Paul Xuereb

From M3P
Revision as of 09:30, 18 September 2015 by Bernice (talk | contribs) (Created page with "{{MT}} L-interess ta’ Paul Xuereb fit-teatru, speċjalment fil-kitbiet ta’ William Shakespeare, nibet fil-Liċeo. Dan l-interess kompla jikber meta, fis-snin tal-Universi...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

L-interess ta’ Paul Xuereb fit-teatru, speċjalment fil-kitbiet ta’ William Shakespeare, nibet fil-Liċeo. Dan l-interess kompla jikber meta, fis-snin tal-Università, Xuereb ħadem ma’ Arthur Colby Sprague – espert tat-teatru Ingliż Rinaxximentali. Minn dak iż-żmien, l-interess baqa’ jikber. Kien f’dan il-kuntest li Xuereb interpreta l-parti ta’ Claudius fid-dramm Hamlet, produzzjoni mtella’ mill-istudenti fl-1952 fin-Knights Hall (illum Dar il-Mediterran). Fl-istess sena, Xuereb ħadem ukoll partijiet minuri mal-kumpanija professjonali Ingliża The International Company. L-interess ta’ Xuereb f’Shakespeare jidher ukoll fl-ewwel direzzjoni li ta, dik tad-dramm Julius Caesar maħdum fl-1957 fuq stil modern, fit-Teatru tal-Università l-Antika (illum l-MITP).

L-ewwel inkontru ta’ Paul Xuereb ma’ Francis Ebejer kien fl-1962 fil- produzzjoni tad-dramm Vaganzi tas-Sajf, li fiha Xuereb interpreta l-parti prinċipali ta’ Hakob. Xuereb interpeta wkoll bosta karattri mir-repertorju modern Ewropew u Amerikan, speċjalment mal-kumpanija Atturi Theatre Group, li kienet tispeċjalizza f’dawn id-drammi. Fost dawn l-interpretazzjonijiet, Xuereb isemmi dik ta’ Trigorn (The Seagull, kitba ta’ Anton Chekhov u direzzjoni ta’ Ethel Farrugia) u dik ta’ Tesman (Hedda Gabler, kitba ta’ Henrik Ibsen u direzzjoni tal-Pakistani Zia Mohyeddin).

Xuereb huwa wkoll il-kritiku ewlieni tat-teatru f’Malta, pożizzjoni li ilu jżomm sa mis-snin sittin. Tul dawn is-snin, Xuereb żviluppa stil ta’ kritika bbażata fuq l-interpretazzjoni tal-atturi fl-isfond tal-funzjoni li jkollhom il-karattri tagħhom fil-kuntest aktar wiesa’ tad-dramm. Fost il-kitbiet tiegħu, insibu The Maltese opera libretto: a catalogue of the librettos in the University of Malta (2004) u The Manoel Theatre: A Short History (Ed. 2, 2012), kif ukoll numru ta’ kitbiet oħra dwar aspetti varji tal-istorja tat-teatru f’Malta.


Paul Xuereb in Twelfth Night, MADC, 1987