Raymond Cremona

From M3P
Revision as of 09:14, 26 February 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Raymond Cremona)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Raymond Cremona F.L.C.M. F.R.C.M. twieled il-Belt Valletta fl-10 ta' April 1952 minn Vincent u Maria Stella nee’ Attard. Attenda 1-Iskola Primarja tal-Floriana, u aktar tard tal-Belt Valletta u wara dik Sekondarja ta' Raħal il-Ġdid. Sa minn ċkunitu wera 1-imħabba tiegħu lejn il-mużika, ġibda x'aktarx dovuta lill-antenati mużiċisti tiegħu.

Beda 1-karriera mużikali tiegħu mal-Banda Cittadina tas-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta, taħt Mro. Paul Schembri. Ta' 13-il sena daqq bħala solista siltiet diffiċi mill-Puritani u La Sonnambola mal-istess banda taħt id-direzzjoni tal-Maġġur Anthony Aquilina li ħalla effett mhux żgħir fuq il-karattru tiegħu. Huwa kompla bl-istudji tiegħu taħt il-Professur Carmelo E. Zammit fejn tgħallem 1-armonija, 1-istorja tal-mużika, il-kontrapunt u 1-fuga.

Kiseb certifikati u diplomi minn kulleġġi fl-Ingilterra. Mro. Cremona kien idoqq diversi strumenti, fosthom il-Flicorno Sopranino, strument li għandu ħoss irqiq u ħelu u li jinterpreta 1-parti ta' sopran waqt xi opra.

Kien ukoll jahdem ma' diversi kumpaniji u kien ukoll fotografu rna' gazzetta lokali.

F'Diċembru tal-1976 wara li għamel eżami, daħal membru mal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta taħt it-tmexxija tas-Surmast Kaptan Anthony Chircop. Huwa okkupa 1-kariga ta' TVtzrrant Officer u kien ukoll Trumpet Major. Mexxa 1-Banda tal-Forzi Armati anki barra minn Malta.

Huwa kompozitur mhux hiss tal-marċi, iżda wkoll ta' diversi kanzunetti. Kien rebbieħ fil-festival prestigjuż tal-Festival Internazzjoni tal-Kanzunetta Maltija – 1982 bil-kanzunetta Jekk Trid 1-Hena b'lirika ta' Francis Falzon u interpretata minn Mary Rose Mallia. Rebaħ ukoll festival internazzjonali li sar f'Tunes fl-1993.

Mro. Cremona dderiega bosta baned Maltin. L-ewwel Banda kienet dik tal-Għaqda Melita Banda San Ġużepp, Msida fl-1983. Kien ukoll Assistent Surmast mas-Soċjeta Filarmonika King’s Own, mas-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz u mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta u Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun. Prezentament huwa s-Surmast Direttur tal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Marija Annunzjata ta' Ħal Balzan li tagħha huwa wkoll wieħed mill-fundaturi.

Raymond Cremona huwa miżżewweġ lil Anna Natalie Gabriele u għandhom tlett itfal.