda jaħdem mad-ditta ta` Spiteri Sacco tal-Ħamrun fejn kiseb ħafna esperjenza fis-sengħa ta`marmista u kien waqt dan il-perjodu li ħadem ukoll mal-professur Taljan Chicotti. F`dan il-perjodu Ronald Pisani kien baqa jistudja il-vjolin biex u fl-1971 daħal membru residenti fl-orkestra tat-Teatru Manoel, illum l-Orkestra Nazzjonal. Huwa dam bħala Prim Vjolin sal-1987.

Fl-1975 Ronald Pisani ħa sehem f’kompetizzjoni tal-arti organizzata miċ-ċentru taż-żgħażagħ Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun fejn rebaħ l-ewwel premju u fl-1978 ġie wkoll fl-ewwel post f’konkors imniedi mill-Malta Trade Fair fejn rebaħ dik il-kompetizzjoni għall-isbaħ disinn tal- Poster Uffiċjali ta`dik is-sena. Fl-istess sena Ronald tella’ wirja ta’ xogħlijiet fl-irħam ġewwa l-mużew tal-Fine Arts fil-Belt Valletta.

Fl-1981 Pisani ħadem l-artal mejda għall-knisja arċipretali taż-Żebbuġ Għawdex, li llum il-ġurnata hija meqjusa bħala kapolavur. Wara kompla jaħdem diversi xogħlijiet oħra fl-istess knisja.

Xogħol ieħor ta’ Pisani li jispikka ħafna insibuh fil-Bażilka tal-Karmnu fil-Belt Valletta, fejn fost restawrazzjonijiet li għamel l-artist ħadem ukoll 12-il kolonna ta’ ċertu kobor. Dawn il-kolonni huma l-akbar li hawn f’ Malta bil-materjal tal-irħam.

Ronald Pisani ħadem 31 artal mejda f`diversi parroċċi u knejjes f’ Malta u f’ Għawdex, fosthom dak taż-Żebbuġ Għawdex, Ix-Xagħra, San Lawrenz, Il-Qala u l-Munxar. F’Malta hemm dak ta` San Ġużepp l-Imsida, Wied il-Għajn, il-Balluta, San Ġużepp fir-Rabat u Santa Tereża ta’ Birkirkara.

Fil-Katidral tal-Imdina Pisani ħadem bosta lapidi li jkomplu jżejnu dan it-tempju maestuż ġewwa gżiritna. Fost xogħol ta’ restawrazzjoni importanti f’dan il-katidral huma l-lapidi tal-isqfijiet minn żmien l-ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, u l-paviment fil-kappella tal-kurċifiss b’disinn ta’ Francesco Zahra.

Ronald Pisani ħa sehem f’diversi wirjiet kollettivi kemm f’ Malta u anke barra minn Malta. Xogħlijiet għall-kollezzjonijiet privati barra minn Malta l-artist għandu bosta f’diversi pajjijzi: fl-Awstralja, l-Ingilterra l-Italja, il-Brażil, l-Eġittu, l-Isveżja, fil-Greċja, il-Ġermanja u Spanja.

Ronald Pisani kkompona għadd kbir ta’ marċi brijużi li jindaqqu f’ ħafna festi, u okkażjonijiet. Huwa kiteb aktar minn 100 marċ brijuż. Fost l-aktar marċi popolari li kkompona wieħed isib Bernadette, Ernestrus, Tarsus, Carmen, id-Dragun u oħrajn.

Huwa kellu rabta mas-Soċjeta Filarmonika Sliema fejn serva ta’ Teżorier bejn 1988 u 2005, apparti li fis-snin riċenti serva lis-Soċjeta bħala Viċi President.

Ronald Pisani kien miżżewweġ lil Carmen Ann Grech u kellhom żewġ ulied, Jean James u Aaron. Huwa miet nħar it-Tnejn 28 ta' Marzu, 2023 f'eta ta' 71 sena.