Pawlu Chetcuti ċ-Ċosi

From M3P
Revision as of 07:09, 28 February 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Pawlu (Paul) Chetcuti)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Pawlu (Paul) Chetcuti twieled fir-Rabat ta’ Malta nħar l-1 ta’ Awwissu, 1949, kien magħruf ma kulħadd bħala Pawlu ċ-Ċosi.

Pawlu ħareġ idoqq fl-1963 u kien se jagħlaq 60 sena bandist fis-sena 2023 mal-Banda li tant kienet għal qalbu, Għaqda Mużikali L’Isle Adam imma id-destin ma kellux ikun hekk għaliex Pawlu ħalliena.

Huwa minkejja li ma kienx Surmast, kien jinterressa ruħhu tant li jikkompona diversi marċi brijjużi li bosta minnhom kienu wkoll wkoll popolari meta kienu jindaqqu, fost dawn insibu l-ewwel marċ li kien kiteb fl-1989 Kenneth – Diana marċ dedikat lill-uliedu, Sylvia Ann marċ dedikat lill-martu, Old Trafford marċ għat-tim li kien tant iħobb Manchester United, kiteb wkol marċi għal l-erba neputijiet li kelli Amber, Aiden it-tfal tewmien ta’ bintu Diana u Julia, Clara ulied ibnu Kenneth, kellu wkoll il-marċ Maria Antonia għal ommhu u Lil Missieri, Raymond iddedikat lill ħuh li kien miet żgħir ta’ 21 sena, kiteb wkoll marċ għalih stess meta iċċelebra, 50 Sena Bandist.

Marċi funebri ktieb wieħed uniku bl-isem ta’ In Memory Of My Parents b’xewqa li jindaqq waqt il-funeral tiegħu, kif fil-fatt ġara, u indaqq mill-banda li tant kien iħobb Għaqda Mużikali L’Isle Adam.

Paul Chetuti serva għal diversi snin fil-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll bħala delegat tal-Banda u anke fil-kummisjoni tal-banda.

Pawlu kien fratell attiv fl-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina fejn dejjem għen anke fil-festa ta' San Ġużepp u anke fil-gimgħa kbira. Pawlu Chetcuti miet fis-27 ta Novembru, 2022 u ħalla jibku it-telfa tiegħu lill martu Sylvia w uliedu Diana u Kenneth, lil familjari tagħhom.