Paolo Miruzzi

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Paolo (Pawlu) Miruzzi twieled fit-2 ta’ Marzu, 1852 fil-Belt Valletta. F’Jannar tal-1874 ingaġġa ruħu man-Navy Rjali bħala bandsman fuq l-HMS Doris. In-numru tas-servizz tiegħu kien 84986. Serva wkoll fuq diversi vapuri oħra qabel ma telaq min-Navy f’Diċembru 1883.

Għal xi żmien, kien assistant surmast tal-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, kariga li kien ilu jokkupa sa minn Mejju tal-1879.

Kien biss wara li Mro. Emanuel Bartoli iddimetta minn Surmast fl-1885 li Paolo ħa l-banda Beltija f’idejh. Inħakem minn marda terminali u miet qasir il-għomor fl-età ta’ 36 sena.

Miet Għawdex peress li l-aħħar sena u nofs kien qattagħhom hemmhekk bħala konvalixxenza.

Il-funeral tiegħu telaq mill-isptar sal-knisja Katidrali, bit-tebut jintrefa’ fuq l-ispallejn minn erba’ bandisti tal-banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette u tnejn oħra tal-banda tas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863. Skond il-ġurnal Malta il-mewt tiegħu kienet fis-16 ta’ Mejju 1888.